Inkjesta dwar il-kwalità taż-żejt użat fil-Powerstation
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħa titlesta, jew kemm baqgħalha biex tkun lesta l-inkjesta ordnata fit-22 ta' Ottubru 2013 dwar 'informazzjoni li titfa dubju dwar il-kwalità taż-żejt li qed jintuża fil-powerstation' skont stqarrija numru PR 2345?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inkjesta għadha għaddejja u se tkun finaliżżata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17514 u 16349 u jelenka l-kumpaniji li ġew reġistrati minn Marzu 2013 li fihom il-Gvern ta’ Malta jew xi Dipartiment tal-Gvern, jew Korporazzjoni jew enti oħra tal-Gvern ta’ Malta, għandu/għandhom sehem, hu kemm hu dak is-sehem? F’liema data ġew reġistrati u min huma l-azzjonisti kollha f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17534, 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn esperti ballistiċi li jkunu ġew nominati mill-Qrati tagħna biex jagħmlu eżamijiet u analiżi neċessarji mhux qegħdin jitħallew jagħmlu dan fil-Malta National Laboratory?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-membri tal-Rapid Intervention Unit li jġorru arma tan-nar fuq xogħolhom u li jista’ jkollhom bżonn jużawha waqt dmirijiethom ilhom xhurtwal, uħud seba’ u tmien xhur, ma jkollhom taħriġ b’arma tan-nar? Ma jarax il-Ministru li pulizija, hu min hu, li ilu ma jispara arma tan-nar għall-xhur twal u jiġi bżonn jużaha waqt il-qadi ta’ dmirijietu, ikun qed jipperikola lilu nnifsu u lil terzi minħabba nuqqas ta’ taħriġ? Jekk allaħares qatt ikun hemm inċident minħabba nuqqas ta’ taħriġ fl-isparar, il-Ministru ħa jassumi r-responsabilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp hu konxju tal-ħtieġa ta’ taħriġ inkluż taħriġ b’armi tan-nar kif ukoll suġġetti oħra. Fil-każ tal-RIU, il-membri kollha f’din it-Taqsima għamlu prattika fl-isparar matul ix-xahar t’Awwissu u l-bidu ta’ dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn mhux il-pulizija kollha tar-Rapid Intervention Unit qed jitħallsu għall-overtime li jagħmlu? F’għajnejn il-Korp hemm pulizija li jitqiesu aqwa minn oħrajn anke jekk ikunu fl-istess skwadra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kwistjoni tal-ħlas tal-overtime għall-membri tar-Rapid Intervention Unit ġiet regolarizzata u saru arrangamenti biex il-ħlas dovut jitħallas wara li issa gie pproċessat mill-amministrazzjoni tal-korp.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu bdietx jew hemmx il-possibilità li tibda kuntatti biex il-grupp li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġu attirati lejn Malta għal kunċert mużikali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda kuntatt, xi forma ta’ negozjar u/jew talba sabiex il-band, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tinġieb sabiex tagħti kunċert fil-gżejjer Maltin.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterji u wara liema sejħa pubblika qed jiġu magħżula l-ġuristi li qed jiġu nominati biex jassistu fl-abbozzar ta' sentenzi fil-Qrati tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Interpellant, il-ħatra tak-Ġurist kienet waħda mill-proposti kif elekanti fir-rapport tal-Kummissjoni Bonello, fuq liema proposti qed jitħejja abbozz ta’ liġi biex wara ssir konsultazzjoni fuq l-istess.
L-idea tal-Ġurist hija meħuda mis-sistema tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fejn kull Imħallef ikun assistit minn espert li jabbozza għall-konsiderazzjoni finali tal-Imħallef, normalment wara diskussjoni preliminari mal-Imħallef stess, is-sentenzi relattivi. Dawna jagħmlu wkoll xogħol imprezzabbli ta’ riċerka. Huwa mistenni li dawn il-Ġuristi jgħinu għall- ispedizzjoni aħjar tal-kawżi.
Aħna dehrilna li tenut kont tal-bżonn urġenti li l-kawżi jinqagħtu iktar malajr ikun għaqli jekk minn issa jiġu appuntati avukati
full-time
fuq kuntratt definit u qasir mal-Qorti sabiex jassistu lill-Ġudikanti fil-Qrati Ċivili fir-riċerka u fl-abbozzar tas-sentenzi.
Dan għandu jwassal biex f’qasir żmien ikun hemm titjib fin-numru ta’ kawzi li jiġu konklużi. Għandu jwassal ukoll għal grupp ta’ avukati mħarrġa li jekk il-Ġudikanti jidhrilhom li huma tal-livell mistħoqq ikunu kandidati ideali għal Ġuristi.
Wara diversi diskussjonijiet inkluz mal-Prim Imħallef u mal-Assoċjazzjoni tal-Ġudikanti kien hemm qbil li l-ġudikanti sedenti (u mhux il-politiku) jissottomettu diversi ismijiet ta’ persuni kompetenti li jkunu jistgħu jiġu kunsidrati bħala avukati addetti mal-Qrati.
Minbarra dan, b’rispett sħiħ tas-separazzjoni tal-poteri, il-Prim Imħallef innomina żewġ ġudikanti sedenti li flimkien mad-Direttur tal-Qrati għandhom jivverifikaw u jekk ikun hemm bżonn jżommu laqgħat mal-persuni hekk suġġeriti. Wara li ssir il-verifika, tkun fid-diskrezzjoni tal-Prim Imħallef ma’ liema ġudikanti jiġu assenjati l-avukati magħżula.
Jiena nemmen ħafna f’dan il-proġett. Nemmen li b’hekk se nagħtu iktar għodod lill-ġudikanti sedenti b’nies li jkunu magħżula kompletament minnhom u li finalment se jwasslu għal ġustizzja iktar spedita.
Policy dwar sewwieqa li jkunu lebsin il-burqa jew in-niqab
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika, u jekk m'hemmx, jaħsibx li għandu jkun hemm policy ta' Transport Malta dwar sewwieqa li jkunu lebsin il-burqa jew in-niqab fejn allura l-wiċċ tas-sewwieqa ma jkunx viżibbli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li preżentament Transport Malta m’għandha l-ebda policy dwar sewwieqa li jkunu lebsin il-burqa jew in-niqab.
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Schemes — ħlas lis-sidien tal-plots
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16761 u jelenka ż-żoni jew postijiet fejn, minn Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes u jista’ jgħid kemm ħallas id-Dipartiment għal kull żona ? Kemm-il familja saret sid ta’ darha grazzi għal dan il-ħlas mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien oriġinali tal-Home Ownership Schemes?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Minn Marzu 2013 sa Lulju 2015 id-Dipartiment tal-Artijiet hallas total ta’ €1.87 miljun lis-sidien oriġinali tal-plots li intuzaw fil-Home Ownership Schemes.
Kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qiegħed nipprezenta ma’ din it-twegiba lista ta’ diversi lokalitajiet fejn sar dan il-ħlas u kemm kien il-hlas f’kull kaz.
Nistieden lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Locality
Valur tal-Art
Interessi
Total Value
€
€
€
Zurrieq
130,000
86,827.40
216,827.40
Mosta
512,330
333,351.42
845,681.42
Naxxar
97,916.54
63,589
161,505.54
Naxxar
109,458.46
72,923.09
182,381.55
Kalkara
133,000
85,104.36
218,104.36
Hal Luqa
4,300
3,596.86
7,896.86
Naxxar
86,500
59,439
145,939
Hal Qormi
4,171
4,683.66
8,854.66
Hal Qormi
3,198
3,590.38
6,788.98
Hal Qormi
5, 043.72
5,663.68
10,707.40
Had-Dingli
17,470
13,441.52
30,911.52
Marsa
8,086.83
9,226.05
17,312.88
Hal Gharghur
16,400
11,119.61
27,519.61
Hal Gharghur
55,000
38,530.48
93,530.48
Hal Qormi
1,521.66
2,631.43
4,153.09
Had Dingli
37,000
30,750.74
67,750.74
Msida
95,990
59,553.32
155,543.32
Birkirkara
6,300
3,976.67
10,276.67
Birkirkara
2,570
1,624.19
4,194.19
Is-Siġġiewi – Ta’ Kirċippu – Home Ownership Schemes
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16762 u jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċippu, fis-Siġġiewi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minħabba l-Home Ownership Scheme, imorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dani ż-żmien.
Il-valur tal-art li jrid jitħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Kirċeppu fis-Siġġiewi huwa ta’ €591,500. Ma’ dan l-ammont irid jiżdied ukoll il-ħlas tal-interessi li jiġi kkalkulat meta jsir il-kuntratt.
Din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss.
Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li gej.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16763 u jgħid kemm hu stmat li hu l-valur li d-Dipartiment tal-Artijiet irid iħallas lis-sidien oriġinali bil-valur tas-suq tal-lum għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi? Kemm-il dar jew familja hemm f’din iż-żona li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhux imħallsa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minhabba l-Home Ownership Scheme imorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien.
Il-valur tal-art flimkien mal-interessi li diġa ġew depożitati l-Bank biex isir il-ħlas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ta Farsina, Hal Qormi huwa ta’ €30,504. Filwaqt li hemm ammont ta’ art oħra li flimkien il-valur tagħhom jammonta għal €76,706.51. Dan il-valur irid jiġi rivedut skont il-valur tas-Suq fl-2005 skont il-provediment tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Art għal Skopijiet Pubbliċi (Kap 88) kif ukoll irid jiżdied ma dan il-valur, l-ammont ta’ ħlas tal-interessi dovuti li jiġi kkalkulat meta jsir il-kuntratt.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda, l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss.
Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li gej.
Jista’ l-Ministru jara li, l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li dwaru l-Bord Mediku fl-4 ta’ Ġunju 2015 iddeċieda li hu ma kienx intitolat għall--Għajnuna Medika, jerġa’ jinstema’ fuq bażi umanitarja peress li minn diversi ċertifikati mediċi jirriżulta li huwa jbati minn mard kroniku serju ħafna li għalih ifisser ħafna spejjeż f’mediċini u dieta partikolari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet eżaminata minn bord mediku u nstab li mhux intitolat għal dan il-benefiċċju. Il-każ se jerġa’ jittella’ quddiem bord mediku ieħor għal ri-kunsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16349 u jelenka l-kumpaniji li ġew reġistrati minn Marzu 2013 li fihom il-Gvern ta’ Malta jew xi Dipartiment tal-Gvern, jew Korporazzjoni jew enti oħra tal-Gvern ta’ Malta, għandu/għandhom sehem, hu kemm hu dak is-sehem? F’liema data ġew reġistrati u min huma l-azzjonisti kollha f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15610 u 16419 u jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise ma gietx impjegata permezz ta’ sejħa pubblika. F’dan il-kas ġiet segwita l-istess prassi bħal fil-kaz ta’l-aħħar persuna li okkupat din il-kariga fil-Malta Enterprise, jiġifieri fil-perjodu 01/02/09 sa 11/05/2012
Fil-kaz tal-persuna f’din il-kariga llum,din ġiet maħtura a bazi tal-esperjenza tagħha professjonali u akkademika fil-qasam tal-investiment dirett barrani.
Bil-kunsens tal-persuna kkonċernata din hi l-informazzjoni mitluba:
Remunerazzjoni(Salarju Anwali):€85,000
Performance Bonus:massimu ta’10% tas-salarju*
Assikurazzjonijiet
Mobile u Internet
Uzu ta’karozza tal-kumpanija (bix-xufier)meta jkun hemm bżonn
Fuel għal-karozza personali
*Il-persuna ikkonċernata għada ma talbietx li tiġi assessjata għal finijiet tal-performance bonus għas-sentejn li għaddew u mhux beħsieba tagħmel hekk sa t-tmiem ta’ l-impjieg tagħha.
Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklu¿i l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Qrati — esperti ballistiċi - eżamijiet u analiżi fil-Laboratorju Forensiku Nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li esperti ballistiċi li jkunu ġew nominati mill-Qrati tagħna mhux qed jitħallew jagħmlu l-eżamijiet u analiżi neċessarji fil-Laboratorju Forensiku Nazzjonali
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li diversi esperti nominati mill-Qrati ġew infurmati li mhemmx flus biex jitħallsu tal-inkarigu tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-flus li hemm allokati għall ħlas ta’ esperti nominati mill-Qrati s’issa ma humiex eżawriti. L-amministrazzjoni tal-Qrati dejjem tagħmel l-almu tagħha sabiex tħallas l-esperti fl-iqsar żmien possibbli. Sal-lum il-pagamenti għadhom isiru regolari.
Malta Film Commission – Kap Eżekuttiv/Film Commissioner – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15631, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li huma marbuta mal-kariga li qed jokkupa l-Film Commissioner u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Film Commission li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif jirriżulta mit-tabelli li qed ninkuldi mat-tweġiba tiegħi, l-pakkett tas-Sur Engelbert Grech, li huwa l-Kummissarju tal-Films preżenti, huwa bażikament l-istess bħal dak li kellu Peter Busuttil li kien il-Kumissarju maħtur mill-amministrazzjoni preċedenti.
Remuneration and allowances: Film Commissioner
Peter Busuttil
(Engaged as of 05/11/2011)
Engelbert Grech
(Engaged as of 20/12/2013)
Gross Annual Salary
€36,000
€38,000
Allowance for Fuel expenses per month
€200
€215
Mobile Phone Allowance
Fully expensed
Fully expensed
Performance bonus
Up to 15% of annual salary
Up to 15% of annual salary
Other
Government statutory bonuses and any other benefits, such as, income supplement, including approved cost of living increases
Government statutory bonuses and any other benefits, such as, income supplement, including approved cost of living increases
L-uniku differenza hija li bix-xogħol imwettaq minn Peter Busuttil u li ħalla l-frott fis-sena 2013, kien hemm is-somma ta’ EUR5,000,000 injettati direttament fl-ekonomija ta’ pajjiżna, filwaqt li fis-sena 2014 is-somma żdiedet għal EUR29,000,000. Għas-sena 2015, ir-riżultati mistennija jkunu saħansitra ħafna ahjar u din l-industrija mistennija tħalli s-somma rekord ta’ iktar minn EUR80,000,000 injettati direttament fl-ekonomija. Bħal fil-każ tas-Sur Busuttil, ma kien hemm l-ebda sejħa għal din il-kariga.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15630, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-valur tas-salarju u perkaċċi kollha li huma marbuta mal-kariga li qed jokkupa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-pakkett finanzjarju tas-Sur Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak ta’ qablu li kien ġie maħtur mill-Amministrazzjoni preċedenti, hekk kif jidher mit-tabelli li qed ninkludi ma din it-tweġiba.
Paul Bugeja, CEO MTAJosef Formosa Gauci, previous CEO MTA
Annual Salary€76,400€76,403.45
Performance BonusCapping of €20,000Capping of €12,000
TransportFully serviced car (max retail price of €19,800), when on official businessFully serviced car and use of car and driver, when on official business
TelephoneFree telephone facilities (rentals and calls, both local and overseas)Free telephone facilities (rentals and calls, both local and overseas)
TravelFree first class travel facilities and accommondation overseas on business for and on behalf of MTAFree first class travel facilities and accommondation overseas on business for and on behalf of MTA
Medical InsuranceFree and full local and overseas medical insurance coverage, for CEO and direct dependants Free and full coverage overseas medical insurance, both local and whilst travelling overseas
Din il-ħatra li saret taħt l-amministrazzjoni ħalliet il-frott mill-ewwel b’riżultati rekord għat- turiżmu fis-sena 2014 u aktar u aktar meta fl-ewwel kwart tas-sena 2015 kellna riżultati aħjar fejn jidħlu numru ta’ turisti, 'bed nights' u spiża mit-turisti.
Bħal fil-każ tas-Sur Josef Formosa Gauci, predeċessur tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu preżenti, ma kien hemm l-ebda sejħa għal din il-kariga.