Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #21384 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Summit u CHOGM – irkant ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21255, 21062 u 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sistema wżata din id-darba dwar l-irkant tal-vetturi msemmija minnu, hija l-istess sistema li kienet wżata fic-CHOGM 2005.

Ċittadini Libjani – permess ta’ residenza revokati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21289 u jgħid kemm-il permess ta’ residenza ta’ ċittadini Libjani ġiet revokata jew mitmuma fl-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Novembru 2015 Identity Malta rrevokat 78 permess ta’ residenza lil ċittadini Libjani. Din hija l-ewwel darba li qed tinzamm statistika ta’ dan it-tip għax ma nstabet l-ebda statistika dwar permessi li ġew irrevokati qabel il-ħolqien tal-Aġenzija Identity Malta fi zmien amministrazzjoni preċedenti.

Breathalyser Units

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21315 u jgħid jekk hux veru li l-breathalyser units kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija huma bil-ħsara? Għaliex illum bdew jinġabru mill-għases?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #21387 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea – kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21295, 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ċentru Malti tal-Arbitraġġ – privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jipprivatizza l-ħidma taċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Le. Il-mudell li qed naraw hu li jinstab sieħeb strateġiku internazzjonali mis-settur privat bil-għan li ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ jsaħħaħ il-posizzjoni tiegħu bħala ċentru ta’ arbitraġġ effettiv u attraenti anki f’livell internazzjonali. Il-qagħda strateġika ta’ Malta fil-Mediterran kif ukoll il-fatt li l-industriji marittimi, tal-avjazzjoni kif ukoll tal-gaming huma stabbiliti sew f’pajjiżna, jagħtu lok għal opportunita robusta għall-promozzjoni ta’ servizzi ta’ arbitraġġ.

Ċentru Malti tal-Arbitraġġ — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-avviż u d-data relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern fejn il-Gvern irreklama l-privatizzazzjoni taċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviż dwar is-Sejħa għal Proposti fuq Konċessjoni għall-operat ta' Funzjonijiet ipprovduti mic- Ċentru Malti tal- Arbitraġġ deher fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Nru. 19,478 tal Ġimgħa 25 ta' Settembru 2015 (f'pagni 13,773-13,774).

Sospensjoni mir-regoli ta’Schengen — raġunijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’raġunijiet ta l-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea jew enti oħra Ewropea biex jiġġustifika s-sospensjoni mir-regoli tax-Schengen?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ittra li intbaghtet lill-Kummissjoni, Malta għamlet din it-talba abbazi tal-Artikolu 23 tal-Kodiċi Schengen, minħabba ċ-ċirkustanzi prezenti fl-Ewropa u għal raġuni ta' public policy.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord għall-Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Bord għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara Marzu 2013 u minn min hu magħmul? Kemm-il ilment investiga u kemm-il kumpens jew ħlas b’kollox ordna s’issa, għall-każijiet li fihom sab favur l-ilment tal-impjegat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Bord tal-Inġustizzji tal-Korporazzjoni twaqqaf f’Jannar 2014 sont iċ-ċirkulari 4/2014 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Bord hu kompost minn Chairman u żewġ membri. Il-bord qiegħed jara 128 każ li minnhom 7 ġew referuti f’entitajiet oħra filwaqt li 3 każi kienu rtirati. Il-proċess qiegħed fl-aħħar fażijiet.
Leg 12 PQ #21347 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ma tax kuntratti ta' servizz lill-kumpanija jew lill-individwu li qed jirreferi għalihom.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm, u liema kienu l-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt ta' servizz mill-entitajiet ta' dan il-Ministeru lill-kumpanija jew lis-soċjeta' msemmija.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Membri tal-Ġudikatura – konferenzi u laqgħat barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Ġudikatura li ħadu sehem f’konferenzi jew laqgħat barra minn Malta? Jista’ jagħti t-tema tal-laqgħa jew konferenza, fejn seħħew u d-data rispettiva minn Jannar 2010 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-dettalji mitluba rigward membri tal-Ġudikatura li ħadu sehem f’konferenzi jew laqgħat barra minn Malta minn Jannar 2010 sal-lum jinsabu fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena infurmat li kwalunkwe safar minn membri tal-Ġudikatura għal attendenza għal konferenzi jew laqgħat barra minn Malta jrid jiġi approvat mill-Prim Imħallef.
Leg 12 PQ #21255 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Summit u CHOGM – irkant ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21062 u 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ċittadini Libjani – permess ta’ residenza revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ta’ residenza ta’ ċittadini Libjani ġiet revokata jew mitmuma fl-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Inkjesta Maġisterjali — pubblikazzjoni

Question

B’referenza għall-istqarrija tal-Ministru fis-seduta tas-16 ta’ Novembru 2015 meta qal li l-Inkjesta Maġisterjali se tkun pubblikata immedjatament u bla ebda dewmien, u li l-Inkjesta se tkun pubblikata biex kulħadd ikollu aċċess għaliha, jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma għamel din l-istqarrija u dan l-impenn għall-pubblikazzjoni, tkellimx mal-Avukat Ġenerali u jekk iva, jista’ jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta’ Inkjesta Maġisterjali qabel il-konklużjoni ta’ tali Inkjesta?

Response (ABELA, CARMELO)

L-attenzjoni tal-Onorevoli Membru qiegħda tiġi attirata għall-kontenut tat-tweġiba għall-interpellanza 21063 fejn il-kontenut sostantiv ta’ din l-interpellanza diġa tqajjem u twieġeb b’mod estensiv.
Leg 12 PQ #21295 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea — kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Breathalyser Units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-breathalyser units kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija huma bil-ħsara? Għaliex illum bdew jinġabru mill-għases?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #21062 Sitting 330 2015-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Summit u CHOGM – irkant ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20863 u jikkonferma li d-dħul kollu li se jkun hemm mill-irkant tal-vetturi kollha li se jintużaw mill-mexxejja fil-Valletta Summit u CHOGM se jmur kollu kemm hu, u mhux parti, għall-karità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20863.

Inkjesti Maġisterjali

Question

B'riferenza għal dak li l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qal fil-Kamra fis-Seduta 325 tas-16 ta' Novembru 2015, wara l-Istqarrija Ministerjali dwar l-inċident li seħħ f'Paceville, u ċjoè b'mod partikolari li fil-passat il-Gvern kien ippublika r-riżultati ta' Inkjesti Maġisterjali wara l-inkjesti li saru fiż-żewġ każijiet u ċjoè, wara splużjoni ta' kamra tan-nar u wara l-mewt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid f'liema dati kienu ippublikati dawn iż-żewġ Inkjesti Maġisterjali fl-intier tagħhom, fejn illum il-pubbliku jista' jsib dawn iż-żewġ inkjesti fl-intier tagħhom, u jekk il-permess tal-Avukat Ġenerali għall-pubblikazzjoni tagħhom fl-intier tagħhom kienx ingħata qabel ma kienu konklużi dawn iż-żewġ Inkjesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qabel xejn irrid nirrijafferma xi punti li diġa’ ġew sostnuti mill-Gvern iżda li tajjeb li nerġa’ nsostnihom skans kull ekwivoku. L-ewwelnett il-Gvern ħa b’serjeta’ massima l-kwistjoni tal-inċident f’Paceville. Il-Gvern se jaġixxi biex isaħħah ir-regolamentazzjoni tal-postijiet tad-divertiment. Ċertament li m’hijiex se tidħol xi attitudni li qisu ma ġara xejn jew ta’ xi business as usual . Kif jaf l-Onor. Interpellant hekk kif sar l-inċident inħatret Inkjesta Maġisterjali skont il-liġi u l-Maġistrat Inkwerenti bdiet mill-ewwel l-investigazzjonijiet li għandhom iwasslu biex hija tirrediġi l-proċess verbali. Aħna għandna fiduċja assoluta fil-Qrati ta’ pajjiżna u nemmnu li Inkjesta Maġisterjali hija l-aqwa forma ta’ Inkjesta indipendenti li l-pajjiż jista’ jkollu. M’għandix dubju li l-Maġistratura ta’ pajjiżna anke din id-darba se tqum għall-okkazjoni u se tikkonduċi l-inkarigu tagħha b’mod spedit u mingħajr biża jew favuri. Aħna nemmnu li dan l-inċidenti ma kienx wieħed bħall-oħrajn. Dan kien inċident li minħabba ċ-ċirkostanzi tiegħu jimmerita li l-poplu jkun mgħarraf dwar il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Maġisterjali. Għal dan il-għan il-Gvern ħabbar li se jkun qed jara xi proċeduri intużaw fil-passat sabiex il-konklużjonijiet ta’ dina l-Inkjesta jiġu reżi pubbliċi għall-konsum tal-poplu Malti u Għawdxi. F’dan il-kuntest irrid mill-ewwel niddikjara li l-Gvern se jimxi mal-liġi fil-pubblikazzjoni ta’ kull riżultanzi ta’ Inkjesti Maġisterjali. Nirrifjuta kull insinwazzjoni, magħmula kif tkun magħmula, li jien jew xi membru ieħor tal-Gvern m’ hux se noqogħodu għall-liġi jew li saħansitra qed nippjanaw biex niksru l-liġi. L-aċċess għall-kontenut tar-rapport ta’ Inkjesta Maġisterjali huwa regolat bl-Artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali li ma jużax il-kelma ‘pubblikazzjoni’ kif qed jagħmel l-Onor Interpellant iżda jistabbilixxi r-regola fis-sens illi “proċessi verbali u kull xhieda u dokumenti mdaħħlin magħhom għandhom jintwerew, u kopji tagħhom jingħataw biss, fid-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali”. Il-‘pubblikazzjoni’ fil-kuntest tal-proċessi verbali għalhekk tfisser li xi ħadd ikun tħalla jaqra jew jieħu kopja tal- Inkjesta. Ladarba toħroġ kopja bil-kunsens tal-Avukat Ġenerali lil persuna s’intendi ma hemmx limitazzjoni dik il-persuna x’ tagħmel biha. Kontra l-impressjoni li seta’ ta l-Onor Interpellant, l-fenomenu li l-Avukat Ġenerali jħalli persuni jaqraw Inkjesti Maġisterjali jew addirittura jieħdu kopji ta’ Inkjesti Maġisterjali mingħajr limitazzjoni x’jistgħu jagħmlu bihom m’hi ħaġa rari xejn. Fil-fatt ta’ kull sena ikun hemm bejn 80 u 150 process verbal , mill-1,200 ċirka li jiġu redatti, li tiġi rilaxxjata kopja taghħhom mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall- finijiet ta’ kompletezza, sena b’sena fl-aħħar għaxar snin ġew rilaxxjati s-segwenti kopji ta’ Inkjesti Maġisterjali: · Sena 2005-155 Inkjesta · Sena 2006-123 Inkjesta · Sena 2007-90 Inkjesta · Sena 2008-87 Inkjesta · Sena 2009-91 Inkjesta · Sena 2010-100 Inkjesta · Sena 2011-130 Inkjesta · Sena 2012-152 Inkjesta · Sena 2013-123 Inkjesta · Sena 2014-110 Inkjesta · Sena 2015-(sa 17/11/15)-95 Inkjesta Ir-raġunijiet għala xi ħadd ikollu interess li jitlob kopja ta’ Inkjesta Maġisterjali huma varji. L-iktar raġuni komuni hija meta wieħed ikun irid jiftaħ kawża ċivili għad-danni wara l-kommissjoni ta’ reat kriminali. Fil-fatt hi prassi pjuttost komuni li meta jkun hemm kawżi għad-danni li jitwieldu minn azzjoni ta’ natura kriminali serja, il-parti li tintavola l-kawża għad-danni tesebixxi kopja tal-Inkjesta Maġisterjali wara li tkun kisbet il-kunsens tal-Avukat Ġenerali. S’intendi ladarba l-kopja tiġi esebita fi proċess ċivili, allura din tkun essenzjalment miftuħa għal kull min jixtieq imur fir-Reġistru u liberament jara l-proċess. Meta jkun hemm inċident li jista’ jeffettwa l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet jew fl-affidabilita’ ta’ ċerti prattiċi li jkollhom effett fuq is-sigurta’ pubblika jew fuq l-ordni pubbliku, jista’ ukoll ikun il-Gvern stess li jieħu l-inizjattiva illi jitlob lill-Avukat Ġenerali biex jagħti permess biex jiġi reż pubbliku l-kontentu ta’ Inkjesta Maġisterjali skont l-Artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali. F’ dik id-deċiżjoni l-Avukat Ġenerali jimxi skont il-ġudizzju individwali tiegħu u konsiderazzjoni tittieħed għall-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni privata li ma jkun hemm ebda interess pubbliku li tiġi ppubblikata. Hekk, per eżempju, fil-każ tal-kamra tan-nar tal-Għarb il-pubblikazzjoni kienet fil-forma ta’ aċċess għall-atti tal-Inkjesta Maġisterjali mogħti lill-membri ta’ Bord ta’ Inkjesta ieħor li kien qed jinvestiga l- inċidenti fil-kmamar tan-nar wara dak l-inċident. Għal dak il-għan il-Bord ingħata aċċess għal numru ta’ proċessi verbali dwar inċidenti simili. Fil-każ tal-mewt tal-individwu li għaliha hemm referenza fid-domanda, il-proċedura li ntużat kienet iktar favur il-pubblikazzjoni u l-informazzjoni għall-pubbliku billi r-rapport tqiegħed għad-dispozizzjoni tal-media li setgħet taqrah u tieħu notamenti minnu u wara tinforma lill-pubbliku bil-kontenut tiegħu. Kif diġa ingħad, l-aċċess għall-atti tal-inkjesta, jieħu liema forma jieħu, huwa dejjem soġġett ghħall-permess tal-Avukat Ġenerali. Il-Gvern se jimxi mal-prinċipji, mal-preċedenti u mal-liġijiet fuq spjegati fi kwalunkwe pass għall-pubblikazzjoni tar-riżultanzi dwar l-inkjesta tal-inċident f’ Paceville li wassal biex korrew numru kbir ta’ persuni. Tenut kont tal-importanza tal-każ ta’ Paceville, il-Gvern se jkun qed jitlob li jiġu magħmula pubbliċi r-riżultanzi kollha tal-Inkjesta Magisterjali u dan f’ġieħ it-trasparenza u d-dritt tal-pubbliku li jkun jaf x’ġara f’dan il-każ li nkwieta lil ħafna ġenituri u familji Maltin u Għawdxin.