Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #15548 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati, inkluż dawk li ngħataw pożizzjoni f’daw l-aħħar xhur, li hemm fil-preżent jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15559 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14836, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-persuni fuq audit committee tal-Gozo Channel Co Ltd ikunu persons of trust fil-Ministeru tiegħu meta suppost tali audit committee għandu jkun indipendenti b’mod assolut? Ma jidhirlux li jekk vera jrid trasparenza u good governance tali audit committee għandu jkun tassew indipendenti minnu?

Response (REFALO, ANTON)

Il-persons of trust imsemija mill-Onor. Interpellant huma Indipendenti mill-management tal-Kumpanija u għalhekk qegħdin f’qada tajba li josservaw l-operat tagħha. L-Audit Committee ta kontribut siewi biex f’perijodu qasir il-kumpanija bdiet tirreġistra qlieħ flok telf li kienet tagħmel qabel.
Leg 12 PQ #15560 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14836, jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-irwol tal-OPM Customer Care Assistant meta l-Ministeru għall-Għawdex ma jaqax taħt Ministeru ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Customer Care Assistant huwa ta’ Liaison bejn il-Ministeru għal Għawdex u il-Customer Care Unit ta’ l-OPM.

AFM – Deputat Kmandant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hix prassi li d-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta ikun Kastilja jisma’ lmenti dwar customer care relatati mal-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għandu informazzjoni żbaljata.
Leg 12 PQ #15567 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15059 u 14418 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija li qed iqassmu l-voti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija li qed iqassmu l-voti bħalissa mhux qed iħallu nota jekk ma jsibu lil ħadd fid-djar fejn ikunu ħabtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li skont il-kontenut tal-paragrafu (8) tal-ktejjeb intitolat, “Struzzjonijiet lill-Uffiċjali inkarigati mit-tqassim tad-Dokumenti ghall-Votazzjoni” li nħareġ mil-Kummissjoni Elettorali u li tqassam lill-membri kollha tal-Korp li ġew inkarigati mit-tqassim tal-voti, għandha titħalla nota ffirmata mill-istess membru tal-Korp, fejn tgħarraf lill-votant il-ħin u d-data ta’ meta dan ser jagħmel tentattiv ieħor sabiex iwassal id-dokument.

Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar

Question

Tista’ l-Ministru tispjega għaliex inġasset il-ħtieġa li jkun hemm uffiċjali tal-customer care impjegati mal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm il-ħtieġa li jitwaqqaf “unit” fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv biex fiħ jintlqagħu lmenti u anke idejat u proposti minn ċittadini u residenti tan-Nofsinhar ta’ Malta. Permezz ta’ dan l-uffiċċju se jkun hemm aktar ko-ordinament bejn il-Kunsill Konsultattiv u l-Kunsilli Lokali tan-Nofsinhar biex jindirizzaw il-ħtieġijiet kif ukoll proġetti li jkunu qegħdin isiru fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Leg 12 PQ #15470 Sitting 263 2015-05-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14110 u 14734 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 15445.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni qed ikopru jew x’inhu x-xogħol tal-persons of trust impjegati mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jagħmlu parti mil mid-dekasteru tiegħu u li ġew impjegati bejn id-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15396 (ħmistax-il elf, tlett mija, sitta u disgħin).

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15054 u 14432 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija? Liema minn dawn l-inkarigi ta’ xogħlijiet ingħataw permezz ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ingħatat l-inkarigu li tarma/żżarma l-gazebos li ntużaw fl-Energy Conference f’Lulju li għadda, kif ukoll ingħatat xogħol ta’ kiri ta’ tined temporanji għall-istorage. L-ammont globali huwa ta’ €20,430 (erbgħa u għoxrin elf, erba’ mija u tletin).
Leg 12 PQ #15473 Sitting 263 2015-05-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – encroachment permits

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14744 u jgħid kemm-il encroachment permit ħarġet id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fl-2013 u l-2014? Kemm minnhom ma kinux jeżistu fl-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba għal mistoqsija parlamentari 15443.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14740 u 14170 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #15445 Sitting 262 2015-05-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14734 u 14110 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15399.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà

Question

Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14743 ma tagħtix l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14743 u 14041 u jgħid fil-fatt liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order u f’kull każ kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15327 (ħmistax-il elf, tlett mija, sebgħa u għoxrin).
Leg 12 PQ #15449 Sitting 262 2015-05-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas ta' VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha kundanna ta' ħtija mill-Qrati Kriminali fuq ħlas ta' VAT tistax jew setgħetx tibbenefika mill-emendi tal-Att tal-VAT li ġew fis-seħħ fil-5 ta' Novembru 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li kellha kundanna ta’ ħtija mill-Qrati Kriminali fuq ħlas ta’ VAT setgħat tibbenefika mill-Att XIV tal-2013: 1. jekk dik il-persuna issottomettiet id-denunzja/denunzji (saħansitra anke mingħajr ħlas) qabel beda jiddekorri l-perjodu applikabbli li fuqu ġiet applikata multa per diem billi il-multa ġiet imħassra; u 2. fejn dik il-persuna baqgħet inadempjenti, il-multa ġiet ridotta minn €15 għal €5 kuljum.

Korp tal-Pulizija — Family Friendly Measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-family friendly measures bħal flexi hours eċċ. fil-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta' Kuntistabbli, Surġent u Maġġur li ġew rifjutati din is-sena? X'kienet ir-raġuni għal tali rifjut f'kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm żewġ każijiet ta’ talbiet għall-family friendly measures fil-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta' Kuntistabbli, Surġent u Maġġur li ġew rrifjutati. Dawn kienu jappartjenu lil żewġ kuntistabbli femminili. Iż-żewġ każijiet ġew irrifjutati biex ikun hemm konsistenza u uniformità fix-xiftijiet tax-xogħol. Iżda rrid infakkar l-politika tal-Gvern hija favur family friendly measures. Għaldaqstant il-Ministeru se jitlob aktar dettalji dwar dawn it-talbiet.

Korp tal-Pulizija — Family Friendly Measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-family friendly measures bħal flexi hours eċċ. fil-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta' Spetturi u ranks ogħla li li ġew rifjutati din is-sena? X'kienet ir-raġuni għal tali rifjut f'kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm tliet każijiet ta’ talbiet għall-family friendly measures fil-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta' Spetturi u ranks għola li ġew rifjutati. Dawn kienu żewġ spetturi femminili. Fi tliet każijiet, dan sar biex ikun hemm uniformità fi grad ta’ Spettur. Iżda rrid infakkar l-politika tal-Gvern hija favur family friendly measures. Għaldaqstant il-Ministeru se jitlob aktar dettalji dwar dawn it-talbiet.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa– membru fil-Korp tal-Pulizija fis-Segretarjat Privat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fis-Segretarjat Privat tiegħu hemm l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa membru tal-Korp tal-Pulizija? Min ta l-permess biex tali membru tal-korp jaħdem fis-segretarjat privat tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trasferiment ġie approvat skont ir-regoli eżistenti fis-servizz pubbliku għal tali trasferiment.

Membri tal-Korp tal-Pulizija fis-segretarjati privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni, u min ta l-permess għall -membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu fil-customer care fis-Segretarjati tal-Ministri preżenti? Min ta l-permess? Kemm hemm minn dawn il-membri tal-Korp li qed jaħdmu fis-Segretarjati privati tal-Ministri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm persuna waħda membru tal-Korp li bħalissa qegħda taħdem bħala parti mis-Segretarjat tal-Ministri preżenti.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – membri tal-Korp tal-Pulizija fis-Segretarjat Privat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-Segretarjat Privat tagħha fil-Ministeru hemmx impjegati membri fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, minn meta qed jaħdem hemm, x’inhu xogħlu u min ta l-permess biex dan il-pulizija jaħdem fil-Ministeru jew fis-Segretarjat Privat tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Privat tiegħi u fil-Ministeru m'hemmx impjegati li huma membri fil-Korp tal-Pulizija.