Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina — Applikazzjonijiet għall-Visa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10846, jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni xorta ngħataw dawk it-52 visa (Schengen Area) meta kien hemm parir kontra li jingħataw? Jista’ jgħid liema kienu dawk l-entitajiet li kienu kontra li joħorġu l-visas f’dawn it-52 każ?
Response (ABELA, CARMELO)
L-artiklu 4 tal-Kap. 1 tar-Regolament (KE) 810/2009, jistablixxi bħala prinċipju, li l-konsulat ta’ kull pajjiż membru tas-schengen huwa l-awtorita kompetenti li teżamina u tiddeċiedi applikazzjonijiet għall-visa.
Kull konsulat huwa responsabli għal, u awtorizzat li joħroġ id-deċizzjoni finali fuq kull applikazzjoni għal visa. Is-sistema elettronika interna tal-Gvern li permezz tagħha jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-visa filfatt hija magħmula b’tali mod li jħalli l-konsulat jiddeċidi li joħroġ visa għalkemm jista jkun hemm rakkommandazzjoni negattiva inizjali min-naħa tal-Pulizija.
F’kull okażżjoni li l-uffiċjali tal-Ambaxxata Maltija f’Beijing jirċievu rakkomandazzjoni negattiva min-naħa tal-Pulizija għall-dawk l-applikazzjonijiet li inizjalment l-konsulat ikun irrakkomanda li tingħata visa, il-konsulat min-naħa tiegħu jerġa jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni.
Jekk jirriżulta lill-konsulat wara din it-tieni eżaminazzjoni tal-applikazzjoni, li l-applikant għall visa jkun issodisfa l-kundizzjoni għall-ħruġ ta’ visa, il-Pulizija jiġu kkuntatjati u mogħtija r-raġunijiet sabiex min-naħa tagħhom jikkonsidraw mill-ġdid ir-rakkommdazzjoni negattiva tagħhom. Dan il-proċess filfatt sar f’kull applikazzjoni li fihom inizjalment kien hemm rakkomandazzjoni negattiva min-naħa tal-Pulizija. Filfatt il-Pulizija f’kull każ aċċetta li l-konsulat Malti f’Beijing kien f’pożizzoni aħjar sabiex jeżamina l-kredibilita tal-applikant u tad-dokumenti kollha (inklużi dawk biċ-Ċiniż) li jkunu ġew ippreżentati mal-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ visa.
Kien hemm diversi raġunijiet għalfejn il-Konsulat ħass li kellu joħroġ visa għalkemm inizjalment il-Pulizija kienu irrakkomandaw li ma tinħariġx, fosthom:
- Applikanti li kienu vvjaġaw fil-passat lejn Malta u kienu ġew mistiedna minn kumpaniji internazzjonli f’Malta,
- Applikant li kellu propjeta f’Malta u kien qed japplika għall-permess ta’ residenza taħt l-Iskema ta’ ‘
Global Residence Programme
’,
- Applikanti li kienu ser i¿uru qraba tagħhom ta’ nazzjonalita Ċiniza u li kienu residenti f’Malta.
- Turisti li kellhom stedina mingħand diplomatiku Ċiniż f’Malta.
Korp tal-Pulizija – sezzjoni tal-kavallerija — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija fis-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Korp tal-Pulizija u kemm-il żiemel hemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa fis-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija hemm ħamsa u għoxrin uffiċċjal tal-Pulizija u tmintax il-żiemel.
Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina — Applikazzjonijiet għall-Visa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10846, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet ta' kull persuna Ċiniża li ngħatat Schengen Visa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tiġi pubblikata minħabba d-Data Protection Act, pero jekk l-Onor. Interpellant jixtieq din l-informazzjoni nista ngħaddijielu in persona.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid wieħed wieħed meta jiskadi l-kuntratt tagħhom bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qegħdin jitħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u għalhekk ser tingħata f’seduta oħra.
Ċittadini tal-Korea ta’ Fuq – applikazzjoni għal Visa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-Visa (Schengen Area) saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija, minn ċittadini tal-Korea ta’ Fuq? Kemm minnhom ġew approvati? F’liema jew tramite liema ambaxxata saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 55 applikazzjoni għall-Visa (Schengen Area) minn ċittadini tal-Korea ta’ fuq. Minnhom 53 ġew approvati. Dawn saru f’Beijing.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar fuq ordni tiegħu wara Marzu 2013 mill-Awditur Ġenerali, Ombudsman u Chief Electoral Commissioner, u li issa ilu diversi xhur konkluż, dwar l-onorarja tal-Membri Parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern bħal issa qed jeżamina r-rapport imsemmi minnu.
Nixtieq nirrimarka li oriġinarjament l-Oppożizzjoni ma reditx tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet li saru dwar dan ir-rapport għaliex qalet li l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u c-Chief Electoral Commissioner ma kellhom ebda mandat biex jidħlu fl-issue imsemmija fil-mistoqsija parlamentari. Kien biss iktar tard li l-Oppożizzjoni reġa' bdielha.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu nett li ġie kkummissjonat ir-rapport, kien intqal li dan kien se jsir biex jekk il-gvern iħoss li jkun hemm il-ħtiega, ir-rakkomondazzjonijiet fih jidħlu fis-seħħ fil-leġiżlatura li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid għala għadhom ma ħarġux it-time promotions tal-2013 tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-Time Promotions tal-2013 qed jinħadmu bħalissa f'eżerċizzju konġunt tal-promozzjonijiet tal-2013 u l-2014. Dawn waslu fil-fażi aħħarija tagħhom u għandhom jiġu ppublikati fil-gimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji viġenti wara Marzu 2013 li l-PAHRO timxi fuqhom biex tiddeċiedi jekk tapprovax reinstatements fil-Korp tal-pulizija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Anness hawn l-lista tal-kriterji li jintużaw mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) għar-re-instatement ta’ ex-uffiċjali tal-pulizija, applikabbli fil-każi ta’ dawk l-uffiċjali li kienu fi gradi inqas minn Spettur, skont ma jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija.
Ir-re-instatement ta’ ex-uffiċjali tal-pulizija li kienu fi gradi ogħla u dawk li kienu ħallew il-Korp wara li ġew medically boarded out huma stabbiliti fil-Public Service Management Code.
Criteria for the re-instatement of ex-police officers as on 25 November 2014:
1. be under 58 years of age and preferably not have left the police force for more than 15 years;
2. not be guilty and convicted of a serious criminal offence;
3. not be found guilty following serious PSC Disciplinary proceedings;
4. not be subject to internal discipline more than once every twelve (12) months and ten (10) times in their whole length of service;
5. be medically fit.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inbidel fil-kriterji tal-PAHRO dwar reinstatements fil-Korp tal-Pulizija li l-PAHRO kienet adotat qabel Marzu 2013 u dawk li l-PAHRO bdiet tuża wara Marzu 2013 għal tali reinstatements?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Anness hawn l-lista tal-kriterji għar-reinstatement li kienu fis-seħħ qabel Marzu 2013 applikabbli fil-każi ta’ dawk l-uffiċjali li kienu fi gradi inqas minn Spettur. Għal-lista tal-kriterji applikabbli llum, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari 12465. Il-kriterji għar-re-instatement ta’ ex-uffiċjali tal-pulizija li kienu fil-grad ta’ Spettur jew ogħla u dawk li kienu ħallew il-Korp wara li ġew medically boarded out ma nbidlux.
Criteria for the re-instatement of ex-police officers prior to March 2013:
1. not have left the force for more than ten (10) years;
2. be under fifty (50) years of age;
3. not be pensioned on twenty-five (25) years service, or within five (5) years from retirement on twenty-five (25) years service;
4. not be guilty and convicted of a criminal offence;
5. not be found guilty following serious PSC Disciplinary Proceedings;
6. not be subject to internal discipline more than once every twelve (12) months and ten (10) times in their whole length of service;
7. not have taken more than twenty-four (24) days sick leave every year (excluding injury on duty, hospitalisation and sick leave leading to boarding out);
8. be medically fit;
9. ex-police officers who were subject of a reinstatement are not to be permitted to be reinstated for the second time.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' nutara li turi s-sena sa meta l-atti tagħhom inter vivos u causa mortis ġew depożitati fl-arkivju notarili?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitpoġġewi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi ta’ Nutara f’Malta u Għawdex li juru s-sena sa meta l-atti tagħhom inter vivos u causa mortis ġew depożitati fl-Arkivju Notarili.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid għala waqa’ ħafna lura t-tqassim tal-ikel tal-Unjoni Ewropea lill-familji fil-bżonn?
Response (GRECH, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja w Solidarjeta' Soċjali minħabba li dan tal-aħħar huwa l-Ministeru responsabli mill-amministrazzjoni ta' dan il-Fond.
European Network and Information Security Agency — drill
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Gvern Malti ma ħax sehem fl-ewwel parti tal-ikbar drill li l-European Network and Information Security Agency qatt għamlet bil-għan li jkunu miġġielda cyber security threats, f’April 2014 imsejjaħ Cyber Europe 2014? Jaf li hekk irrapporta l-EurActiv fl-20 ta’ Ottubru 2014? Iffissirx dan li l-Gvern mhux interessat jieħu sehem f’tests li jiggarantixxu r-readiness u s-sigurtà tal-iktar istituzzjonijiet kritiċi tagħna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Korp tal-Pulizija — Regolamenti dwar reinstatements
Question
Jista’ l-Ministru jqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli jew regolamenti viġenti għal reinstatements fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid b’liema mod u fejn inbiddlu minn dawk viġenti qabel Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10742 fejn qal li kien qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, u peress li l-mistoqsija kienet dwar il-valur u l-għala tal-konsulenzi mogħtija b’direct orders mill-11 ta’ Marzu 2013 fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, u mhux biss l-ismijiet, u peress li t-tweġiba tiegħu kienet biss dwar l-ismijiet, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda fl-intier tagħha kif iddikjara hu stess li kien qed jagħmel fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10742?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni saret, inkluż infiq, fl-aħħar 12-il xahar fil-housing estates tar-Raba' Distrett Elettorali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar 12-il xahar tlestew diversi xogħlijiet ta’ tiswijiet mill-Awtorità tad-Djar, ġo postijiet tal-Gvern. Dawn kienu jikkonsistu f’tiswijiet strutturali ta’ soqfa u gallarijiet, tiswijiet fil-bjut u apramorti, tiswijiet u tibdil ta’ sistemi ta’ dranaġġ kif ukoll xi tiswijiet oħra fil-partijiet komuni tal-blokki. In-nefqa totali, minn Novembru 2013 sa Ottubru 2014 fil-housing estates li jagħmlu parti mir-raba’ distrett elettorali, kienet ta’ €202,959.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9979 u jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess domanda li qed jagħmel riferenza għaliha twieġeb din id-domanda parlamentari li qed jagħmel issa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-artiklu 141 tal-Kodiċi Kriminali hux applikabbli u jiġix applikat f'każ ta' impjegat ta' korporazzjoni pubblika li jixxaħħam?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, għall-fatt illi l-iskop ta’ dina l-mistoqsija parlamentari ma jistax ikun il-kisba ta’ parir legali u għalhekk din it-tweġiba m’għandiex tiġi interpretata bħala xi forma ta’ parir legali lil xi ħadd, wisq iżjed meta ma ġewx esposti fil-mistoqsija l-ebda fatti speċifiċi.
L-Artikolu 141 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:
“DISPOSIZZJONI ĠENERALI LI TAPPLIKA
GĦALL-UFFIĊJALI PUBBLIĊIDisposizzjoni
ġenerali.
Emendat:
IX. 1859.10.
141. Barra mill-każijiet li fihom il-liġi tgħid espressament liema
huma l-pieni li għandhom jingħataw għar-reati li jsiru minn
uffiċjali jew impjegati pubbliċi, kull uffiċjal jew impjegat pubbliku
li jsir ħati ta’ reat ieħor li huwa kellu jissorvelja biex ma jsirx jew li
minħabba l-kariga tiegħu huwa kellu d-dmir li jimpedixxi, jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena stabbilita għal dak ir-reat, miżjuda bi
grad.”
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li kif inhu miktub l-Artikolu, jirreferi għall-uffiċċjali pubbliċi biss. Madanakollu, wieħed għandu jiftakar li l-liġijiet kostituttivi ta’ diversi korporazzjonijiet pubbliċi jistipulaw illi l-impjegati ta’ dawk il-korporazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala uffiċċjali pubbliċi għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali.
F’dak il-każ, għalhekk l-Artikolu 141 japplika wkoll għall- “impjegat ta’ korporazzjoni pubblika li jixxaħħam.”