Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16646 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15627 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja u jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-remunerazzjoni inklużi l-perkaċċi kollha li għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap E¿ekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), huwa bażikament bħal dak tal-predeċessur tiegħu matul l-amministrazzjoni preċedenti. Din ir-remunerazzjoni hi ekwivalenti għal skala 3 tas-Servizz Pubbliku. Ma din ir-remunerazzjoni għandu l-bonuses stabbiliti ta’ nofs u l-aħħar tas-sena u dak supplimentari, kif ukoll performance bonus sa 10% tas-salarju bażiku. Għal din il-kariga ta’ Kap E¿ekuttiv ta’ MCC ħarġet sejħa pubblika, liema sejħa ġiet ippublikata fil-gazzetti lokali.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħi, ma ħatru, appuntaw jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra.

Aġenzija Identità Malta — Impjegata tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li gwardjana tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew impjegata oħra fl-istess faċilità, ingħatat il-permess li taħdem f’dipartiment li jaqa’ taħt l-Aġenzija Identità Malta? Jekk iva, min awtorizzaha tagħmel dan? Jista’ jikkonferma jekk dan sarx bil-kundizzjoni li sakemm hija tkun qed taħdem f’dan id-dipartiment, jibqa’ jgħoddilha s-servizz ta’ 25 sena għall-pensjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nikkonferma li gwardjana mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin ingħatat il-permess temporanjament li taħdem f’dipartiment li jaqa’ taħt l-Aġenzija Identità Malta. Nikkonferma ukoll li sakemm hija qed taħdem f’dan id-Dipartiment is-servizz ta’ 25 sena mhux qiegħed jghoddilha għall-pensjoni.

Forzi Armati ta’ Malta – kors ta’ B1 Cook

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf wara ġurnata l-kors ta’ B1 Cook tal-Forzi Armati ta’ Malta din il-ġimgħa? Jaf il-Ministru li s-suldati li kienu qed jattendu ħallsu għall-ikel li kellu jintuża f’dan il-kors?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi twaqqaf għaliex ġiet identifikata opportunita’ li taħriġ fl-imsemmija snajja jsir f’istituzzjoni rikonoxxuta, li normalment jiswa’ l-flus, u li jagħti lill-kandidati mhux biss kwalifika rikonoxxuta fl-Armata imma anke barra mill-istess Forza. M’għandix dubju li l-Onor. Interpellant jaqbel li dan huwa investiment fil-membri tal-Armata. Fir-rigward tal-ikel li kellu jintuza għall-kors, ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa nfurmat ħazin, għaliex dan jinxtara mill-Armata bħala parti mill-kors. Il-kandidati jħallsu biss għal dak li jridu jikkonsmaw personalment fil-ħinijiet tal-breaks bħal ma jsir kuljum.

Forzi Armati ta’ Malta – transfers mis-servizzi tad-detenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ħarġu għal suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta mis-servizzi tad-detenzjoni fl-aħħar jiem, inkluż din il-ġimgħa? Fejn ġew trasferiti dawn is-suldati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra huwa nfurmat ħażin, dan għaliex fl-aħħar jiem mhux transfers kien hemm mis-servizz ta' Detenzjoni imma twaqqif ta' secondments. Dan minħabba nuqqas fin-numru ta' detenuti. In-numru nvolut kien ta' tmintax (18) u dawn qed iservu fl-Ewwel Reġiment skont l-esiġenzi tas-servizz. Sebgħa (7) mill-imsemmija tmintax (18) kienu diġa' jifformaw parti mill-istess l-Ewwel Reġiment.

Għawdex -Proġett fil-Qala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni mill-Privatisation Unit għal proġett kbir fil-Qala, Għawdex, f’dik li kienet barriera, huwiex konkluż jew le? Jekk le, kif jispjega li l-bieraħ ditta internazzjonali ta’ periti ħabbret li rebħet hi l-bid u żvelat il-pjani tagħha għal dan il-proġett li jinkludi vilel, lukanda u cruise liner terminal f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Executive Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Executive Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kariga ta' din il-persuna? Kien hemm sejħa pubblika għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa relattiv ma’ dak taċ-Chairman ta’ qabel.

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16521.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tagħha, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-21 t’April ipproponejt lill-individwu msemmi għall-ħatra bħala Chairman tal-Bord tal-Għażla tal-Premju Ħaddiema tas-Sena 2015. Din hija kariga li ma jitħallasx għaliha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie maħtur bħala Chairperson tal-Management Committee ġewwa r-Residenza San Vinċenz mill-2013, b’rimunerażżjoni ta’ €2,329.37 fis-sena. L-ammont imħallas sa issa huwa dak ta’ €4,658.74. Barra minnhekk huwa nħatar chairperson ta’ 4 każi ta’ inkjesta. (Ara dokument Nru 5319 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 287 - fit-8 ta' Lulju 2015)

Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tagħha, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal parti tar-risposta li ngħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nunru 16524.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, mill-10 ta' Marzu 'l hawn, l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant ma ngħata ebda kariga, uffiċċju jew ħatra fl-ebda entità, bord, awtorità jew dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħlief li kellu rwol ta' "Casual" mal-Università ta' Malta kif elenkat hawn taħt:- Sena/perjodu Dettalji Kemm kien il-ħlas Jannar-Frar 2015 Reviżjoni ta' karta tal-eżami 35 Euros 2013/2014 Eżaminatur u Co-Supervisor 50 Euros 2013 Eżaminatur 25 Euros

Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-10 ta' Marzu 'l hawn, l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant ma ngħata ebda kariga, uffiċċju jew ħatra fl-ebda entità, bord, awtorità jew dipartiment li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.

Segertarjat Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16515.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-individwu msemmi onora lill-Gvern meta kien aċċetta li jservi bħala wieħed mill-membri tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja. Il-ħlas ta’ dawn il-membri distinti tal-professjoni legali kien ġie reż pubbliku b’mod immedjat mal-ħatra tagħhom. Huwa onora l-Gvern wkoll meta aċetta li jservi bħala wieħed mill-membri tal-Kummissjoni għal Liġijiet li taqdi l-funzjonijiet indikati fil-Liġi. Bħala membru fuq il-Kummissjoni għal Ligijiet l-individwu indikat tħallas pagament wieħed ta’ ammont nett ta’ Ewro 2,400 li jkopri l-perjodu li għalaq fil-31 ta’ Mejju, 2015.

Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment, Direttorat u Entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Segretarjat Parlamentari għal Gvern Lokali ma ngaġġax taħt l-ebda kariga lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw fil-Mistoqsija Parlamentari

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda xogħol, kariga u / jew ħatra lill-individwu indikat.

Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda xogħol, kariga u / jew ħatra lill-individwu indikat.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet appuntata Chairman tal-Embryo Protection Authority b’remunerazzjoni ta’ €13,954 (tlettax-il elf, disa’ mija u erbgħa u ħamsin Ewro). Ġie maħtur ukoll Chairman ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-individwu konċernat ma ngħata l-ebda kariga, uffiċju jew ħatra fi ħdan id-dekasteru tiegħi.