Jista’ l-Ministru jgħid min għandu l-permess li juża l-pepper spray fil-pajjiż u f’liema ċirkostanzi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm il-Pulizija kif ukoll l-uffiċjali fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin għandhom permess li jużaw l-pepper spray fil-pajjiż. Il-membri tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin jagħmu użu minnu skond il-liġi, filwaqt li l-Pulizija jistgħu jużawh kif indikati f’ċirkolari interna.
Berġa ta’ Kastilja – xogħol ta’ tħaffir fil-faċċata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ tħaffir fil-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja li sar riċenti u li ġab kundanna u kritika anke mill-professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u esperti oħra sabx l-approvazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20897.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ liema membri tal-Ġudikatura huma mistennija jirtiraw bl-età fil-ħames snin li ġejjin, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-elenku tal-Membri tal-Ġudikatura li huma mistennija jirtiraw bl-età fil-ħames snin li ġejjin huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
KUNJOM
ISEM
GRAD
SENA TAL-IRTIRAR
Degaetano
Vincent
Imħallef
2017
Micallef Trigona
Tonio
Maġistrat
2017
Scicluna
David P.
Imħallef
2017
Camilleri
Silvio
Prim Imħallef
2018
Mizzi
Antonio
Imħallef
2018
Meli
Silvio
Imħallef
2019
Coppini
Paul
Maġistrat (Qrati t’Għawdex)
2019
Cuschieri
Noel
Imħallef
2019
Azzopardi
Joseph
Imħallef
2020
Mallia
Tonio
Imħallef
2020
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena fl-aħħar ħames snin, kemm-il appell Ċivili (Superjuri) ġew iddikjarati deżerti minħabba li sad-data tas-smigħ fl-Appell ma tkunx tħalset il-kawtela tal-Appell? Jista’ jgħid għal kull waħda fl-aħħar ħames snin, kemm kien hemm Appelli Ċivili Superjuri li ġew preżentati u deċiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni, dwar in-numru tal-appelli (Ċivili Superjuri) ppreżentati, ta’ dawk li ġew deċiżi u ta’ dawk li ġew iddikjarati deżerti minħabba li sad-data tas-smigħ fl-Appell ma tkunx tħallset il-kawtela tal-Appell, f’dawn l-aħħar ħames snin, huma indikati hawn taħt:
Sena
Appelli introdotti
Appelli terminati
Appelli dikjarati Deżerti
(kawteli mhux imħallsa)
2015*
291
321
7
2014
447
361
17
2013
457
259
23
2012
442
221
8
2011
356
336
10
2010
366
355
33
* mill-01/01/2015 sal-05/11/2015
Ħal Tarxien – Triq Anġlu Mangion, Triq il-Madonna tad-Duttrina u Ġnien Ovindoli — dwal
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Enemalta terġa’ tagħti d-dawl wara ġimgħa mitfi, lil Triq Anġlu Mangion, Triq il-Madonna tad-Duttrina u Ġnien Ovindoli f’Ħal Tarxien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li għamletl-Enemalta plc irriżulta li d-dawl fi Ġnien Ovindoli huwa mixgħul. Il-lampi ta’ Triq il-Madonna tad-Duttrina u Triq Anġlu Mangion, Tarxien, ġew skonnettjati għax instab li kienu wħaħħla b’mod irregolari u perikoluż. L-entita’ responsabbli minn dawn il-lampi ġiet infurmata biex tirregolarizza dawn il-lampi biex jigu kkonnettjati b’mod sikur skont ir-regolamenti applikabbli.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?
Jista’ l-Ministru jara li ħdejn iċ-Ċentru tal-Viżitaturi fil-Park tal-Majjistral issir manutenzjoni peress li hemm strutturi dilapidati (li ilhom hekk mitluqa snin kbar) u li bi ftit xogħol jistgħu jkunu rijabilitati għas-servizz tal-viżitaturi, inkluż bathroom facilities? Jista’ jsir investiment biex id-daħla għal dan il-Park tkun waħda li tixraq l-isem ta’ Park Nazzjonali?
Response (BRINCAT, LEO)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li, kif infurmat mit-tmexxija tal-Park tal-Majjistral, fil-fatt diġà jeżistu faċilitajiet sanitarji fil-park u dawn huma wkoll adattati għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Madankollu ta’ min jirrikonoxxi l-ħidma sfiqa u siewja li qed jagħmel il-Bord tat-Tmexxija, li ilu fdat għal bosta snin lil Din l-Art Ħelwa, Nature Trust u Gaia Foundation, li għandu pjan konkret imfassal, sabiex fost affarijiet oħra jirriabilita d-daħla tal-park kif ukoll iċ-ċentru tal-viżitaturi. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-organizzazzjonijiet imsemmija li jagħmlu parti minn federazzjoni waħda, huma responsabbli għat-tmexxija tal-Park. Min-naħa tiegħu l-Gvern huwa responsabbli, kif kien ukoll taħt l-amministrazzjoni preċedenti, mill-Bord ta’ Sorvelja.
Berġa ta’ Kastilja – xogħol ta’ tħaffir fil-faċċata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx max-xogħol ta’ tħaffir fil-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja li sar riċenti u li ġab kundanna u kritika anke mill-professur li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament u esperti oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni għall-proġett tad-dawl ta’ Kastilja bil-kundizzjonijiet tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li ħarġet f’DNO tal-MEPA numru 01899/15.
Jirriżulta li s-Sovraintendenza għall-Patrimonju Kulturali tat in-
no objection
tagħha għal dan l-iżvilupp b’dana li jiġu segwiti erba’ kondizzjonijiet.
Il-kondizzjonijiet, meta jinqraw, jagħmluha ċara li ma għandhomx isiru interventi fuq il-faċċata li jew ma jkunux riversibbli jew inkella jħallu impatt fuq il-
fabric
tal-faċċata. Il-kondizzjonijiet, ġustament, jgħidu wkoll li l-cables għandhom jutulizzaw id-
“duct routes”
antiki li ġew ibblukkati fl-aħħar interventi ta’ restawr.
Jiena informat li fl-istallazzjoni tad-dawl il-ġdid fil-faċċata ta’ Kastilja sa fejn kien possibbli sar użu tad-
duct routes
antiki li ġew ibblukkati fl-aħħar interventi ta’ restawr.
Projects Malta — Request for Proposal - Port ta' Marsamxett
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu li damet miftuħa Request for Proposals ta' Projects Malta tat-28 ta' Awwissu 2015, għal design, build, operate alternative links of transport fil-Port ta' Marsamxett, inbidlux il-kundizzjonijiet u garanziji bankarji mitluba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bdil fil-kundizzjonijiet tal-garanziji bankarji. L-uniku tibdil hu dak kif indikat fit-tweġiba parlamentari 20690 (għoxrin elf, sitt mija u disgħin).
Projects Malta — Request for Proposals - Port ta' Marsamxett
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-data tal-għeluq ta' Request for Proposals ta' Projects Malta tat-28 ta' Awwissu 2015 għal design, build, operate alternative links of transport fil-Port ta' Marsamxett, inbidlitx u għal meta inbidlet? Min iddeċieda li jbiddel tali data ta' għeluq u għala? Mad-data inbidlu xi kundizzjonijiet oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data tal-għeluq tar-Request for Proposals tal-proġett indikat ġiet estiża sal-20 ta’ Novembru 2015. Dan kien imħabbar pubblikament minn Projects Malta Ltd fid-9 t’Ottubru li għadda. Ma nbiddlu l-ebda kundizzjonijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema mħabbra għall-2015 tal-Gas Conversion Scheme to convert vehicles to Autogas/LPG hijiex ser tkun estiża għall-2016? Kemm ibbenefikaw minn din l-iskema s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-iskema tal-autogas se tiġi mġedda għas-sena 2016 u ser tingħata għotja ta’ 200 ewro għall-konverzjoni ta’ vetturi tat-tip M1 (vetturi tal-passiġġieri) jew N1 (vetturi kummerċjali). Mill-iskema preżenti, sal-aħħar ta’ Ottubru 2015, ibbenefikaw 237 applikant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20409 u jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkontempla ċ-ċaqliq tal-Monti tal-Belt lejn in-naħa ta' fuq ta' Strada Merkanti fil-Belt, bejn Strada Teatro u Triq Melita?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma ntqal fid-diskors tal-baġit, il-Gvern qed jikkontempla diversi possibiltajiet minfejn u kif jopera l-Monti.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 19276 u 20287, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verità dwar kemm kien hemm theddid ta’ bombi fl-2015 fil-Qorti: hux ħdax jew waħda?
Response (BONNICI, OWEN)
M'għandix x'inżid mal-korrezzjoni magħmula minni nhar il-Ġimgha 23 ta' Ottubru 2015 għad-domanda oriġinali tal-Onor Silvio Schembri li ġġib in-numru 19276.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkontempla ċ-ċaqliq tal-Monti tal-Belt lejn in-naħa ta' fuq ta' Strada Merkanti fil-Belt, bejn Strada Teatro u Triq Melita?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ l- Ministru jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bagħat Talba għall-Parteċipazzjoni għall-provvista ta' bnadar kbar għaċ-CHOGM u s-Summit EU-Afrika lil tmien kumpaniji.
Għal din is-sejħa wieġbu erba' kumpaniji, iżda kumpanija waħda biss offriet bnadar ta' kwalità aċċettabbli. Għaldaqstant, Mompalao Trading ingħatat ordni għal 941 bandiera għall-prezz ta' €66,278, inkluż il-VAT.
CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista’ ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tikkonċerna l-kuntratti li ngħataw lill-privat mill-Ministeru sal-lum marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew 2017 hija kif tidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat għall-oqsma tac-CHOGM u Summit EU-Afrika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20227 u jgħid jekk il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew l-Għassa tal-Pulizija humiex jiġġestixxu l-ispazju għar-reklamar fuq il-ħajt li hemm ħdejn il-latrina pubblika fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jekk iva, min qed jieħu ħsieb dan ir-reklamar sabiex kulhadd ikollu l-istess opportunitajiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-diriġenza tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija tal-fehma li ħadd ma jwaħħal reklamar mal-ħajt imsemmi u ser jiġu kuntatjati min iwaħħal l-imsemmi reklamar biex jitteħħew.