Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – membri tal-ALE

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema taqsimiet ġew il-Pulizija li ntbagħtu fl-ALE tal-Korp tal-Pulizija wara l-elezzjoni ġenerali 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 10771.

Ripatrijazzjoni ta’ immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari numri 8903 u 4448 u jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2014 kien hemm 165 ripatrijazzjoni.
Leg 12 PQ #10752 Sitting 198 2014-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – talbiet mill-kunsilli lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba parlamentari 9114, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-talbiet pendenti kollha, ġejjin minn liema sena ġejjin, li l-kunsilli lokali għandhom biex jingħataw art pubblika mid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tabella annessa bit-tagħrif mitlub: Kunsill Lokali Talba għad-devoluzzjoni ta’ proprjetà Balzan 24, Triq Mons. F. X. Zahra, to be used as store B'Kara Devolution of Site in Triq Ganu c/w Triq Mons Alfred Mifsud B'Kara Bormla Devolution of shelter and Sally Port Bormla Devolution of the Nativity Chapel in Triq l-Inkurunazzjoni Bormla Site in front of Mahzen at Triq il-Gublew Dingli Development of a sport complex and car park Fontana Dev of Ghajn il-Kbira, L-Ghajn ta' Bendu, War Shelter and adjacent area Għajnsielem Dev of site at Pjazza tad-Dehra to rebuild Ghajn tal-Hasselin Għajnsielem Devoluzzjoni ta' sit f''Ta' Passi', sabiex isir park rikreattiv u Villagg tal-Milied Għarb Monuments at Pjazza Zjara tal-Madonna and Triq Sdieri Iklin Site at Iklin near JB Stores to construct a Multi-Purpose Pitch and Car Park Kalkara P/o Primary School in Triq Santa Filumena to construct Civic Centre Kalkara Devolution of Shops 3,4 & 5 at Triq Sptar Navali Kirkop Devolution of Shelters situated in Pjazza Zurrieq-Kirkop Kirkop Devolution of Paleo-Christian catacombs in triq iz-Zebbiegh, Kirkop Kirkop Archeological/historical sites @ Imtalla/Paleo-Christian catacombs in triq iz-Zebbiegh/Shelters in Pjazza Zurrieq (HERITAGE TRAIL) Kirkop Site at Triq San Pietru/Triq Karwija for recreational purposes (Green Core) Luqa Shelter in Triq Sant'Andrija and shelter in Triq il-Karmnu Marsaxlokk Site in Triq Bir Rikka to build Administrative Offices & Day Centre Marsaxlokk Devolution of Site in Triq l-Arznell Marsascala Devolution of site near pixxina Marsascala Redoubt - M'Scala Mdina Banca Giuratale Mdina Devolution of Site Near Museum Railway Station, Mdina Mdina Devolution of 'It-Torba', Mdina LC Mqabba Dev. Of Barriera tal- Mithna/tal-Warda Mqabba Devolution of land adj to windmill k/a tal-Mithna, tal-Warda Msida Storm Water Silt Catchment in Valley Road Msida Msida Gnien Ellul Mercer and proposed kiosk Mtarfa Nurses' Quarters to be used for cultural and social activities Pembroke Devolution of Picnic Area at site in Triq Hedjez c/w Triq Tunis, Pembroke Ħal Qormi Devolution of "From tal-Blat to tal-Ħlas Heritage Rural Trail" Ħal Qormi 395 Triq il-Vitorja & 50/52 Triq San Rafel Qormi Ħal Qormi Garden at Triq is-Sienja, Vjal Sta. Cruz -Qormi Ħal Safi Dev of airspace of lotto Office to be used as kitchenette to Day Centre Ħal Safi Devolution of Catacombs in Triq iz-Zurrieq for heritage trail Ħal Safi Devolution of shelter in Misrah il-Knisja for heritage trail San Lawrenz P/o school used as Adm offices San Pawl il-Baħar Devoluzzjoni tal-Menqa fi gnien pubbliku San Pawl il-Baħar Site in Triq San Geraldu to be converted into Bonsai Garden Sannat Site at Skerla Str for recreational purpose Sannat Construction of a Playing Field at Bebwaq Str & Ras in-Newwiela Siġġiewi Rooms at Triq il-Bur il-Kbir Siggiewi Siġġiewi Premises adjacent to No.18, Pjazza San Nikola, to convert into 'berga' Siġġiewi No. 19, Pjazza San Nikola to be converted into Civic Centre Sliema Site + Mortimer Playing field to develop indoor playing field Sliema Shelters at Dingli Street St Julians Site at M’Angelo Borg Street c/w MA Vassalli to construct Adm off and Elderly home Sta Lucia Garage 10, Triq id-Dawl for storage purposes Sta. Venera Devolution of Sta. Venera Roundabout Sta. Venera Devolution of part of St. Theresa Boys' Secondary School (Ex-Umberto Colosso) Swatar Garaxx 14 Triq Anthony Sammut biex isir Ufficcju Amministrattiv Swatar Devolution of Site Tas-Sisla Ta' Xbiex Devolution of the Marina at Xatt ta' Ta' Xbiex Xagħra Gozo Ghassa tal-Pulizija u Latrina fil-Bajja tar-Ramla l-Hamra Xagħra Gozo Sit fi Triq L-Ghejun biex isir 'recreational area' Xagħra Gozo Sit fi Triq il-Mitħna sabiex tiġi trasformata bħala entratura ta' l-iskola Primarja Xewkija Devolution of site at Triq Jean de la Vallette - Civic Centre Żabbar Devolution of rooms in Civic Center Żabbar Dev of Shelter at Misrah is-Sliem Żabbar Devolution of Shelter at Misrah is-Sliem Żebbuġ (Gozo) Dilapidated farmhouse at Ghajn Mellel Str Zebbug Gozo Żejtun Site in Triq Salvu Cacciattolo corner with Triq Toni Zahra, as an extension for sports complex in Gebel San Martin Żejtun Devolution of Site Gnien iz-Zghozija (Triq Toni Zahra,Alfredo Caruana, Salvu Cacciattolo) & Gebel S. Martin Żurrieq Shelter in 'Misrah Santa Marija', Bubaqra for cultural purposes Żurrieq Restoration of Cross ifo Hal Millieri Chapel Żurrieq Devolution of 2 sites in Triq M. Gervase, to be developed in parking lot and Triq il-Wied, to be embellished as belvedere

Korp tal-Pulizija – uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-quarter master tal-Korp tal-Pulizija qed jgħid lil kull pulizija li jmur għal xi parti minn uniformi li ma jistgħux jordnaw iktar għax spiċċaw il-flus?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-allegazzjoni li saret fil-Mistoqsija Parlamentari fuq il-membri tal-Quartermaster Stores mhix veritiera.

Korp tal-Pulizija – uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-quarter master tal-Korp tal-Pulizija qed jagħti qliezet tal-irġiel u mhux tan-nisa lill-pulizija nisa li jkollhom bżonn tali uniformi għax jgħidilhom li dawk tan-nisa spiċċaw u m’għandux flus biex jordna l-ġodda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-allegazzjoni li saret fil-Mistoqsija Parlamentari fuq il-membri tal-‘Quartermaster Stores’ mhix veritiera.

Korp tal-Pulizija – flus allokati għall-overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm baqa’ flus allokati għall-overtime fil-Korp tal-Pulizija għal din is-sena, fid-data li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi flestimi għal 2014 kien hemm ivvutati € 850,000 għal overtime. Ma dawn żdiedu €300,000 fuq talba ta dan il-Mnisteru biex b’hekk s’issa membri tal-Korp diġa tħallsu b’1.15 million f’overtime. Bħalissa hemm talba għall €300,000 oħra fuq dan il-vot sabiex jagħmel tajjeb sa l-aħħar tas-sena. L-overtime jiġi allokat lil membri tal-Korp skond l-eżiġenzi tas-servizz.

Korp tal-Pulizija — reklutaġġ

Question

Jista ' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija ġdid ġie reklutat, mhux reinstated jew part-time, minn Marzu 2013 sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, ġew ngaġġati mija u tlettax il-kuntistabbli ġodda. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li seba’ u għoxrin membru tal-Korp flimkien ma erba’ applikanti minn barra il-Korp bdew il-Kors tal-ispetturi ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija.

Reati rrappurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapurtati fis-sena 2011, 2012 u 2013 u f'liema lokalitajiet twettqu dawn ir-reati? X'tip ta' reati twettqu f'kull lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7576 u 3420 dwar xogħlijiet fl-Uffiċċju tal-aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-ex Agent Direttur Emmanuel Camilleri kien iddeċieda li jesegwixxi xi xogħlijiet fl-uffiċju tiegħu, liema xogħlijiet swew l-ammont ta’ € 6,267.99 skond dokumentazzjoni li l-istess Onorevoli Interpellant jista’ jispezzjona personalment. Infakkar li l-imsemmi Agent Direttur kien irreżenja fid-9 ta’ Ottubru 2013.

Il-Belt Valletta — Changing of the Guard quddiem il-Palazz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se jerġa' jkun hemm iċ-changing of the guard quddiem il-Palazz, il-Belt li issa ilha iktar minn sitt xhur sospi¿a meta kelliem għall-Forzi Armati kien qal lil The Times li kellha tkun sospensjoni temporanja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħasset il-ħtieġa li l-gwardja jkollha taħriġ xieraq li jirrifletti l-istandards meħtieġa għat-tali operat, wara li ser jiġi assigurat li dan il-livell jintlaħaq, l-Armata ser tirriplendi c-Changing of the Guards quddiem il-palazz tal-belt, fl-ewwel tas-sena dieħla.

Aġenzija Identità Malta – linji gwida

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida ta’ klawsola 11 ta’ Avvi¿ Legali 47 tal-2014 msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9140?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 9879.

Korp tal-Pulizija — muturi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9170 u jgħid jekk fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija nxtrawx muturi (motorcycles) second hand? Jekk iva, jista’ jgħid mingħand min, jekk hux b'direct order u kemm kien il-prezz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Korp tal-Pulizija ħareġ sejħa lil diversi importaturi sabiex jinxtraw għaxar muturi (motorcycles) tal-mudell BMW RT1200 second hand. Inxtraw mingħand RAD Auto Dealers tal-Marsa wara li kien l-unika importatur li wieġeb għas-sejħa. Inxtraw b’Direct Order approvata mil-Ministeru tal-Finanzi għal valur ta’ €91,000. Dawn il-muturi nxtraw sabiex il-Pulizija jaslu fil-pront fuq il-post tal-inċident u jassistu aktar l-imaniġġjar tat-traffiku.

Korp tal-Pulizija – Ordnijiet ta’ Stop Leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw ordnijiet ta' stop leave (jew kwalsiasi ordni oħra b'isem differenti i¿da bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija minn Jannar 2014 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li : 1) inħareġ messaġġ ta’ stop leave fis-7 ta’ Marzu 2014 (GHQ/HR/63/2014/MSG) li kien ikopri l-perjodu tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew bejn it-22 u t-28 ta’ Mejju 2014. 2) inħareġ messaġġ ta’ stop leave fil-25 ta’ Marzu 2014 (GHQ/HR/75/2014/MSG) li kien ikopri l-perjodu tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll Spring Hunting mill-11 t’April 2014 ‘il quddiem. 3) fis-26 ta’ Mejju 2014 inħareġ messaġġ (GHQ/CONT/1913/2014/MSG) li kien jgħid li l-istop leave ġie terminat b’effett mis-27 ta’ Mejju 2014.

L-Imtaħleb – bini tas-sezzjoni YOURS

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ l-applikazzjoni huwa 0257832130740. Din ġiet preżentata nhar is-17 ta’ Ottubru 2014, għalhekk din l-applikazzjoni għada fil-fażi inizjali tagħha.

Forzi Armati ta’ Malta – Performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tħallas il-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2013 (li jkopru s-sena 2012) kien maħrug mal-paga tal-25 ta’ Frar 2013, ftit inqas minn ġimgħatejn qabel l-Elezzjoni Ġenerali.

Forzi Armati ta’ Malta – performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tħallas il-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2014? Kien hemm uffiċjali li l-performance bonus tagħhom ma tħallasx mal-kumplament fl-2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2014 (li jkopru s-sena 2013) kien maħrug mal-paga tad-9 ta’ Settembru 2014, filwaqt li l-uffiċċjali li ġew promossi fl-aħħar kwart tas-sena 2013 se jiħdu l-bonus tagħhom mal-performance bonus tal-2014.

Korp tal-Pulizija – Ħlas ta’ Overtime

Question

Wara li l-Ministru ilu iktar minn sena u nofs jistudja l-volumi ta' files li skont hu jrid jifli biex jistudja l-kwistjoni tal-arretrati ta' overtime mitlub u mwiegħed lill-Korp tal-Pulizija, u li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9108 qalli li kien qed jiflihom mill-ġdid, jista’ issa jiddikjara sa meta se jitħallsu u kemm se jkun l-ammont li l-Pulizija se jitħallsu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta ma din il-mistoqsija parlamentari, ninsab infurmat li qed jiġu eżaminati l-pariri li ngħataw minn amministrazzjoni preċedenti dwar dan il-każ, sabiex wieħed jifli sew din is-sitwazzjoni. Kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern jinsab impenjat li jsib soluzzjoni.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa- konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għal xiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Multi konvertiti f'ħabs

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8933, jista’ l-Ministru jgħid għal liema reati kienu imposti l-180 multa mill-Qrati tagħna u li ġew konvertiti fi priġunerija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-reati tal-180 multa imposti mill-Qorti u li ġew ikkonvertiti fi priġunerija kienu jikkonsistu kif ġej: 72 multa ta’ kundanna ta’ diprezz lejn l-awtorità tal-Qorti 7 multi fuq kawżi ta’ droga 40 multa f’reati tat-traffiku 23 multa f’reati ta’ ksur tal-liġi tal-VAT Multa fuq reat tal-liġi tad-DLE 18-il multa imposti f’kumpilazzjoni diversi 5 multi imposti fuq id-Distrett tar-Rabat (Malta) Multa imposta fuq id-Distrett tal-Imsida Multa imposta fuq id-Distrett ta’ Ħal Qormi 2 multi imposti fuq fuq id-Distrett ta’ Tas-Sliema Multa imposta fuq id-Distrett ta’ Bormla Multa imposta fuq id-Distrett tal-Mosta 4 multi imposti fis-seduta tad-Distrett tal-Belt Valletta 4 multi imposti fis-seduta tad-Distrett tal-Ħamrun.

MicroInvest – tax credit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm flus ta' tax credits ingħataw bejn l-2009 u l-2013 bil-MicroInvest u lil kemm negozji, sena b'sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għas-snin 2009 u 2010 ma tistax tingħata peress li l-MicroInvest ġiet imwaqqfa fis-sena 2011. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9085.