Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ chief security officer jew simili, fil-Freeport hijiex okkupata minn membru tal-Korp tal-Pulizija u jekk iva, dan sar wara sejħa pubblika jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed jaħdem il-Freeport? X’inhuma l-kwalifiki li jagħmluh idoneu għax-xogħol ta’ security li qed iwettaq? X’inhi l-kariga li qed jokkupa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – encroachment permits
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14744 u 14095 u jgħid kemm-il encroachment permit ħarġet id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fl-2013 u l-2014? Kemm minnhom ma kinux jeżistu fl-2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2013 inħarġu 143 encroachment permit ġdid filwaqt li fl-2014 inħarġu 123 encroachment permit ġdid. Peress li dawn l-encroachments kienu permessi ġodda li nħarġu fi snin imsemmija, dawn ma kienux jeżistu fl-2012 f’liema sena l-ammont ta’ encroachment permits ġodda li nħarġu kien ta’ 142.
Kemmuna – kiri ta’ sunbeds u umbrellel mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14678, jista' l-Prim Ministru jgħid b'kemm ħlas kienet ingħatat l-kirja fl-2010 lill-Awtorità Maltija dwar it-Turiżmu mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern biex tuża żewġ siti fil-bajja tal-Blue Lagoon f'Kemmuna għall-użu esklussiv ta' kiri ta' umbrellel u tqegħid ta' mobile kioks?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas tal-kirja għal dawn iż-żewġ siti tammonta għal €150 fis-sena.
MTA — mobile kiosks u kiri ta' umbrellel fil-bajja tal-Blue Lagoon f'Kemmuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet daħlet introjtu l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2010. 2011 u 2012 rispettivament meta din ħarġet sejħa għall-użu esklussiv ta' tqegħid ta' mobile kiosks u kiri ta' umbrellel fil-bajja tal-Blue Lagoon f'Kemmuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed nippreżenta, fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li tindika l-introjtu li kellha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn tenders li nħarġu fl-2010, 2011 u 2012 fuq żewġ siti fi Blue Lagoon għal kiri ta’ deckchairs u umbrelel. Ta’ min jgħid illi din il-kontribuzzjoni ġiet użata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sabiex jingħata servizz ta’ lifeguards f’Kemmuna stess.
Fir-rigward ta’
mobile kiosks,
dawn għandhom liċenzji mingħand id-Dipartiment tal-Kummerċ u mhux mingħand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa – inawgurazzjoni ta’ uffiċċju ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Oppożizzjoni kenitx mistieda uffiċjalment għall-ftuħ tal-Uffiċċju ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li ġie inawgurat ftit jiem ilu mill-Prim Ministru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-rappreżentanti tad-Distrett taż-żewġ naħat kienu mistiedna permezz t’ ittra rreġistrata u anki b’ email. Dakinhar kien hemm preżenti l-Onor. Ryan Callus u l-Onor. Clyde Puli.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – investigazzjoni ta’ każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-jum li qed issir din l-interpellanza, persuna li tikteb lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex tinvestiga każ, il-kummissjoni hijiex f’pożizzjoni li tibda tinvestiga l-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għandha d-doveri mogħtija lilha taħt l-Att dwar il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.
Il-Kummissjoni hija kostitwita u għalhekk hija f’pożizzjoni li tagħmel dak kollu li jrid minnha l-imsemmi Att.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14110 u 14734 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm 17 – il persuna ingaġġata bħala position of trust fi ħdan ic-CHOGM taskforce u persuna waħda fl-IPSL.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Armerija li bħalissa tinsab fil-pjan terran tal-Palazz fil-Belt Valletta hijiex ser terġa’ tieħu postha fil-post li bħalissa huwa l-Kamra tad-Deputati ġaladarba l-Parlament jirriloka għall-bini l-ġdid u għalhekk l-Kamra tad-Deputati ta’ bħalissa tiġi battala? Dan biex l-Armerija tkun esebita f’iktar spazju u b’mod li tkun apprezzata ferm iktar milli hija llum.
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb huwa li eventwalment isir preciżament hekk, għad li dan mhux se jsir immedjatament wara r-rilokazzjoni ta’ dina l-Kamra fil-binja tal-Parlament il-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ dawl minn dawk l-elf persuna li fl-2014 huwa semma li kienu involuti f’dan l-aġir kriminali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc tgħaddi t-tagħrif kollu dwar serq tal-elettriku u irregolaritajiet oħrajn, lill-Pulizija għal aktar stħarriġ. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku fl-2014? Kemm minn dawk li tressqu, tressqu fuq talba tal-Enemalta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014 kien hemm ħamsa u għoxrin (25) każ ta persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku. Dawn kollha tressqu fuq talba tal-Enemalta.
Peress u in vista tal-fatt li fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata hemm mijiet ta' oqbra li ilhom ma jintużaw iktar minn 100 sena (uħud anke 140 sena) u dan għax ma baqax eredi tal-proprjetarji oriġinali, jista’ l-Ministru jixtarr emenda għal-Liġi tad-Dfin sabiex dawk il-każijiet li qabar ilu magħluq iktar minn 100 sena dan igħaddi għand il-Gvern sabiex il-Gvern imbagħad joħorġu għal bejgħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet interni fuq dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il servizz residenzjali tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd mill-1 ta' Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva. Il-provvista tal-elettriku tista’ tiġi sospiża għal diversi raġunijiet, hekk kif stipulat fil-liġi, fosthom irregolaritajiet fil-konsum, bħal serq jew self ta’ elettriku minn proprjetà għall-oħra, kif ukoll meta jkun hemm kontijiet mhux imħallsa.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041 u 14527 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn, Marzu 2013 sal-lum (u jinnota l-Ministru li mhux insaqsih x'ġara qabel Marzu 2013)? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14527 (erbatax-il elf, ħames mija, sebgħa u għoxrin), ninfurmah li l-kumpanija msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas għas-servizzi tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex assista lill-Gvern fuq il-kuntratt tal-enerġija mas-Shanghai Electric u l-Electrogas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ma kenitx involuta fil-kuntratt imsemmi u għalhekk ma tħallset tal-ebda servizz għax ma pprovdietx dan is-servizz.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14439 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqa’ taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi, il-kumpanija msemmija ngħatat b’xogħol kif ġej minn Marzu 2013 sal-lum:
01Karnival 2014Palk, platea, sound, skrins etc.€58,000.00Direct Order
02Junior Eurovision Song ContestTindif tal-Malta Shipbuilding qabel kellu jsir il-Junior Eurovision Song Contest€29,500.00Direct Order
03Junior Eurovision Song ContestBini proviżorju ta’ backstage u tal-Press Centre€92,132.00Direct Order
04Karnival 2015Palk, platea, sound, skrins etc.€75,679.30Tender wara li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14440 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali , inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqa’ taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija minn Marzu 2013 sal-lum fir-rigward tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, inkluż l-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm ġew impjegati persuni mal-Malta Gaming Authority (allura l-Lotteries and Gaming Authority) minn Marzu 2013 sad-data tar-risposta ta’ din il-mistoqsija;
(b) b’riżultat taż-żieda fin-numru tal-impjegati, kemm żdied l-infiq tal-istess Awtorità f’pagi u salarji;
(c) kemm u liema minn dawn l-impjiegi ġodda saru b’sejħa pubblika u kemm saru mingħajr sejħa pubbliku;
(d) f’liema gradi saru dawn l-impjiegi ġodda u f’liema distretti joqgħod kull impjegat ġdid; u
(e) kemm minn dawn l-impjegati ġodda kienu preċedentement impjegati mal-Vodafone?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Gaming Authority – Executive Management Committee
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn l-Executive Management Committee tal-Malta Gaming Authority, minn Marzu 2013 sal-lum, inbidel kważi kompletament fejn persuni li kienu f’dan il-kumitat ġew mibdula kollha ħlief għal waħda? Jista’ jgħid xi kwalifiki u esperjenza fil-qasam tal-gaming għandhom iċ-chief officers ġodda? Jista’ jgħid jekk dawn iċ-chief officers ġodda intgħażlux direttament mill-Executive Chairman jew intagħżlux wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull tibdil fl-amministrazzjoni tal-Malta Gaming Authority sar biex jissodisfa l-vizjoni u l-istrateġija l-ġdida li qed tingħata din l-Awtorità, filwaqt li jkunu indirizzati dawk in-nuqqasijiet li din l-amministrazzjoni dehrilha li trid tindirizza fl-interess tal-industrija. Il-kredenzjali taċ-Chief Officers magħzula biex jokkupaw dawn il-karigi jistgħu faċilment ikunu kkonfermati mill-Onor. Interpellant fuq is-sit elettroniku tal-istess awtorità.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati meta hu żar l-Ażerbajġan fuq xogħol ministerjali minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull okkażjoni, minn min kien akkumpanjat, u x’kienu l-iskop taż-żjarat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15529 (ħmistax-il elf, ħames mija, disgħa u għoxrin.)