Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni inġaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14115 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14948 mwieġba fis-Seduta numru 249.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali– persuni inġaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14116 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14938.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14118 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 14940.

Bord tal-Koperattivi – koperattivi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva ġdida ġew reġistrati mal-Bord tal-Koperattivi fl-2014 u jagħti wkoll l-ismijiet tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ (2) koperattivi ġodda fl-2014 li ġew reġistrati mal-Bord tal-koperattivi u dawn huma: · Comino Ferries Co-op Limited u · Urban Lab Cooperative Limited

Bord tal-Koperattivi – ħidma ppjanata għas-sena 2015

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm dettaljat ta' ħidma tal-Bord tal-Koperattivi għal 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ ħidma tal-Bord tal-Koperattivi għas-sena 2015 ser ikun qed jindirizza dawn il-miżuri: § Matul l-2015 ser ikunu implimentati regolamenti ġodda li jiggvernaw il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Dawn ir-regolamenti ser jiżguraw li l-fondi jintużaw bl-aktar mod effettiv għall-ġid tal-moviment koperattiv. § Jitkompla l-proċess ta’ tisħih tal-liġi tal-koperattivi biex jitħarsu aktar il-bżonnijiet attwali tal-koperattivi. It-tisħiħ tal-liġi ser ikun qed jindirizza fost diversi issues, il-kunċett ta’ koperattivi soċjali li jħarsu l-interessi ta’ nies żvantaġġati. Għal dan il-għan qed issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati. § Nippromovu mill-ġdid l-użu tal-mudell koperattiv fis-Servizz Pubbliku. L-iskemi attwali qed jiġu aġġornati sabiex ikunu aktar relevanti għar-realtajiet ta’ llum. Ħaddiema fis-settur pubbliku ser ikunu mħajra jiffurmaw koperattivi u l-Gvern ser jgħin sabiex dawn jirnexxu. § Jitfassal pjan ta’ edukazzjoni sabiex jiżdied l-għarfien tal-mudell koperattiv bħala alternattiva ta’ oħra ta’ mudell ta’ entrapriża. Dan il-pjan ser ikun qed jindirizza studenti, kummerċjanti, professjonisti u l-pubbliku in ġenerali. Ser ikunu qed naħdmu wkoll mill-qrib mal-kunsilli lokali sabiex nippromovu l-mudell koperattiv. § Titkompla l-ħidma sabiex ikun hemm level playingfield għall-koperattivi biex joperaw mingħajr żvantaġġi ma’ mudelli oħra ta’ intrapriżi. Għal dan il-għan qiegħda ssir konsultazzjoni mal-koperattvi sabiex ikun identifikati l-iżvantaġġi li qed ikunu iffaċċjati bħalissa. § Titkompla ħidma sabiex ikomplu jonqsu n-numru ta’ koperattivi li mhumiex konformi mal-liġi. § Titkompla ħidma sabiex jingħalqu numru ta’ każijiet ta’ stralċ li ilhom pendenti għall-numru ta’ snin.

Impjant tal-BWSC – Generating Officer

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-interviews li saru riċenti fl-Enemalta u li diġà ġew ippubblikati ftit jiem ilu, għal generating officer fuq l-impjant tal-BWSC?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn ir-riżultati ġew ippubblikati skont il-collective agreements.

Impjant tal-BWSC — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il miljun litru fuel ħarqet/użat l-impjant tal-BWSC minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Leg 12 PQ #14678 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kemmuna – kiri ta’ sunbeds u umbrellel mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern ħarġitx tender/sejħa pubblika fl-2011, 2012, 2013 u fl-2014 għall-kiri tas-sunbeds u umbrellel f'Kemmuna? Jekk iva, jista’ jgħid għal kull sena indikata kemm kienet l-ogħla offerta li rebħet it-tender?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma ħareġ l-ebda offerti bejn l-2011 u l-2014, għall-kiri tas-sunbeds u umbrellel f'Kemmuna peress li fl-2010, ingħatat kirja lil-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu biex tuża żewġ siti fil-Bajja tal-Blue Lagoon għal uzu esklussiv ta’ tqegħid ta’ mobile kiosks u kiri ta’ umbrellel.
Leg 12 PQ #14679 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Impact Assessment – applikazzjoni għal offshore wind farm

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra jew dokument iffirmat mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bħala Chairman tal-MEPA li hu stess fis-seduta tal-Bord tal-MEPA tal-Ħamis, 19 ta' Frar 2015 qal li kiteb biex jieqaf il-proċess tal-Environmental Impact Assessment dwar l-applikazzjoni għal offshore wind farm?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi l-ittra fuq l-Mejda tal-Kamra .

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn, Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija baqgħet tingħata xogħol mill-Enemalta u l-ARMS Ltd bħalma kienet tingħata qabel id-9 ta’ Marzu 2013.

Ta’ Qali Crafts Village — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan konkrett tal-Gvern għall-Iżviupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali? X’inhuma t-timelines applikabbli?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' pjannar wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u qed isiru l-preparamenti neċessarji biex jinkitbu s-sejħiet għall- offerti. Hekk Kif jiftħu l-applikazzjoniet tal-ERDF il-proġett se jiġi sottomess għall-fondi. Ix-xogħol mistenni jibda hekk kif jiġu approvati l-fondi.

Ta’ Qali Crafts Village — proposti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’proposti saru mill-Malta Industrial Parks jew mill-Ministeru tiegħu s’issa, minn Marzu 2013 sal-lum, lill-inkwilni tal-Crafts Village f’Ta’ Qali għall-izvilupp tal-Crafts Village?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkwilini tal-Crafts Village f’Ta’ Qali ġew offruti kuntratt ta’ ċens ta’ 65 sena.

Ta’ Qali Crafts Village – laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum, x’laqgħat ta’ konsultazzjoni saru, jekk saru, u ma’ min, dwar l-iżvilupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mill-MIP mal-inkwilini tal-Crafts Village f’Ta’ Qali. Saru tlett laqgħat ghall-inkwilini kollha f’daqqa u l-fuq minn tmenin laqgħa fuq bazi individwali fejn kull inkwilin kellu l-possibilita’ jiddiskuti l-affarjiet li jolqtu lilu jew lilha. F’dawn il-laqgħat ħafna mill-inkwilini ilmentaw mill-fatt li l-proġett kien ilu snin twal imwiegħed mill-amministrazzjoni preċedenti u qatt ma sar. Apprezzaw li din l-amministrazzjoni qed turi r-rieda li dan il-proġett jitlesta fl-iqsar zmien possibbli biex pajjizna jkollu vilaġġ tal-artiġġjanat li jkun ta’ livell ġħoli.

Ta’ Qali Crafts Village – laqgħat mal-operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu ltaqax mal-operaturi kollha tal-Crafts Village f’Ta’ Qali minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fost l-ewwel impenji tiegħi fil-Ministeru kien hemm żjara fil-Villaġġ tal-Artiġjanat f’Ta’ Qali, fejn żort diversi ħwienet u huts u tkellimt ma’ diversi operaturi. F’din l-okkażjoni wassalt il-messaġġ li jien kont aċċessibli għal dawk l-operaturi li xtaqu jitkellmu miegħi, kif jistgħu jaffermaw diversi operaturi. Fil-fatt, bqajt niltaqa’ regolarment mal-operaturi, inkluż sa din il-Ġimgħa stess.

Ta’ Qali Crafts Village — deadline

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-deadline li ngħataw l-inkwilini tal-Crafts Village f’Ta’ Qali mill-Malta Industrial Parks li se jiskadi fl-aħħar ta’ Marzu 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkwilini tal-Crafts Village f’Ta’Qali ma ngħataw l-ebda deadline mill-MIP. Fl-aħħar ta’ Marzu 2015 jiskadu l-konvenji li hemm attwali.

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14434.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtha, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma jirriżultax li ingħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament mill-Ministeru tiegħi inkluż kull entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħtu.
Leg 12 PQ #14438 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija mill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.