Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16763 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Ta’ Farsina – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi? Kemm-il dar jew familja hemm f’din iż-żona li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhux imħallsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.

Kuntratti mogħtija lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ impjieg, servizzi jew konsulenza bejn il-Gvern u kwalsiasi enti jew fondazzjoni tiegħu, u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-entita’ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ġew provduti separatament provdiet servizzi ta’ Project Management u Engineering Consultancy: · Mater Dei Hospital – Oncology Centre Acceleration Programme · Sir Paul Boffa Hospital - Migration Planning to Sir Anthony Mamo Oncology Centre · Mater Dei Hospital – Medical Assessment Unit Planning · Mater Dei Hospital – Structural Assessment Support · Karin Grech Rehabilitation Hospital – Refurbishment RW4 & RW7 Ħafna minn dawn il-proġetti kienu waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti u ġew aċċellerati minn dan il-Gvern.

Kuntratti mogħtija lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ impjieg, servizzi jew konsulenza bejn il-Gvern u kwalsiasi enti jew fondazzjoni tiegħu, u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16764.

Grand Harbour Regeneration Corporation – Chief Operating Officer – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ jgħid min hi l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chief Operating Officer tal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista’ jgħid x’remunerazzjoni għandha, inkluż il-perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chief Operations Officer tal-Grand Harbour Regeneration Corporation intgħażlet wara li saret sejħa pubblika. Din il-kariga issostitwixxiet il-kariga ta’Chief Executive Officer. Ir-remunerazzjoni u perkaċċi mogħtija għall-kariga preżenti huma ferm inqas minn dawk mogħtija għall-kariga preċedenti.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali – konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-Deputat Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament m’għadux fil-kariga ta’ Deputat Kummissarju imma nħatar konsulent tal-Ministeru? Jista’ jgħid minn meta u għaliex din il-ħatra? Hemm xi differenza mis-salarju, remunerazzjoni u perkaċċi li kellu bħala Deputat Kummissarju u dak li għandu issa bħala konsulent?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 17394.

Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il childcare centre kien hawn miftuħ sad-9 ta’ Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-9 ta’ Marzu 2013, kien hawn sitta u ħamsin (56) childcare centres reġistrati proviżorjament mad-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali.
Leg 12 PQ #16675 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta’ Etika tal-Minsitri kif issa rivedut?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokument mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Miegħu qed jitpoġġa wkoll dokument iehor intitolat Manwal ta’ proceduri tal-Kabinett.
Leg 12 PQ #16676 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forti tas-Salvatur – ċens perpetwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-data meta l-enfitewsi perpetwu gravanti l-Forti tas-Salvatur mogħti b’ċens perpetwu f’April 1958 għall-użu bħala batching plant tal-konkos ġie mifdi? Jsita’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-att pubbliku li bih f’April 1958 ingħata ċ-ċens mill-Gvern lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interepllant li enfitewsi perpetwu gravanti tal-Forti tas-Salvatur infeda permezz ta’ Att Pubbliku datat 27 ta’ Jannar 1982. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Att Pubbliku li permezz tiegħu fid-29 ta’ Marzu 1958, din il-proprjetà ngħatat mill-Gvern lill-privat.

Korp tal-Pulizija – Surġent – kummenti dispreġġjativi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabli li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jikteb fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook u allura b’mod mill-iktar pubbliku, kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ta’ Membru Parlamentari kif jidher ċar fid-dokument li qed jingħata separatament, wara l-protesta li saret fiż-Żonqor nhar il-Ħadd, 31 ta’ Mejju? Jemmen il-Ministu li dan l-aġir jżid il-fiduċja tan-nies fil-Korp tal-Pulizija? Jemmen il-Ministru illi tali aġir jista’ jwassal sabiex il-Korp jieħu xejra partiġġjana? Il-Ministru kien infurmat b’dan il-kliem ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija li huwa politikament responsabbli minnu? Jek iva, x’passi ħa l-Ministru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lil nħoss li kull uffiċjal pubbliku, filwaqt li dejjem għandu d-dritt għall-opinjoni personali tiegħu, għandu jkun kawt u diskrett kif jesprimi tali opinjoni fil-pubbliku. Mill-banda l-oħra żgur li l-Onor. interpellant u l-gvern li kien jifforma parti minnu, m’għandhom l-ebda kredenzjali sabiex jitkellmu jew jippriedkaw dwar korp partiġġjan. Finalment l-oppożizzjoni trid tiddeċiedi meta l-Ministru għandu responsabbilta’ u meta m’għandux. Tajjeb wieħed jinnota wkoll li l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija ilha li ntilfet u naqset bl-aġir u b’deċiżjonijiet jew nuqqas tagħhom tal-Gvern Nazzjonalista.

MGA – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta fil-mistoqsija parlamentari 15614, jista’ l-Ministru jispeċifika l-ammonti konnessi mal-pakkett finanzjarju taċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spejjeż tal-karozza, servizz ta’ mowbajl, servizz ta’ data, performance bonus u polza ta’ saħħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jirrizulta mit-tabelli li qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra, l-perkaċċi tac-Chairman u CEO preżenti huma €9,000 inqas min taċ-Chairman u CEO preċedenti.

Identity Malta – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi ħdan Identity Malta u jinforma lill-Kamra bil-pakkett finanzjarju li għandu għall-kariga tiegħu, inkluż salarju u perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata għandha salarju ta’ € 75,000 fis-sena.

Projects Malta – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15616, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tas-salarju, jispeċifika l-perkaċċi kollha u l-ammonti marbuta magħhom tal-individwu li jokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enemalta – ingaġġ ta’ persuna – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kariga tokkupa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Enemalta u x’remunerazzjoni għandha, inkluż il-perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16627.

Sptar Mater Dei – ingaġġ ta’ persuna – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kariga għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei, x’remunerazzjoni għandha, inkluż il-perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward ta’ l-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chief Executive Officer preżenti ta’ Mater Dei għandu l-istess pakkett finanzjarju bħas-CEO ta’ qablu, ċioe’ salarju ta’ €84,000 (erbgħa u tmenin elf Ewro).

Sptar Mount Carmel – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 15621, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra b’lista u valur tal-perkaċċi kollha relatati mal-kariga tal- Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Carmeli, apparti s-salarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-perkaċċi li għandu ċ-Chief Executive Officer preżenti tal-Isptar Mount Carmel huma l-istess bħal tas-CEO ta’ qablu. Dawn huma: Professional Membership Allowance; Car Allowance; Allowance fuq mezzi ta’ komunikazzjoni; Performance Bonus; u Professional Development Allowance.

Arms Ltd – General Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' General Manager tal-ARMS Ltd? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kariga ta' din il-persuna? Kien hemm sejħa pubblika għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-General Manager tal-ARMS Ltd. għandha salarju li huwa relattiv ma’ dak tas-CEO ta’ qabel. Bħalissa l-General Manager għandha paga ta’ €65,919 (ħamsa u sittin elf, disa’ mija u dsatax-il Ewro), filwaqt li s-CEO ta’ qabel kellu €65,323 (ħamsa u sittin elf, tlett mija, tlieta u għoxrin Ewro).

Enemalta – Executive Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Executive Chairman tal-Enemalta? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kariga ta' din il-persuna? Kien hemm sejħa pubblika għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Executive Chairman tal-Enemalta għandu salarju li huwa relattiv għal dawk tal-Executive Chairman ta’ qablu. L-Executive Chairman preżenti għandu remunerazzjoni ta’ €95,000 (ħamsa u disgħin elf), filwaqt li l-Executive Chairman preċedenti kellu remunerazzjoni ta’ €95,454 (ħamsa u disgħin elf, erba’ mija, erbgħa u ħamsin Ewro).

Investigazzjoni dwar il-kwalità taż-żejt użat fil-power station

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni li fit-22 ta' Ottubru 2013 il-Ministru stess kien qabbad lill-Imħallef Emeritu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jagħmel dwar "informazzjoni li titfa' dubju dwar il-kwalità taż-żejt li qed jintuża fil-power station" (skond l-istqarrija tiegħu PR 2345)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li tlesta r-rapport mit-tekniċi li tqabbdu biex jevalwaw il-fatti bħala parti minn din l-inkjesta.
Leg 12 PQ #16629 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji – Direttur Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. lnterpellant illi l-persuna Ii tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali,daħlet fl-ewwel tarġa ta’ din l-iskala b’remunerazzjoni ta’ Eur 85,000. Din l-iskala hija applikabbli ghal Direttur Ġenerali fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Il-persuna li kien jokkupa din il-kariga qabel spiċċa mill-impjieg fil-massimu tal-iskala ta’ Eur 95,000. Benefiċċju Ii japplika ghal kull grad ta' Direttur, hu l-użu ta' karozza.
Leg 12 PQ #16630 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Konsulenza fuq European Affairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal konsulenza fuq European Affairs? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan id-direct order? Jista’ jinforma lill-Kamra kif ġiet magħżula din il-kumpanija u jekk ġewx ikkunsidrati entitatijiet oħrajn għal dan ix-xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru tal-entita msemmija minn naħa tieghu, se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja fil-qasam ta’ Financial Stability, Financial Services u Capital Markets Union. Din il-kumpanija intagħżlet fuq il-bażi tal-kompetenza u l-esperjenza li għandhom f’dan il-qasam is-Senior Partners ta’ din il-kumpanija.​