Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17037 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni għandu, inkluż il-perkaċċi kollha l-persuna li qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-remunerazzjoni inklużi l-perkaċċi kollha li għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap E¿ekuttiv taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), huwa ta’ madwar €12,000 inqas minn dak tal-predeċessur tiegħu matul l-amministrazzjoni preċedenti kif jidher mit-tabelli li qed ninkludi ma din it-tweġiba. Għal din il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ MCC ħarġet sejħa pubblika, liema sejħa ġiet ippublikata fil-gazzetti lokali.
Leg 12 PQ #17192 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16095 u jelenka l-benefiċjarji u l-ammonti rispettivi li kull wieħed gawda mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-aħħar sentejn, sena b’sena, sal-llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Niġbded l-attenzjoni illi dawk il-pagamenti li kienu ġew imwegħda qabel it-8 ta’ Marzu 2013 huma indikati b’linka skura fit-tabelli mehmuża.

Konverżjoni ta’ ċens temporanju għal wieħed perpetwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13523, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar xhur sar eżercizzju biex tinġabar l-informazzjoni neċessarja biex isir is-social impact assessment. Din l-informazzjoni kellha tkun tinġabar mill-bidu u bħalissa qedgħa f’fażi li tiġi ffinalizzata.

MCCAA – Chairman u Executive Chairman – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat fil-mistoqsija parlamentari 15607, tista’ l-Ministru tispeċifika l-ammonti konnessi mal-pakkett finanzjarju taċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv ta’ l-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Childcare Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il childcare centre hawn illum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Sal-lum il-ġurnata mad-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali hemm: a) tlieta u sebgħin (73) childcare centre irreġistrati proviżorjament u b) erbatax (14)-il childcare centre irreġistrati temporanjament.

MCA – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15613, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju nkluż l-perkaċċi kollha tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? Jista’ jgħid fin-nuqqas tal-Kap Eżekuttiv, min qed imexxi x-xogħol ta’ kuljum ta’ din l-Awtorità?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju nkluż l-perkaċċi kollha tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni huwa: Onorarju - €18,000 (gross) Car Allowance - €4,800 (gross) Home Internet Broadband - Fuq prezentata ta' kontijiet - massimu €30 kull xahar Servizz ta' Mobile u Telefonija fissa tad-dar - Fuq prezentata ta’ kontijiet L- Awtorità tixtieq tikkonferma li fin-nuqqas tal-Kap Eżekuttiv, l-istess Chairman qed imexxi x-xogħol ta’ kuljum ta’ din l-Awtorità. Ta’ min jirimarka ukoll li fis-sena 2012 taħt amministrazjoni preċedenti ic-Chairman kellu: Onorarju - €116,232 (gross) Servizz ta' Mobile – €1,523 Health Insurance - €1,033 Home Internet Broadband - €359 Filwaqt li bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013 ic-CEO kellu: Onorarju - €31,156 (gross) Servizz ta' Mobile u Telefonija fissa – €248 Health Insurance - €66 Home Internet Broadband - €74

Foundation for Medical Services – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15622 u 14369, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tal-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, inkluż il-valur tal-perkaċċi kollha li jikkwalifika għalihom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv preżenti tal-FMS għandu salarju ta’ €57,000 filwaqt li l-Kap Eżekuttiv ta’ qablu fil-kuntratt oriġinali kellu €58,234 li eventwalment żdiedu b’10% għal €64,057.

PBS Ltd – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15625, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li jikkwalifika għalihom il-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kap Ezekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd. għadu kopert bl-istess kuntratt li kien sar qabel id-9 ta’ Marzu 2013 u għaldaqstant għadu jzomm l-istess remunerazzjoni u perkaċċi. Salarju- € 60,666.12 Allowances: Performance Bonus: 15% Car Allowance : Eur 5,000 Petrol Allowance: Eur 2,000 Mobile Allowance: Eur 4,800

Heritage Malta – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15626, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li jikkwalifika għalihom il-Kap Eżekuttiv preżenti ta’ Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kap Ezekuttiv preżenti ta’ Heritage Malta inhatar direttament mill-Bord tad-Diretturi fit-3 ta’ Lulju 2013 wara li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ agent Kap Ezekuttiv minn Jannar 2013 u ta’ Kap Kuratur ghal tmien snin fi hdan l-istess agenzija. Is-salarju hu dak ta’ Eur 43,271 per annum. Expense allowance Eur 11,650 per annum Performance Bonus 15% All-Inclusive Transport Allowance Eur 4,658.75 Free uncapped fixed, mobile telephone facilities and internet service.

Malta Council for Culture and the Arts – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15628, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li jikkwalifika għalihom iċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Malta Council for Culture and the Arts?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Malta Arts Council għandu salarju ta’ €35,583 li hu ekwivalenti għall-pożizzjoni ta’ skala 3 fis-Servizz Pubbliku. Il-kuntratt jipprovdi wkoll għal: Expense Allowance = €2,096.44 fis-sena Allowance tal-mowbajl = sa massimu ta’ €815.28 pagabli wara li jigu pprezentati l-kontijiet koncernati Uzu ta’ karozza = fully expense Performance Bonus = Sa massimu ta’ 15% fis-sena Ħlas ta’ kontijiet ta’ landline wieħed għall-użu lokali kif ukoll internazzjonali. Nirriafferma wkoll li dan il-pakkett finanzjarju hu konsiderevolment anqas, madwar EUR11,000, minn dak tal-persuna li kienet tokkupa l-po¿izzjoni ta’ Kap Eżekuttiv fil-legiżlatura preċedenti. Minbarra hekk, il-Kap Eżekuttiv preżenti qed iservi wkoll ta’ Chairman u b’responsabilitajiet akbar mill-Kap Eżekuttiv preċedenti.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — managers u supervisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġew appuntati managers u supervisors fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-1 ta' April 2013 sal-lum? Xi grad kellhom qabel ma ġew hekk appuntati? Kemm minnhom kienu storekeepersu saru managers jew supervisors?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn informazzjoni li għaddietli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jirriżulta li fil-perjodu msemmi laħqu 4 managers ġodda. Kollha kemm huma kienu fi gradi ta’ Professional jew aktar, u ħadd minnhom ma kien storekeeper.
Leg 12 PQ #16836 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID – Rapport tal-Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni tal-Internal Audit and Investigations Department (IAID) li sar fl-aħħar ġimgħat dwar l-operat tal-ex Kap tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-rapport ma giex mogħti lill-Prim Ministru u lanqas gie kkumissjonat mill-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #16837 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

IAID – Rapport tal-Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni tal-Internal Audit and Investigations Department (IAID) li sar fl-aħħar ġimgħat dwar l-operat tal-ex Kap tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16412 datata 1 ta’ Ġunju 2015.

Simulator għas-sewqan tal-karozzi tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx simulator għas-sewqan tal-karozzi tat-trasport pubbliku li qed jintuża jew imħaddem jew mikri minn Transport Malta? Jekk iva, kemm-il siegħa tintuża kemm ilu li nġieb u meta wasal Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku qed jippjana li jintroduċi ‘simulator’ għall-skopijiet ta’ taħriġ fis-sewqan tal-karozzi tat-trasport pubbliku fl-ewwel kwart tas-sena id-dieħla.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15891, jista’ l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari u ċjoè: (a) Kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott dawn iż-żidiet ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; u (b) Kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika u kemm le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn is-sentejn taħt din l-amministrazzjoni kien hemm titjib sostanzjali fl-operazzjoni tal-Korpoarazzjoni għas-servizzi tal-ilma fejn minn waħda ta’ deficit li kien jammonta għal madwar 3 miljun Ewro fl-2012, u telf previst ta’ 5.8 miljun ewro fl-2013, dawwarna din is-sitwazzjoni u b’hekk il-finanzi ta’ din il-Korporazzjoni huma aktar sostenibbli. F’dan il-perjodu wkoll, id-dejn tal-istess Korporazzjoni naqas bi 8 miljun ewro, fl-istess waqt li t-tariffi tal-ilma kemm għall-familji u n-negozji naqsu b’5%. Fost it-titjib li sar mill-Korporazzjoni kien hemm it-tnaqqis tal-Infrastructure Leakage Index li huwa l-inqas wieħed f’dawn l-aħħar 20 sena. Dan juri kemm il-Korporazzjoni tejbet l-operat tagħha biex anke din ir-riżorsa tant important għal pajjiżna tkun użata b’mod għaqli. Il-proġett biex jinbew polishing plants li permezz tagħhom nipproduċu dak li hu msejjaħ new water, ilma li jkun diġa użat, biex dan jerġa jintuża mill-industrija u l-agrikoltura, jinsab għaddej u l-Korporazzjoni qed taħdem ukoll fuq proġetti permezz ta’ fondi Ewropej, fosthom biex tnaqqas il-carbon footprint tal-impjant tar-reverse osmosis ta’ Pembroke. Iżda apparati mill-proġetti lokali, il-Korporazzjoni qed tipparteċipa fi proġetti tal-Bank Dinji fejn qed tipprovdi servizzi ta’ konsulenza lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, proġetti li huma abbinati u mmexxija mill-Bank Dinji. Il-Korporazzjoni qed taħdem ukoll ma’ istituzzjonijiet barranin fejn qed tesplora teknooġiji ġodda biex titjieb il-kwalità tal-ilma u d-distribuzzjoni. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għall-estimi tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-ilma li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunali Lokali — prosekuturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid wieħed wieħed meta jiskadi l-kuntratt tagħhom bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qegħdin jitħallsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, skont kif provduta mill-Kumitati Reġjonali.

Jum il-Pulizija — bdil ta' ġurnata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Pulizija li huwa t-12 ta' Lulju, se jsiru fl-10 ta' Lulju? Jikkonferma li r-raġuni hi biex jiffranka l-flus ħalli l-Pulizija ma jitħallsux doppju peress li t-12 ta' Lulju huwa l-Ħadd?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li din is-sena ma kienetx l-ewwel sena fejn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’Jum il-Pulizija iċċaqalqet mil-ġurnata proprja. L-ewwel okkażżjoni kienet fis-sena 1998 meta minflok il-ħadd iċ-ċelebrazzjonijiet saru is-Sibt 11 ta’ Lulju. L-stess ġara fis-sena 2009, meta minflok il-Ħadd iċ-ċelebrazzjonjiet saru il-Gimgħa 10 ta’ Lulju. Irid jingħad li fit-12 ta’ Lulju, 2015, kien hemm ħames festi fl-istess jum, f’diversi villaġġi ġewwa Malta u Għawdex, li jridu jiġu koperti mil-Pulizija, u għaldaqstant kienet neċessita li din il-ġurnata tiċċaqlaq din is-sena wkoll.
Leg 12 PQ #16761 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Schemes — ħlas lis-sidien tal-plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka ż-żoni jew postijiet fejn, minn Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes u jista’ jgħid kemm ħallas id-Dipartiment għal kull żona ? Kemm-il familja saret sid ta’ darha grazzi għal dan il-ħlas mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien oriġinali tal-Home Ownership Schemes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #16762 Sitting 291 2015-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Ta’ Kirċippu – Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċippu, fis-Siġġiewi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.