Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14260 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14119 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija numru 14941
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14173 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 15295 u 15296.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14174 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella mehmuża hawn taħt.
Ministeru/dipartiment/ entitajiet
Position of trust
VAT
Technical Advisor
MFSA
Actuary
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — positions of trust
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14177 u telenka u tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħta?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jispjega l-proċedura li ġiet segwita u min kien preżenti biex ġew assenjati l-kawżi li ġew ippreżentati fil-Prim’Awla Qorti Ċivili nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar 2015? Jista’ jgħid liema kawżi ġew assenjati lil liema ġudikanti wara din l-assenjazzjoni tal-kawżi li ġew ippreżentati f’dik il-ġurnata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kawżi ċivili ppreżentati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili jiġu assenjati bejn l-Imħallfin mid-Deputati Reġistraturi fuq struzzjonijiet tar-Reġistratur skont kif ikun ġie previst mill-Prim Imħallef skont il-liġi fid-distribuzzjoni tax-xogħol tal-qrati . Il-kawżi Ċivili jitqassmu skont il-materja fil-kawża u jingħataw lill-Imħallef li hu magħżul biex jisma’ dak it-tip ta’ kawzi. Il-kawżi li l-materja partikolari tagħhom ma tkunx ġiet assenjata lil xi ġudikant speċifiku jitqassmu bejn l-imħallfin kollha.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq struzzjonijiet tal-Prim Imħallef, mid- 9 ta’ Ottubru 2014, il-kawżi ġenerali bdew jitqassmu lill-Imħallef wieħed li kien għadu kemm ġie appuntat u li għalhekk ma kellu ebda kawża assenjata lilu. Dan l-arranġament għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm in-numru ta’ kawżi quddiem l-istess Imħallef jilħaq il-livell medju tal-kawżi li għandhom quddiemhom l-Imħallfin l-oħra.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Membru li l-kawżi ppreżentati fit-23 ta’ Frar 2015 ġew imqassma lill-ġudikanti skont il-materja assenjata lilhom mill-Prim Imħallef.
Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta – membri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar kienx hemm riżenji ta’ membri mill-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min kienu dawk li rriżenjaw u liema settur kienu qed jirrappreżentaw? Tista’ tgħid jekk ġewx appuntati membri ġodda matul l-istess perjodu? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid min huma, minn liema lokalità ġejjin u liema setturi qed jirrappreżentaw f’dawn il-Kunsill?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta — Impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandu impjegati jaħdmu jew li ġew assenjati mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta? Tista’ tgħid x’inhu x-xogħol ta’ dawn l-impjegati? Tista’ tgħid x’inhu l-grad u s-salarju tagħhom, flimkien mal-benefiċċji li qed jingħatalhom? Tista’ tgħid minn liema lokalità ġejjin, u meta dawn l-impjegati ġew ingaġġati maċ-Ċivil?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14122, u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14175 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15184 (ħmistax-il ef, mija, erbgħa u tmenin) filwaqt li ninfurmah illi n-nies tas-Segretarjat huma kollha positions of trust li l-kuntratt tagħhom huwa bbażat fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 t’April 2013.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14176 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14937 tal-Onorevli Mario DeMarco.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14170 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistqsija parlamentari 14164 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14165 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14945.
Barra minn hekk, erbgħa persuni oħra kienu ngaġġati bħala persons of trust qabel id-9 ta' Marzu 2013 u persuna oħra kienet ingaġġata bħala person of trust fis-16 ta' Frar 2015.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order u f’kull każ kemm kien il-valur tax-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14527 (erbatx-il elf, ħames mija, sebgħa u għoxrin).
Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – encroachment permits
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14095 u jgħid kemm-il encroachment permit ħarġet id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fl-2013 u l-2014? Kemm minnhom ma kinux jeżistu fl-2012?
Uffiċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14110 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14113 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14946 datata 11 ta’ Marzu 2015.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14114 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?