Projects Malta – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Projects Malta għandu salajru ta’ €43,000 (tlieta u erbgħin elf Ewro).
Awtorità dwar il-Mediċini – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel referenza għaliha, bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini, għandha kuntratt li huwa ekwivalenti għall-livell 2 tal-impjegati taċ-Ċivil u xi perkaċċi oħra. Il-Persuna li tokkupa din il-kariga ta’ Chairperson għandha pakkett finanzjarju ta’ madwar elf Ewro inqas mill-Kap preċedenti. Għal din il-kariga ma jkunx hemm sejħa.
Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel refenza għaliha, bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, għandha kuntratt li huwa ekwivalenti għall-livell ta’ Skala 2 tal-impjegati taċ-Ċivil.
Il-kuntratt oriġinali li kien iffirmat fl-20 ta’ Settembru 2001, u kien mgedded fit-13 ta’ Marzu 2011 u minn dak iz-zmien ‘l hawn ma kienx hemm tibdil.
Il-ħatra ta’ Kap Eżekuttiv saret direttament mill-gvern preċedenti u l-Kap tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol kien assuma din il-pożizzjoni, skont kif titlob il-liġi.
MCCAA – Executive Chairman – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel referenza għaliha, bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini, għandha kuntratt li huwa ekwivalenti għall-livell tnejn (2) tal-impjegati taċ-Ċivil u xi perkaċċi oħra. Għal din il-kariga ma jkunx hemm sejħa.
Ara dokument PL 5071 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 fis-Seduta 269
BICC – Executive Chairman – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupha l-kariga ta’ Executive Chairman tal- Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 7415 fis-seduta 124, fil-25ta' Frar 2014.
MIMCOL – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MCST – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MCST? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-remunerazzjoni u l-perkaċċi tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MCST huma kif ġej:
· Salarju annwali - €33,853
·
Performance Bonus
sa 10% tas-Salarju annwali
·
Expense Allowance
annwali - €2,096
·
Market Correctivity Allowance
ta’ €11,647
·
Allowance
tal-karozza ta’ €4,193
·
Fuel
għall-karozza sa 150 litru kull xahar.
· Użu ta’
Internet
u
mobile phone.
Ma kienx hemm sejħa pubblika għal din il-kariga imma sar kuntratt b’direct appointment fuq bażi ta' position of trust.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara b'mod kunfidenzjali kopja tal-kuntratt tal-persuna li tokkupa din il-kariga, nistiednu jikkuntattjani sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa.
MCAST – Prinċipal/Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Prinċipal/Kap Eżekuttiv tal-MCAST? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-remunerazzjoni u l-perkaċċi tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Prinċipal/Kap Eżekuttiv tal-MCAST huma kif ġej:
· Salarju annwali - €55,000
· Użu ta’ karozza ġdida u
fuel
sa 150 litru kull xahar.
· Expense Allowance ta’ €2096.44
· Telefon (landline) tad-dar imħallas
· Użu ta’ internet sa €14.00 kull xahar
· Użu ta’ mobajl sa €815 fis-sena
Ma kienx hemm sejħa pubblika għal din il-kariga imma l-persuna ġiet avviċinata sabiex tokkupa din il-kariga, u peress li diġa` kienet impjegat fis-servizzz Pubbliku, ġiet detailed bl-approvazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara b'mod kunfidenzjali kopja tal-kuntratt tal-persuna li tokkupa din il-kariga, nistiednu jikkuntattjani sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Wasteserv – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti d-dettalji tal-pakkett ta’ remunerazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ, mitlub mill-Onor. Interpellant, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-ħatra saret b’direct appointment.
Kif jirriżulta mit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ispiża fuq il-ħlas tal-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ illum, hija ta’ €3,147.55 fis-sena inqas milli kienet fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra.
Transport Malta – Executive Chair – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga tal-Executive Chair ta’ Transport Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11860.
Grand Harbour Regeneration Corporation – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv fil-Grand Harbour Regeneration Corporation ġiet sostitwita minn dik ta’ Chief Operating Officer wara li saret sejħa pubblika.
MEUSAC – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-MEUSAC? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Kap tal-MEUSAC hi kkunsidrata bħala ekwivalenti għal skala 2 fl-istruttura tas-Servizz Pubbliku u għaldaqtsant, il-Kap tal-MEUSAC jirċievi salarju bażiku ta’ skala 2 u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-imsemmija skala.
Il-persuna li fil-preżent tokkupa l-kariga ta’ Kap tal-MEUSAC kienet inħatret fuq bażi ta’
position of trust
mill-amministrazzjoni preċedenti u l-ħatra tiegħu kienet ġiet approvata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’Mejju tal-2008.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15060 u 14419 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15057, 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija inkluż lil min ingħataw, mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Head taċ-CHOGM Task Force – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-Head taċ-CHOGM Task Force li, d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-istess persuna? Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dettalji tal-pakkett ta’ remunerazzjoni mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Head tac-CHOGM Task Force intagħzlet bl-istess mod li kien intagħzel l-Head tac-CHOGM Tasforce 2005.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupha l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dettalji tal-pakkett ta’ remunerazzjoni mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Kap Ezekuttiv.
Kif jirrizulta mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ispiza fuq il-ħlas baziku biss tac-Chairman u tal-Kap Ezekuttiv tal-MEPA llum huwa €80,772 fis-sena inqas milli kien qabel Marzu 2013.
IPSL Ltd – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-IPSL Ltd? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-remunerazzjoni annwali tal-Kap Ezkuttiv tal-IPSL hija ta’ €35,817 u huwa ntitolat ukoll għal transport allowance annwali ta’ €4,658.75, expense allowance annwali ta’ €1,630.56 u faċilitajiet telefonici. Ir-remunerazzjoni hija l-istess bħal ma kellu l-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Il-Kap Eżekuttiv kien appuntat bl-istess mod li kien appuntat l-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-remunerazzjoni u l-perkaċċi tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ huma kif ġej:
· Salarju annwali - €46,000
·
Performance Bonus
sa 15% tas-Salarju annwali
·
Expense Allowance
annwali - €3,000
· Allowance għat-telefon tad-dar ta’ €1,440 fis-sena.
· Servizz u użu ta’
Internet
u ‘Smartphone’.
·
Disturbance Allowance
sa 5% tas-Salarju annwali.
·
Personal Foreign Health Insurance Cover 24/7.
·
Fully-expensed car 24/7
.
Ma kienx hemm sejħa pubblika għal din il-kariga imma sar kuntratt b’direct appointment fuq bazi ta' position of trust.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara b'mod kunfidenzjali kopja tal-kuntratt tal-persuna li tokkupa din il-kariga, nistiednu jikkuntattjani sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex tiġi salvata l-Kappella tal-Lunzjata li tinsab fil-limiti tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi, wara r-rapporti u l-appell li sar mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u 26 għaqda nongovernattiva f’dawn il-jiem, in vista tal-istat perikoluż tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kappella tal-Lunzjata fil-limiti tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi m’hix propjetà pubblika, u jiġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-responsabilità ta’ restawr ta’ kwalunkwe binja hi vestita fis-sidien ta’ dik l-istess proprjetà. Madankollu, kif diġà għamel f’diversi okkażjonijiet fil-passat fuq diversi Kappelli madwar Malta, il-Ministeru, permezz tad-Direttorat tar-Restawr se jinvestiga l-kundizzjoni preżenti tal-Kappella msemmija sabiex ikun f’pożizzjoni aħjar li jifhem il-kawżi tal-ħsara li qed iġġarrab il-Kappella u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar jekk għandux jintervjeni u jekk fl-affermattiv, b’liema mod.