Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22129 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru San Franġisk f’Ta’ Qali — użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir bħalissa miċ-Ċentru San Franġisk f'Ta' Qali, speċjalment filgħaxijiet u bil-lejl?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, Ċentru San Franġisk bħalissa jinsab magħluq u qed jigi mgħasses lejl u nhar sakemm il-post jgħaddi għand l-operatur il-ġdid.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – ħlas ta’ kirjiet jew ċnus

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas tal- kirjiet jew ċnus li l-entitajiet li jaqgħu taħtu jħallsu kull sena, u jekk jitħallsux lill-privat jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-ħlasijiet tal-kirjiet jew ċnus għall-propjetajiet użati mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Leg 12 PQ #22097 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Commission – ħlas ta’ kera jew ċens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-Public Service Commission tħallas kera jew ċens għall-uffiċini tagħha u meta bdiet tali kirja jew ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17687.
Leg 12 PQ #22098 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permanent Commission Against Corruption – ħlas ta’ kera jew ċens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-Permanent Commission Against Corruption tħallas kera jew ċens, jekk inhu l-każ, għall-uffiċini tagħha fil-Belt u meta bdiet tali kirja jew ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Multi jew penali tal-VAT konvertiti fi priġunerija mill-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellhom il-multa jew penali tal-VAT konvertita fi priġunerija mill-Qrati tagħna matul l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 21690.
Leg 12 PQ #22123 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor.Interpellant biex jispeċifika għalxiex qed jirreferi.

Tribunal Lokali tax-Xlokk – kera għall-uffiċċju fiż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-kera li qed titħallas għall-ispazju okkupat mit-Tribunal Lokali tax-Xlokk li jinsab fiż-Żejtun? Lil min qed titħallas u meta bdiet titħallas? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kera mħallsa għas-sena 2015 hija ta’ €1304,56 kull xahar. Liema kera tiżdied bi 3% kull sena. Il-kera titħallas lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ilha titħallas minn meta beda jopera t-Tribunal, l-ewwel mill-Kumitat konġunt u wara mir-Reġjun. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv datat is-sena 2005 li ġie mġedded skont it-termini tal-Kuntratt.

VAT — Persuni l-ħabs wara li naqsu li jħallsu multa jew penali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna marret il-ħabs fl-2015 talli kellha l-multa jew penali tal-VAT konvertita fi priġunerija wara sentenza mill-Qrati tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Din hija lista ta’ multi jew penali tal-VAT li ġew konvertiti fi priġunerija bejn is-snin 2010 u 2015 fil-Qorti ta’ Malta (Fir-rigward tal-Qorti ta Għawdex ma tinżammx statistika dwar kemm-il-persuna kellhom il-multa jew penali tal-VAT konvertita fi priġunerija) : · 2010 – 124 · 2011 – 235 · 2012 – 319 · 2013 – 225 · 2014 – 136 · 2015 - 104 Ma jfissirx li effettivament il-persuni kollha ndikati marru l-ħabs. Fil-fatt kien hemm 5 persuni li marru effettivament il-ħabs fl-2015, fejn dawn kienu kollha minn Malta. F’kull każ dawn il-5 persuni ngħataw opportunita’ u żmien li jagħmlu l-ħlas in kwistjoni.
Leg 12 PQ #21756 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea – kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21387, 21295, 20763 u 20410 u jagħti lista ta’ kuntratti mogħtija bi kwalsiasi mod, in konnessjoni maċ-CHOGM, Summit EU-Afrika, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, inkluż tenders, expressions of interest u direct orders? Jista’ ġentilment jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata u għal liema skop ta’ xogħol jew servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21515.

Breathalyser Units

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21386 u 21315 u jgħid jekk hux veru li l-breathalyser units kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija huma bil-ħsara? Għaliex illum bdew jinġabru mill-għases?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21746.
Leg 12 PQ #21758 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21671 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21347, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ fl-Uffiċċju tiegħi ma tat kuntratt ta’ servizz lil kumpanija jew soċjeta’ indikata.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21670 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21350, jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor.i Interpellant illi SEWCU għandhom Car Rental Agreement mal-Kumpanija msemmija għal kirja ta’ karozza waħda b’€10 kuljum.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord tal-Inġustizzji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21346, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Inġustizzji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Inġustizzji fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa kompost minn Michael Parnis bħala Chairman, u Domnic Sciberras u Anthony Mifsud bħala membri.

Ċentri Malti tal-Arbitraġġ — Privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-avviż u d-data relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern fejn il-Gvern irreklama l-privatizzazzjoni taċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif ġie indikat f’Mistoqsija parlamentari 21388 u ripetutament f'konferenzi stampa appożiti, il-Gvern ħareġ sejħa għal strategic partner mhux privatizzazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Sejħa għall-Proposti b’rabta ma’ Konċessjoni għall-Operat ta’ Funzjonijiet ipprovduti miċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ li ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru, 2015.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Triq Paola – main tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minħabba l-istat ħażin ħafna tal-main tal-ilma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Triq Paola, Tarxien li qed iwassal biex qed iċċedi t-triq u jnixxi ħafna ilma b’detriment u inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq, jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex pjan biex dan il-main jinbidel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-main fi Triq Paola, Tarxien huwa main f’kundizzjoni tajba. Li qed jiġri, u relattivament spiss, huwa kollu dovut minħabba l-istat ħażin ta’ kif ġiet mibnija t-triq madwar 8 snin ilu taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. It-triq qegħda tagħmel ħsara lis-servizzi li jisporġu minn dan l-istess main u ħabba f’hekk qed isiru bosta interventi li faċilment setgħu ġew evitati kieku t-triq inbniet sew. Diġa’ saret laqgħa mas-Sindku kmieni din is-sena stess, u l-Korporazzjoni lesta li terġa’ tiltaqa’ mal-Kunsill ta’ Ħal-Tarxien biex tara kif flimkien tista’ tinstab soluzzjoni permanenti għal din il-problema.
Leg 12 PQ #21515 Sitting 340 2015-12-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM u Valletta Summit – audited accounts

Question

Jista’ l-Prim Ministru jintrabat li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts (dħul u nfiq) taċ-CHOGM u tal-Valletta Summit li għadhom kemm ġew organizzati f’Malta u jekk iva, jista’ jgħid sa meta hu jimpenja ruħu li jsir dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-gvern se jippreżenta l-audited accounts kif jingħalqu l-kontijiet kollha. Dan huwa stmat li jkun sa sal-aħħar ta’ Marzu li ġej.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21350, jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21671 Sitting 340 2015-12-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21347, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu, lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.