Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej – ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-individwu konċernat ma ngħata l-ebda kariga, uffiċju jew ħatra fi ħdan id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru ħatar lill-individwu li qed jirreferi għalih bħala chairpeson fuq bord ta' inkjesta f'Mejju 2014. Il-ħlas għal din il-ħatra kien ta' €1,180.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament f’din il-mistoqsija ma kellha l-ebda rwol f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament ma ingħata l-ebda kariga, uffiċċju, jew ħatra mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jew mill-entitajiet jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar nhar l-24 ta’ Marzu 2014 sabiex imexxi medjazzjoni bejn Koperattivi Malta u l-Malta Co-operative Federation. Il-Ħlas għal din il-kariga kien ta’ €1,062 (VAT inkluż).
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara r-riżenzja tas-Sindku ta' Ħal Tarxien ftit jiem ilu minħabba, fi kliemu "tfixkil intern" biex jara min wettaq dan it-tfixkil u għala? Il-Ministru bagħat għall-ex sindku biex jifhem eżatt x'ried ifisser ħalli jkun f'pożizzjoni aħjar jieħu l-passi kontra min għamillu l-bsatern fir-roti?
Response (BONNICI, OWEN)
Fl-ittra tar-riżenja tiegħu l-ex Sindku ta’ Ħal Tarxien irringrazzja lill sħabu kollha fil-Kunsill Lokali u l-istaff tal-koperazzjoni li dejjem sab tul il-kariga tiegħu fi ħdan il-Kunsill Lokali. Qed inpoġġi kopja ta’ din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra
Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Taqsima tal-Helpline tal-Liġi tal-Whistleblower - uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentament kienx hemm ċaqliq ta' uffiċjal jew uffiċjali mit-Taqsima tal-Helpline tal-Liġi tal-Whistleblower tal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, min iċaqlaq lejn fejn u min ġie floku? X'kienet ir-raġuni wara dan iċ-ċaqliq? Jista' jgħid jekk tali ċaqliq sarx bil-kunsens tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-liġi tal-Whistleblower tipprovdi għat-twaqqif ta' għadd ta' uffiċjali diversi li għandhom il-poter li jirċievu rapporti mingħand whistleblowers skont il-każ. Mal-bidu fis-seħħ ta' dina l-liġi jiena kont ħadt id-deċiżjoni li nappunta uffiċjal li jkollu r-rwol li jagħti informazzjoni dwar din il-liġi lil kull min jitlobha.
Għalhekk kont appuntajt lill-ex Direttur tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali Godwin Pulis li qeda l-inkarigu tiegħu b'mod impekkabbli. Is-Sur Pulis għandu esperjenza vasta kemm fil-kamp legali u kemm fil-qasam tal-Affarijiet Barranin fejn serva taħt diversi Ministri għal ħafna snin.
Iktar kmieni din is-sena l-Uffiċju tal-President ta' Malta ħass li għandu bżonn persuna tal-kalibru tas-Sur Pulis biex jassisti lill-President fil-ħidma tagħha fejn jidħlu relazzjonijiet ma' pajjizi terzi.
Naturalment jiena aċċettajt ir-rikjesta mill-Kap tal-iStat Malti, anke għax hija policy tiegħi li ma nżommx persuni milli javvanzaw fil-karriera tagħhom.
Mat-temma tal-qadi tal-funzjonijiet tas-Sur Pulis fil-Ministeru tiegħi, għaddejt biex ħtart lil persuna oħra biex taqdi l-istess mansjonijiet.
Din hija l-Avukata Maxilene Bonnett, li taħt Gvern preċedenti kienet ġiet ingaġġata bħala avukat fl-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali. Dr Bonnett irriżenjat minn dan l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u bdiet taqdi l-funzjoni ġdida tagħha.
Nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lis-Sur Pulis u lil Dr Bonnett tas-servizz impekkabbli tagħhom
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mobile police station ta' Wied il-Għajn hijiex koperta b'permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-jum li fih qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 16791.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li hemm riferenza ghalija fil-mistoqsija tieghu kienet appuntata fuq bord ta’ inkjesta u r-rimunerazzjoni tagħha kien ta’ €1,500.
Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru, f'isem is-Segretarju Parlamentari, jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, talab parir legali lill-persuna li hemm riferenza ghalija fil-mistoqsija tiegħu fuq każ speċifiku wieħed minħabba kawża relatata mad-Dominju Pubbliku. Il-ħlas ta’ darba għal dan il-parir legali mistenni jkun bejn €500 u €750.
Jista’ l-Ministru jelenka l-kumpaniji li ġew reġistrati minn Marzu 2013 li fihom il-Gvern ta’ Malta jew xi Dipartiment tal-Gvern, jew Korporazzjoni jew enti oħra tal-Gvern ta’ Malta, għandu/għandhom sehem, hu kemm hu dak is-sehem? F’liema data ġew reġistrati u min huma l-azzjonisti kollha f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
MIMCOL – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15609 u jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman tal-MIMCOL/MGI ma jokkupax kariga eżekuttiva u għalhekk huwa intitolat għal honoraria li hemm imniżżla fiċ-ċirkulari tal-OPM fuq l-honoraria tad-diretturi li jservu fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji tal-Gvern. Huwa għandu ukoll użu tal-karozza tal-kumpanija.
Il-Kap Eżekuttiv għandu remunerazzjoni annwali u perkaċċi li b’kollox jammontaw għal €119,599 annwali. Il- ħatra tiegħu saret direttament mill-Gvern preċidenti fl-2011 wara li ġie sospiż il-Kap Eżekuttiv ta’ qabel u ntlaħaq qbil bejn dan ta’ l-aħħar u l-MIMCOL li wassal għat-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu. Ma saritx sejħa biex timtela’ din il-kariga u minnflok, il-Kap Eżekuttiv preżenti li kien diġa’ mpjegat tal-MIMCOL fil-pożizzjoni ta’
Manager
, ingħata l-pozizzjoni fuq l-istess kundizzjonijiet li kien igawdi ta’ qablu.
Malta Enterprise – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15610 u jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta' Triq Luqa f'Raħal Ġdid hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali jew ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitolob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti tat-triq qed jirreferi minħabba l-fatt li mhux it-triq kollha taqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta.
Transport Malta — kostruzzjonijiet u manutenzjonijiet ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru toroq, sija kostruzzjoni u sija manutenzjoni, għamlet Transport Malta bejn l-2008 u l-2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hekk kif rikjesta tirrekjedi ammont kbir ta’ ħin u riżorsi, li preżentament mhumiex disponibbli għad-dipartimenti kkonċernati peress li r-riżorsi huma ffukati fuq deliverables importanti.
Dipartiment tal-Kuntratti — għoti ta' direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti jarax wara l-għoti ta' kuntratt b'direct order minn xi Dipartiment tal-Gvern jekk min ikun ingħata dak il-kuntratt, jagħmilx sub contracting tax-xogħol li suppost ingħata d-direct order għaliha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntratti li jingħataw b’direct order minn xi Dipartiment tal-Gvern, ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Kuntratti u għaldaqstant dan id-dipartiment ma jkollux informazzjoni jekk ikunx sar sub contracting tax-xogħol li ngħata b’direct order.
Jista' l-Ministru jindika min huma dawk in-Nutara li l-atti tagħhom għadhom ma ġewx invistati mis-sena 1970 sal-lum u x'passi qegħdin jittieħdu biex dawn l-atti jinġabru?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — riċerki
Question
Jista' l-Ministru jindika:
(a) kemm, mill-1 ta' Jannar 2015 saru riċerki fir-Reġistru Pubbliku (b'mod normali, mhux
fast track
jew
updates
) u fir-Reġistru tal-Artijiet;
(b) x'persentaġġ minn dawn ħadu aktar miż-żmien li tagħti l-Liġi jew il-Quality Service Charter biex jitlestew u jaslu għall-ġbir minn Casa Bolino; u
(c) x'inhi r-raġuni għal tali dewmien u x'miżuri konkreti u effettivi qed jittieħdu biex jinqata' dan id-dewmien?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum ġew ordnati 37,889 –il riċerka li jinkludu kemm il-Fast Tracks u kemm dawk li ġew ikkanċellati. Ma jeżisti l-ebda tracking biex inkunu nafu kemm huwa l-ammont globali tal-Fast Tracks u kemm minn dawk ir-riċerki ordnati ġew ikkanċellati. Sat-22 ta’ Mejju 2015 kien hemm 35,995 -il riċerka li kienet lesta biex tinġabar mill-Front Office. Fil-Land Registry section, sal-21 ta’ Mejju 2015 daħlu 6,573 talba għar-riċerka (for E’s). Ma jezisti l-ebda record tal-persentaġġ ta’ dawk li ħadu iktar zmien biex jitlestew dan minħabba illi r-ricerki huma kollha ikkontrollati minn programm partikoalri li joħroġ ir-riċerki b’mod kronologiku. Ir-raġuni principali għal dan id-dewmien hija ż-żieda fil-kwantità ta’ riċerki minħabba l-inċentivi li ħabbar l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur. Id-dipartiment se jieħu l-passi neċessarji sabiex ikun hemm taħrig inkluż dak fl-IT għal-aktar persuni f’dan l-uffiċċju.