Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport tal-Bord tal-Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attachments neqsin li kienu annessi mar-rapport tal-Bord tal-Inkjesta dwar it-twaqqif ta' proċeduri kriminali mill-ex Kummissarju tal-Pulizija, liema rapport kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 11 ta' Mejju 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq Santa Marija — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq Santa Marija, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq Annetto Caruana, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq il-Karmnu — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Karmnu, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #16095 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-kawżi ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-benefiċċjarji u l-ammonti rispettivi li kull wieħed gawda mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-aħħar sentejn, sena b’sena, sal-llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Programm IIP — applikazzjonijiet sottomessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-Programm IIP ġiet sottomessa u approvata (ċittadinanza mogħtija), maqsumin skont min kien l-aġent f'kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 14691, 15896 u 16112.

Ħal Tarxien – Triq Sammat — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq Sammat, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq Birżebbuġa — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq Birżebbuġa, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ħal-Tarxien – Triq il-Witja — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Witja, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq il-Palma — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Palma, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Fieres, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Kawżi ta’ libell ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ta’ libell ċivili ġiet ippreżentata fil-Qorti mill-2008 sal-lum? Minn min ġew ippreżentati u kontra min? Jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ġew ippreżentati? F’kull każ, x’kien l-eżitu u d-data tas-sentenza finali? Liema għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell? Kemm minnhom spiċċaw quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ libelli ċivili ppreżentati fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex mill-2008 sal- 5 ta’ Ġunju 2015 huwa muri fit-tabella hawn taħt, u ċioe: SenaNru ta’ Libelli ppreżentati MaltaGħawdex 200877 200955 2010292 201116 201238 2013471 201450 2015 (sal-5/6/2015)4 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi min ippreżenta l-libell u kontra min; id-dati rispettivi ta’ meta ġew ippreżentati l-libelli; jekk l-kawża ġietx itterminata jew le; id-data tas-sentenza finali jew meta ġiet terminata l-kawża; u jekk kienx hemm Appell. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-eżitu tal-kawża ma jiġix reġistrat. B’referenza għall-aħħar mistoqsija, qiegħda ssir kwalifika peress illi meta pesuna tieħu kawża quddiem il-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem u din tiġi ddikjarata inammissibbli mill-ewwel, il-Gvern ma jiġix mgħarraf. Il-kawżi ta’ libell illi l-Gvern jaf illi spiċċaw quddiem il-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem huma s-segwenti: 1. Lombardo and Others vs Malta (App No. 7333/06) deċiża fl-24 ta’ April 2007. 2. Aquilina and Others vs Malta (App No. 28040/08) deċiża fl-14 ta’ Ġunju tal-2011. 3. Mizzi vs Malta (App. No 17320/10) deċiża fit-22 ta’ Novembru 2011.

Żjara fl-Ażerbajġan – xogħlijiet Ministerjali

Question

Peress li l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 15167 (fejn tlabt, fost l-oħrajn, id-dati ta’ meta hu żar l-Ażerbajġan fuq xogħol minn Marzu 2013) u peress li rreferieni għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15529, fejn iddikjara li żar l-Ażerbajġan diversi drabi (fost l-oħrajn mal-Prim Ministru, iżda mhux biss), jista’ issa l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta huwa żar l-Ażerbajġan minn Marzu 2013 sal-lum fuq xogħol Ministerjali, u minn min kien akkumpanjat kull darba f’kull waħda minn dawn iż-żjarat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15529 (ħmistax-il elf, ħames mija, disgħa u għoxrin), ninfurmah li ma sar l-ebda vjaġġ fl-2013 u fl-2015. Vjaġġajt l-Ażerbajġan fl-2014 għal meeting mal-Ministru dwar kollaborazzjoni f’Marzu 2014 akkumpanjat mis-Segretarju Privat tiegħi; f’Settembru 2014 attendejt għall-ftuħ ta’ Gas pipeline flimkien mas-Segretarju Privat tiegħi u f’Diċembru 2014 kont parti mid-delegazzjoni tal-Prim Ministru.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm ġew impjegati, u f’liema grad jew kariga, persuni fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sal-lum; (b) Kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott dawn iż-żidiet ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; (c) Kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika u kemm le; u (d) Minn liema lokalitajiet ġejjin kull wieħed minn dawn l-impjegati ġodda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant fil-perjodu msemmi ġew ingaġġati 165 (mija, ħamsa u sittin) ħaddiem mal-Korporazzjoni f’dawn il-karigi: · Architect Pipelaying · Chief Executive · Child Carer · Clerks · Consultant · Driver · Engineer · Engineer Mechanical · Executive Chairman · Health & Safety Officer · ICT Technician · Junior Applications Developer · Junior Business Analyst · Junior Draughtsman · Laboratory Technician · Manager · Multi skilled fitter Level 3 & 4 · Officer · PA to Chairman · Quantity Surveyor · Senior Applications Developer · TAS Dawn il-ħaddiema ġejjin minn 50 lokalità differenti f’Malta u Għawdex.

Att tar-Reġistru Pubbliku – ġurament ta’ uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema data ħadu l-ġurament imsemmi fl-artiklu 3(4) tal-Att tar-Reġistru Pubbliku l-uffiċjali msemmija fl-artiklu 3 u ċjoè d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u l-Assistenti Diretturi tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġurament imsemmi fl-artiklu 3(4) tal-Att tar-Reġistru Pubbliku l-uffiċjali msemmija fl-artiklu 3 u ċjoè d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u l-Assistenti Diretturi tiegħu, ittieħed nhar it-2 ta’ Ġunju 2015. Ninformah ukoll li xejn ma jindika li fil-passat ittieħdu ġuramenti simili meta saru tali ħatriet.

ARMS Ltd — qtugħ tas-servizz residenzjali tad-dawl

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15324, il-Ministru qal li l-informazzjoni dwar kemm-il servizz tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd (li dwaru staqsejtu) hija informazzjoni sensittiva, u peress li l-istess domanda kien diġà weġibha f’mistoqsija parlamentari 9768 (bl-unika differenza tkun il-perjodu kopert mill-mistoqsija) u qal li kien hemm 1,662 kont li s-servizz tiegħu ġie maqtugħ, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15324 u jgħid kemm-il servizz residenzjali tad-dawl ġie maqtugħ mill-ARMS Ltd mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li issa li l-Enemalta hija kumpanija, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ordna l-fostering ta’ minuri fl-aħħar 12-il xahar mingħajr id-deċiżjoni tal-Fostering Board?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ili Ministru responsabli fl-ebda ħin u fl-ebda każ ma kien hemm indħil mill-ministeru min jiġi fostered jew ma' min jiġi fostered xi tifel jew tifla.

Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data — pubblikazzjoni tar-rapport ta' inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fid-data li fiha qed issir din l-interpellanza kien għadu ma ottemperax ruħu mad-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li ngħatatlu ġimgħatejn ilu biex jippubblika dak li ilu jwiegħed li se jippubblika u ċjoè ir-rapport tal-inkjesta dwar l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ir-rapport ġie ppubblikat kif imwiegħed.