Jista’ l-Ministru jixtarr li fil-park tal-klieb il-kbar f’Ta’ Qali jkun hemm kjosk żgħir ħafna minn fejn dak li jkun hemm ikun jista’ jixtri xi ħaġa tal-ikel jew xorb waqt li jkun mal-kelb tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont it-tagħrif mgħoddi lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti l-għoti ta’ art tal-Gvern sabiex jitqiegħed Kiosk fuqha ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Dar il-Mediterran — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx konxju li Dar il-Mediterran mhijiex post aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Jekk iva, kien jaf li kunsillier lokali tal-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ huwa persuna b'diżabilità bil-konsegwenza li ma setax jattendi għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament nhar l-Erbgħa, 29 ta' April 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Dar il-Mediterran hu fil-fatt aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Fir-rigward tal-każ li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, ninfurmah li faċċata tal-post fejn saret dina ċ-ċerimonja hemm lift aċċessibbli għal kulħadd kif del resto għandu jkun.
Ngħarraf ukoll lill Onor. Interpellant li l-kunsillier li għandi nifhem qed jirreferi għalih f’dina d-domanda parlamentari attenda għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament nhar l-Erbgħa, 29 ta' April 2015 u jien personalment fraħtlu għas-suċċess li kiseb.
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direct orders li ngħataw, u għalxiex ingħataw, fl-istamperija tal-Gvern fl-aħħar sentejn u lil min ingħataw? Kemm kien il-valur ta' kull wieħed minn dawn id-direct orders?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub huwa hawn anness:
Type of Direct Orders
Reason of Direct Order
Supplier
Value
Vehicle - Opel Astra Essentia 1.4
Car for Newly Appointed Director
Cars International Ltd.
€14,647.00
1. Pile Turner 2. Refurbished Heidelberg GTP Platen with 6 months warranty
1. No Local Suppliers supply these machines
2. Machinery Required for Operation of Duties
Impression Works - UK
£16,000.00
Purchase of 4 MAC Computers
1. Official MAC Importers
2. Computers Required for Operation of Duties
I Centre Malta
€11,860.00
Changes and Enhancements to the Existent MIS System
1. MIS System has been created and is still being maintained by Supplier
2. Changes & Enhancements required for the Operation of Various Duties
PTL
€7,950.00
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-ewwel żewġ ordnijiet elenkati fil-lista intalbu tliet kwotazzjonijiet jew iktar waqt li għat-tnejn l-oħra, l-kompjuters nxtraw b’mod speċifiku b’relazzjoni max-xogħol tal-istamperija waqt li s-sistema MIS inxtrat mill-agent li kien issuplixa l-imsemmija sistema snin ilu . L-approvazzjoni għad-direct order intalbet mill-Ministeru tal-Finanzi skont kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern meta l-ispiża teċċedi l-ammont ta €7,080 ( €6,000 + VAT).
Jista' l-Ministru jgħid min ser jipprovdi sigurtà fid-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali mill-4 ta' Mejju 2015 peress li l-Pulizija ġew infurmati li huma mhux ser jibqgħu jkunu di sentu ma' dawn id-Dipartimenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi msemmija qed jiġu pprovduti minn Kumpanija tas-Sigurta'.
Ħal Tarxien – proġett għall-ilqugħ tat-Tempji Neolitiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett għall-ilqugħ tat-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li matul ix-xahar ta’ Mejju tlesta x-xogħol tat-tħaffir għall-bażijiet tat-tinda, ħlief l-aħħar dettalji tal-aħħar waħda. Bdew jaslu ukoll l-kunsinni tal-istruttura tat-tinda mill-Ġermanja. Intrama wkoll l-iscaffolding protettiv sabiex jipproteġi l-fdalijiet tat-tempji. Ix-xogħol ta’ installazzjoni tal-ewwel arkata tat-tinda beda s-Sibt 30 ta’ Mejju kif irrapurtat fuq il-mezzi tax-xandir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fil-bini tar-Reġistru tal-Artijiet fl-aħħar sentejn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ivestiment fid-dipartimenti jinkludi mmodernizzar fis-sistemi tal-arja kkundizzjonata, rinovar tal-uffiċini, xogħol ta’ plumbing, xogħol maħsub sabiex jipprovdi aċċessibiltà għal persuni b’diżabbiltà u proġetti oħra ta’ manutenzjoni ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-binja tar-Reġistru tal-Artijiet qiegħda titħalla fl-istat ta’ abbandun li hi, tant li qed tiġi pperikolata s-sigurtà tad-dokumenti li jinsabu fih minħabba l-faċilità li biha persuni għandhom aċċess għall-binja, skont kif rappurtat u jidher fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon tas-17 ta’ April 2015?
Forzi Armati ta' Malta — general order għall full colonels
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx general order fl-Armata fl-aħħar jiem biex jiżdied in-numru ta' full colonels fil-Forzi Armati ta' Malta? Jekk iva, kemm se jkun in-numru totali issa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-General Order li qed jirreferi ghaliha ma hargitx biex jizdiedu il-full Colonels, imma sabiex taghmel revizjoni tal-Organizzazjoni tal-Forza li tkun tista’ tilqa’ iktar ghall-esigenzi ta’ llum. Din ir-revizjoni rat lok ta’ full Colonel wiehed biss addizjonali, liema grad marbut ma’ din il-kariga ghadu vakanti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il paġna jew dokument ġew scanned fl-aħħar sentejn mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-proċess ta' digitisation tad-dokumenti f'dak id-Dipartimant, liema proġett kien inbeda qabel l-2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar scanning bdiet tinżamm minn Diċembru 2014. F’dawn l-aħħar 6 xhur, ġew scanned 75,327 dokument.
Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data — multi lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li fix-xahar ta' April 2015, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data mmulta lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wara rifjut tiegħu li jippubblika rapport ta' inkjesta li sar f'Lulju 2014 dwar l-ex Kummissarju tal-Pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Tikkonferma li ta lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali żmien ta' għaxart ijiem xogħol mid-deċiżjoni tiegħu biex jippubblikah?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-7 ta’ April 2015, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data ħareġ deċizjoni, wara li rċieva ilment fit-23 ta’ Frar 2015 mingħand applikant fuq każ dwar il-Liberta` tal-Informazzjoni fejn sab illi, l-Ministeru għall-Intern u Sigurta` Nazzjonali, kien naqas milli jipprovdi informazzjoni lill-istess applikant bil-mod kif mitlub mill-Att dwar il-Liberta` tal-Informazzjoni, u fil-perjodu stabbilit mill-istess liġi. Qiegħed jiġi kkonfermat illi f’din id-deċizjoni il-Kummissarju impona multa amministrattiva ta’ €250 fuq il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali minħabba nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, kif ukoll ta perjodu ta’ għaxart ijiem, minn mindu tiġi riċevuta d-deċiżjoni, sabiex l-istess Ministeru jippubblika t-tieni rapport li kien ġie mitlub mill-applikant.
Peress li diversi nies raw il-gaffa tal-Gvern ħierġa mill-Kajselli f'Jum id-Duluri ta' ftit jiem ilu fis-7.35pm u daħlet lura fis-1:00am, jista' l-Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fis-27 ta’ Marzu 2014, fis-6.05pm, id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp irċieva informazzjoni li ċediet parti mit-Triq ta’ Isopu fin-Nadur.
Wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Direttorat ġie deċiż li minħabba l-periklu kellu jittella ħajt tal-ġebel. Il-gaffa intużat fil-kuntest ta’ dan ix-xogħol.
Il-ħajt ittella fuq art pubblika.
Dipartiment tal-Artijiet – Valletta – Titolu legali għall-art quddiem il-House of Four Winds
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Artijiet huwiex f’negozjati biex jittrasferixxi b’titolu legali l-art quddiem il-House of Four Winds lil Bank of Valletta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Waslu diversi lmenti lid-Dipartiment tal-Artijiet dwar abbużi nkluz ta ‘ droga illi sfortunatament jitwettqu regolarment fl-art msemmija.
Kull eventwalita possibli sabiex jigu mrażżna dawn l-abbużi qed tigi kkunsidrata.
Jista’ l-Ministru jara li fil-Librerija tal-Qorti jkun hemm kompjuter b’aċċess għall-internet għall-użu ta’ min imur jagħmel ftit riċerka waqt li jkun fil-librerija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru tħejjijiet biex il-Librerija tal-Qorti ma tibqax fejn hi u ġie identifikat post ieħor biex iservi ta’ Librerija. Ix-xogħol fuq dan it-trasferiment mistenni li ma jdumx ma jibda sabiex fil-Qorti jkun hemm Liberija aktar moderna. Diġa ġie ppjanat li fil-Librerija l-ġdida jiġi nstallat kompjuter b’aċċess għall-internet biex ikun jista’ jintuża minn dawk il-persuni li jkollhom bżonn jagħmlu użu minn din il-Librerija.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – trattament ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jew miżuri ħa, u x’direttivi ta fil-konfront tat-tmexxija tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ wara r-rapport li deher nhar it-Tlieta 14 ta’ April 2015 f’In-Nazzjon dwar il-mod xejn dinjituż li bih qed tiġi ttrattata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, impjegata tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista jagħti garanzija li din l-impjegata ma tibqax tiġi ttrattata b’dan il-mod umiljanti bla ħtija tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi r-rapport ta’ In-Nazzjon ta’ nhar it-Tlieta 14 ta’ April 2015 ġie mwieġeb mit-tmexxija tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) dakinhar stess. Peress illi l-allegazzjonijiet f'dan ir-rapport ġew miċħuda fit-tweġiba li ngħatat u li dehret fl-istess gazzetta fis-16 ta' April 2015, il-Ministeru ma kellu għalfejn joħroġ l-ebda direttiva fil-konfront tat-tmexxija tal-ETC.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Position of Senior Manager: International Affairs
Question
Jista’ l-Ministru jisġjega għaliex fil-call HR/MHAS No 2/2015 – Position of Senior Manager (International Affairs) fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bħala waħda mill-conditions for the duration of the assignment hemm miktub fi klawsola 2.4 li ‘the position of the Senior Manager is politically restricted’? X’irid ifisser biha ‘politically restricted’?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li politically restricted tfisser li uffiċjal Governattiv ma jistax jieħu sehem f’attivitajiet politici meta jinħatar fis-skala 5 ‘il fuq. Il-kunċett ta’ politically restricted fil-call tas-Senior Manager, International Affairs hija ġejja mid-Direttiva 5 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-24 ta’ Frar 2011, mill -Public Administration Act, fejn skont paragrafu 2.4 fi kliem ieħor tgħid li dawk li jokkupaw pozizzjonijiet fis-skala 5 ‘l fuq huma kkunsidrati bħala politically restricted minħabba li huma postijiet Manigerjali. Ukoll skeda A ta’ l-istess Direttiva tgħid li skali 1 sa 5 huma politically restricted minbarra dawk li huma mniżżla fil-lista ta’ l-istess skeda. Il-call ta’ Senior Manager, International Affairs mhiex f’din il-lista hu għalhekk hija kkunsidrata bħala politically restricted.
Orkestra Filarmonika Nazzjonali — Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Irrid nispjega li fil-Leġislatura preċedenti, il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-MPO ma kinitx teżisti. Kienet teżisti biss l-kariga ta’ Chairman li ma kinitx waħda full-time. Il-ħatra preżenti hi ta’ Chair Eżekuttiv u għaldaqstant il- pakkett finanzjarju jirrifletti din il-pożizzjoni hekk riveduta.
Ninsab infurmat li r-remunerazzjoni tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali hija l-massimu ta’ Skala 5. Din il-persuna għandha wkoll mobile allowance.
Ma kienx hemm sejħa għal din il-kariga.
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sur Paul Bugeja inħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mingħajr sejħa għall-kariġa. Il-pakkett finanzjarju tiegħu huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak ta’ qablu li kien ġie maħtur mill-Amministrazzjoni preċedenti. Kwalunkwe informazzjoni oħra hija meqjusa bħala waħda ta’ natura kunfidenzjali.
Malta Film Commission – Kap Eżekuttiv/Film Commissioner – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Film Commissioner/Kap Eżekuttiv tal-Malta Film Commission? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett tas-Sur Engelbert Grech, li huwa l-Kummissarju tal-Films presenti huwa ba¿ikament l-istess bħal dak li kellu Peter Busuttil li kien il-Kumissarju maħtur mill-amministrazzjoni preċedenti. L-uniku differenza hija li bix-xogħol imwettaq minn Peter Busuttil u li ħalla l-frott fis-sena 2013, kien hemm is-somma ta’ EUR5,000,000 injettati direttament fl-ekonomija ta’ pajji¿na, filwaqt li fis-sena 2014 is-somma ¿diedet għal EUR29,000,000. Għall-industrija tal-films għas-sena 2015 – il-kbir għadu ġej. Ma kien hemm l-ebda sejħa għal din il-kariga u aktar dettalji dwar il-kuntratt tiegħu huma kummerċjalment sensittivi.