Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15178 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gudja – Sit magħruf bħala Rihana Msaqqfa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-titolu legali li hemm gravanti fuq is-sit Rihana Msaqqfa, limiti tal-Gudja, u li tinsab fil-file tal-Uffiċċju Konġunt lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex qbiela jew kera u jekk dan huwiex għaddej bħalissa frott sejħa pubblika jew le? Jekk kien hemm sejħa pubblika, jista’ jagħti d-data ta’ meta ħarġet it-tender pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit magħruf bħala Rihana Msaqqfa limiti tal-Gudja, u li tinsab fil-file tal-Uffiċċju Konġunt lid-dettalji dwaru ngħataw separatament, ġiet mikrija minn sena għal sena għal skop ta’ agrikoltura wara sejħa għall-offerti li ħarġet permezz ta’ Avviż Nru 54 datat 24 ta’ Ġunju 2011.

Malta Police Association – Awtonomija tal-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx fi ftehim mal-Malta Police Association dwar l-oġġezzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-addendum li jneħħi l-awtonomija tal-Korp u li dwaru l-Assoċjazzjoni għamlet protest ġudizzjarju f’Novembru 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Malta Police Associaiton – ħlas għal overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kellux laqgħat, u jekk iva meta, mal-Malta Police Association dwar il-miljun ewro f’arrettrati ta’ sahra li kellhom jieħdu l-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid kif wasal għall-konkluzzjoni li l-ammont huwa miljun ewro. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern li kien jifforma parti minnu hu kien qal li m’għandhom jieħdu xejn.

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Ażerbajġan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14018 fejn kien mitlub iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding u kull ftehim ieħor li huwa ffirma f’isem il-Gvern Malti mal-Gvern tal-Ażerbajġan minn Marzu 2013 sal-lum, u peress li kien qal li kien se jippubblikah fil-ġranet li ġejjin, jista’ l-Ministru issa jippubblikah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Memorandum of Understanding diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapport ta’ inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jżomm il-kelma u jippubblika minnufih ir-rapport tal-inkjesta ordnata fl-2014 dwar id-deċiżjoni tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jiġu rtirati l-proċeduri kriminali kontra raġel li aggredixxa l-pulizija tal-għassa ta’ Ħaż-Żabbar f’Ġunju 2013 wara li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’Jannar 2015 wiegħed li kien se jkun released in the next few days?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kelmti se nżommha kif għamilt s’issa.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ilma kiesaħ f’diviżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispejga għala f’ċertu diviżjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ilu diversi ġimgħat ma jkun hemm ilma sħun għall-priġunieri biex jinħaslu bil-konsegwenza li jkollhom bilfors jinħaslu bl-ilma kiesaħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhux minnu li s-sitwazzjoni damet ġimgħat. Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal wara li saru t-tiswijiet meħtieġa.

Court cases –Preliminary reference to the European Court of Justice

Question

Can the Minister state how many applications have been made by the parties to a case asking the Maltese Courts to make a preliminary reference to European Court of Justice, since Malta’s accession to the European Union? How many of these applications were made to the courts of last resort? How many preliminary references to the European Court of Justice were actually made by the Maltese Courts since Malta’s accession to the European Union?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat li l-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta u Għawdex ma jżommux statistika fir-rigward tan-numru ta' rikorsi magħmula mill-partijiet biex il-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta jiddeċiedu favur li jagħmlu referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja u fir-rigward tan-numru ta' rikorsi magħmula bl-istess mod iżda lill-Qorti tal-aħħar istanza. Intant, mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, in-numru ta’ referenzi preliminari li ġew magħmula mill-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta kienu tnejn. i. Referenza Preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) No 530/2008 tat- 12 ta’ Ġunju 2008 u l-validità tal- Artiklu 7(2) tal-Regolament tal-Kunsill (EC) 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. ii. Referenza Preliminari dwar l-Artiklu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002.

ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija inkluż lil min ingħataw, mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14182 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Malta għandhiex ħsieb li tiffirma l-konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda tal-1954 u 1961 dwar persuni bla nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed janalizza l-provvedimenti ta’ dawn il-Konvenzjonijiet.
Leg 12 PQ #15059 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14418 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15060 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14419 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14423, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega kif, ġaladarba l-event fil-Girgenti in konnessjoni mal-European Broadcasting Union tas-27 ta’ Ġunju 2013 kien ilu xhur sħaħ li tħabbar u l-Gvern dan kien jafu, il-Ministeru tiegħu xorta waħda ta direct order ta’ €27,331 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minflok ħareġ tender pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq din l-ikla li saret sentejn ilu, ġew mwieġba minn tal-inqas ħdax il-domanda. Kif intqal mill-predeċessur tiegħi, r-regoli kollha taċ-ċivili li jirregolaw il-finanzjament kienu rispettati sabiex sar dan l-avveniment li ġabar bosta delegazzjonijeit minn pajjiżi barranin.
Leg 12 PQ #15062 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Xogħol mogħti lil kumpanija b’direct order

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif approva li jingħata direct order ta’ €27,331 lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal event tal-European Broadcasting Union organizzat mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fil-Girgenti, meta dan l-event kien ilu xhur sħaħ li tħabbar u allura l-Gvern kellu żmien u ċans li joħroġ tender pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14855 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ ta' siti storiċi proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibda jbiegħ ċertu siti storiċi proprjetà tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhiex il-ħsieb u anqas il-prassi tal-Gvern li jbiegħ siti storiċi proprjetà tal-Gvern.

Smart City – ftehim għall-bini ta’ Sptar Privat

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat ix-xahar li għadda għall-bini ta' sptar privat fi Smart City, il-Kalkara?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-ftehim kummercjali huwa bejn smart city u l-investituri strategic tas-sahha. Dettalji dwar memorandum of understanding mal-gvern malti jkunu jistghu jigu pprovduti fil-gimghat li gejjin.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14432 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14432 (erbatax-il elf, erba’ mija, tnejn u tletin).

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14433 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ingħatha l-ebda xogħol lil din il-kumpanija.
Leg 12 PQ #15056 Sitting 254 2015-03-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – attivitajiet soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14229 u jgħid kemm-il attività soċjali, inkluż ikliet u simili bħal high teas, ġew organizzati f’Villa Francia, Ħal Lija matul l-2014 u fiex kienu jikkonsistu jew għal liema okkażjoni saru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Gunju 2014, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 7100. Għall-perjodu Lulju – Dicembru 2014, kien hemm 6 okkazjonijiet fejn f’Villa Francia saru attivitajiet bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu. Numru minnhom kienu jiġu organizzati f’okkazjonijiet partikolari anki mill-amministrazzjoni preċedenti bħal fl-okkazjoni tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta u fl-okkazjoni tal-festa ta’ Ħal Lija. Attivita ohra kienet tinvolvi laqgħa bejn rapprezentanti tal-Gnus Maghquda, tal-gvern Libjan u tal-gvern Malti, filwaqt li l-oħrajn involvew lis-soċjetà civili u għaqdiet mhux governattivi kif ukoll ambaxxaturi u rapprezentanti ta’ pajjizi barranin.
Leg 12 PQ #14835 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14172 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghal mistoqsija numru 14941