Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern waqqaf Fort Security Services Ltd C70135?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-kumpanija Fort Security Services Limited ġiet imwaqqfa biex tagħti servizzi ta' sigurtà lil-kumpaniji tal-Gvern, sabiex jiġu imħarrsa l-assi tal-istess Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex issir car racing track ġdida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva dan il-gvern għandu pjan biex issir korsa tal-motorsport ġdida. Il-gvern qed jiffinalizza pjani biex issir sejħa għal proposti dwar dil-korsa u fejn għandha ssir.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-fondi allokati mill-Fond għal Kawżi Ġusti lill-Hibernians FC li ġew committed qabel l-2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi allokati mill-Fond Għall-Kawżi Ġusti lill-każ imsemmi u li ġew kommessi qabel l-2013, jiġu kkunsidrati għall-ħlas meta l-imsemmi benefiċċarju jissottometti evidenza, flimkien mall-irċevuti fiskali relatati, li jkkonfermaw li l-proġett konċernat ikun tlesta skond il-linji gwida stabbiliti tal-istess Fond.
Qorti Ewropea tal-Awdituri – żbalji jew irregolaritajiet fi proġetti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fl-aħħar ġimgħat fejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet żbalji jew irregolaritajiet fi proġetti f’Malta ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-proġetti u x’qed titlob il-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jsir f’kull każ jew li jagħmel il-Gvern Malti bil-fondi Ewropej ta’ dak il-proġett/i affettwat/i?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-aħħar rapport finali mill-Qorti tal-Awdituri ġie ppublikat fit-2 ta' Diċembru tas-sena l-oħra.
Dakinhar ir-rapport irrefera għal nuqqas ta' governanza tajba ta' Fondi Ewropej (EBF) lura għal 2007-2008, u fil-fatt Malta kienet tilfet €732,204.35. B'responsabbilita' il-Gvern ta' Malta qed iressaq argumenti sabiex din il-'financial correction' tkun saħansittra mminimiżżata, anke jekk dawn l-irregolaritajiet ġraw taħt Amministrazzjoni preċedenti.
Sadanittant, b'mod regolari, il-Qorti tal-Awdituri tikkorispondi, wara kull missjoni t'awditjar, mall-Membri Stati, sabiex wara li jsiru l-kjarifiċi mitluba, eventwalment tasal għal rapport finali li jkun ippublikat b'rakkomandazzjonijiet lil Kummissjoni Ewropeja.
Nikkonferma li hemm korrispondenza f'dan is-sens fuq xi proġetti mill-Programm 2007-2013.
Jista’ l-Ministru jindika min huma dawk in-nutara li l-atti tagħhom għadhom ma ġewx invistati mis-sena 1970 sal-lum u x’passi qed jittieħdu biex dawn l-atti jinġabru?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi separati li jkopru n-Nutara prattikanti f’Malta u Għawdex rispettivament. F’dawn il-listi hemm l-Atti u Testmenti ta’ kull Nutar li ma ġewx viżitati mis-sena 1970 sa llum.
Fil-preżent hemm erba’ reviżuri li qegħdin jaraw l-Atti tan-Nutara kollha tas-sena 2014. It-Testmenti tas-sena 2014 qegħdin jiġu viżitati skont il-Liġi minn Nutara li jaħdmu fid-Dipartiment tan-Nutar tal-Gvern. Huwa maħsub b’ko-ordinazzjoni mal-Kunsill Nutarili sabiex fil-futur qrib ir-reviżuri jaraw aktar minn sena waħda ta’ kuntratti u b’hekk jinġabru aktar volumi. Barra minn hekk id-Dipartiment tan-Nutar tal-Gvern qed jaċċetta li jiġu depożitati volumi ta’ kwalunkwe sena jekk tkun ix-xewqa tan-Nutar li jagħmel hekk. Riċentament ukoll il-Kunsill Notarili infurma lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern li hemm il-possibilita’ li jiġi ingaġġat Nutar Reviżur ieħor sabiex jibda jara l-Atti tas-sena 1999 u ta’ qabel u b’hekk jibdew jinġabru volumi minn dik is-sena partikolari ukoll.
ARMS u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15057, 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u jgħid lil min ingħataw, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-totali ta’ direct orders fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu:
2011
€3,432,419.79
2012
€3,645,770.67
2013
€3,126,825.07
2014
€3,256,760.08
It-totali ta’ direct orders fl-ARMS Ltd kienu:
201
€1,137,857.23
2011
€1,609,855.90
2012
€1,854,872.07
2013
€1,159,186.78
2014
€579,008.00
Jista' l-Ministru jgħid x'jgħidu r-regolamenti viġenti tal-Ministeru tiegħu dwar kemm-il direct order tista' tingħata lill-istess persuna jew kumpanija mill-istess Ministeru jew dipartimenti f'perjodu ta' sitt xhur jew xi perjodu speċifikat ieħor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-għoti ta direct orders, il-Ministeru għall-Finanzi jimxi mal-Public Procurement Regulations u maċ-ċirkulari MFIN 3/2013 (Public Procurement Regulations – Direct Orders) li nħarġet fl-10 ta Ġunju 2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'jgħidu r-regolamenti viġenti tal-Ministeru tiegħu dwar l-għoti ta' direct orders minn Kap tad-Dipartiment tal-Gvern ta' 'l fuq minn €25,000? F'liema ċirkostanzi jistgħu jingħataw u x'proċedura trid tiġi segwita?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il multa weħel u x'kien l-ammont ta' dawn il-multi li weħel, il-Ministeru tiegħu mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data fl-2014 u fl-2015 dwar nuqqas ta' ottemperanza ma' xi ordni tad-Data Commissioner? F'kull każ, x'kienet l-ordni tad-Data Commissioner li ġabet magħha l-impożizzjoni ta' multa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali weħel żewġ multi fil-2015 li huma ta’ €250 u €1,250 rispettivament. L-ordnijiet li ngħataw mill-Kummisarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data kienu marbuta ma’ pubblikazzjoni ta’ rapport.
Ir-rapport ingħata fit 12 ta’Mejju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15432 u jgħid jekk il-kariga ta’ chief security officer jew simili, fil-Freeport hijiex okkupata minn membru tal-Korp tal-Pulizija. Jekk iva, dan sar wara sejħa pubblika jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta' Chief Security Officer mal-Malta Freeport Corporation Ltd hija okkupata minn membru li ġie sekondat mill-Korp tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15433 u jgħid fuq liema bażi s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed jaħdem il-Freeport? X’inhuma l-kwalifiki li jagħmluh idoneu għax-xogħol ta’ security li qed iwettaq? X’inhi l-kariga li qed jokkupa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġi mpjegat on secondment mill-Korp tal-Pulizija fil-kariga ta' Chief Security Officer. Ir-rwol u l-ħidma tiegħu fil-Korp tal-Pulizija jagħmluh idoneu għal din il-poziżżjoni.
Wieħed ifakkar li s-Sur Ernest Tonna kien inħatar Chief Security Officer bħala person of trust mill-amministrazzjoni precedenti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15444, 14740 u 14170 u jelenka liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija rtira mill-Korp tal-Pulizija f’kull perjodu li dam kull kummissarju tal-pulizija (inkluż kemm ilu l-Kummissarju preżenti) minn meta kien hemm l-ewwel bidla fil-kariga ta’ kummissarju tal-pulizija fl-2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Pulizija li rtiraw wara 25 servizz u/jew bl-eta’, minn meta kien hemm l-ewwel bidla fil-kariga ta’ Kummissarju mill-2013 ‘l hawn kienu hekk:
1. Kummissarju Peter Paul Zammit : 72
2. Aġent Kummissarju Raymond Zammit : 15
3. Kummissarju Michael Cassar : 38
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'titolu legali hemm fuq il-Forti San Leonardu limiti ta' M'Scala? Għal liema skop jintuża?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titolu legali li hemm fuq Forti San Leonardu huwa dak ta’ kirja. Il-kirja oriġinali tinkludi kundizzjoni li din il-proprjetà tintuża biss għat-trobbija ta’ baqar u/jew barrin u għal ebda annimali oħrajn bla permess speċifiku tad-Direttur tal-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija ġie boarded outfl-aħħar sentejn sal-lum? F'kull każ, jista' jindika kemm ħa l-proċess minn meta saret it-talba sakemm sar il-boarding out?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn sas-16 ta’ Gunju 2015, ġew boarded out għaxar (10) uffiċjali tal-Pulizija skont kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu d-doveri u responsabilitajiet tal-iSpecial Operations Unit fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta? Minn kemm membri se tkun magħmula? X’wassal għal tali unit u għalhiex ix-xogħol ta’ dan il-unit ma jistax jitwettaq mis-C Company tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali unit se tkun tinkorpora fiha taħriġ, tagħmir u speċjalizzazzjonijiet diversi li sa ftit ilu kienu misjuba f’Units differenti fl-Armata, u bl-introduzzjoni tagħha ser ikunu kollha inkorporati f’Unit wieħed taħt l-istess Kmand.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta se jibda jiffunzjona l-SWAT unit fi ħdan l-RIU tal-Korp tal-Pulizija? Kemm se jkun hemm membri fih? X'se jkunu d-doveri speċjali ta' dan il-unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infumat li it-taħriġ għal li SWAT Team ser jibda jsir fi stadji differenti. Fil fatt l-ewwel stadju ta’ taħriġ beda fil-11 ta' Mejju 2015. L-ammont ta’ uffiċjali f’dan il-grupp ser ikun biżżejjed li jilħaq man neċessitajiet lokali u ser jibqa fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit. Id-doveri ser ikunu simili għal dawk ta’ SWAT teams f'servizzi tal-Pulizija madwar id-dinja. Fost dawn id-doveri ser ikun hemm operazzjonijiet ta’ riskju relatati ma reati kriminali serji, operazzjonijiet anti-terroristici, support tattiku lil skwadri u sezzjonijiet oħra tal-Korp u protezzjoni ta' dinjitarji. Wara it-taħriġ, dan il-grupp jibqa jkompli id-dmirijiet tiegħu fl-RIU pero jibqa jitħarreġ regolarment fix-xogħol speċjalizzat tiegħu.
Jista’ l-Ministru jiċħad b’mod kategoriku l-informazzjoni li waslitli, li mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ħerġin b’ċerta persistenza diversi xnigħat u spekulazzjonijiet , li l-Gvern se jneħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija preżenti u jaħtar ieħor ġdid minfloku?
Korp tal-Pulizija — dixxiplina interna kontra membri tal-korp
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' dixxiplina interna ttieħdu kontra membri tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2013 u 2014? Jista' jgħid x'kien il-kastig mogħti f'kull każ, mingħajr ebda referenza għad-dettalji tal-Pulizija kkonċernat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 ma’ kien hemm l-ebda seduta ta’ dixxiplina kontra membri tal-Korp, minħabba l’fatt li f’dik is-sena kienet ingħatat amnestija ġenerali fuq każijiet ta’ dixxiplina pendenti mill-ex-Kummissarju.
Matul is-sena 2014 kien hemm ħames seduti ta’ dixxiplina, li b’kollox fihom kien hemm mija u disa u sittin (169) każ li ġew deċiżi. Il-kastigi li ġew mogħtija kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.