Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22444 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpanija – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata, jew approva li jingħata, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal xiri ta’ mediċini minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jgħid għalfejn il-pensjoni ta’ din il-persuna ilha sena li twaqqfet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-pensjoni non-kontributorja tal-persuna msemmija kien twaqqaf minħabba li eċċediet l-iskala stabbilita fil-Ligi tas-Sigurta` Soċjali (Kap. 318). Inżid ukoll li fil-preżent hemm Appell pendenti quddiem l-Arbitru dwar il-każ tal-persuna msemmija.

Pensjonanti — bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pensjonanti li huma eleġibbli għall-bonus tal-età meta jagħlqu l-75 sena qed ikollhom jistennew mill-inqas sitt xhur biex jirċievuh?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal bonus għal dawk li jagħlqu l-75 sena, isir kull erba’ ġimgħat biex dawk li jagħlqu żmienhom bejn proċess u ieħor u d-dettalji tagħhom fuq is-sistema jkunu kollha tajbin, ikunu jistgħu jitħallsu. Ma’ kull proċess, joħroġ rapport fejn ikun hemm indikat dawk il-persuni li d-dettalji tagħhom ma jkunux korretti. Dawn jiġu rranġati biex fil-proċess ta’ wara, jitħallsu wkoll. Għalhekk, jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi każ fejn il-benefiċjarju għadu ma tħallasx, nitolbu biex jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment jara x’kienet ir-raġuni u jekk il-ħlas għadu ma sarx dan isir mill-aktar fis.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet tal-appell

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tagħha u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (DALLI, HELENA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Maltin u Għawdxin f’pajjiżna li llum għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22148 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Maltin u Għawdxin f’pajjiżna li llum għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-popolazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014 kienet tammonta għal 429,344. Minn dawn, 85,850 kellhom inqas minn 20 sena (0-19), filwaqt li 102,456 kellhom aktar minn 60 sena (61+).

Ħal Tarxien — Kappella ta' Santa Marija - restart

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala sar nofs ir-restawr u mhux kollu, tal-Kappella ta' Santa Marija f'Ħal Tarxien? Għaliex lanqas minn barra ma sar kollu? Għaliex minn ġewwa ma sar xejn għajr il-kwadru? X'sar minnu r-rixtellu sabiħ tal-ħadid li kien hemm quddiem il-bieb prinċipali tal-kappella?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jitwettaq mid-Direttorat tar-Restawr kien ikopri l-faċċati kollha esterni li kienu aċċessibili, inkluż il-kampnari u l-koppla, bil-għan principali li tiġi restawrata l-knisja minn barra. Dan ix-xogħol fil-fatt twettaq u hekk ġiet imħarsa wkoll l-istruttura interna mill-elementi esterni bħal, per eżempju, dħul ta’ ilma tax-xita. Ix-xogħol fuq ġewwa kellu jitwettaq mill-entità propjetarja tal-istess kappella. Din hi l-prassi li normalment tiġi adottata bil-għan li matul ix-xhur/ snin tingħata għajnuna lill-ikbar numru possibli ta’ entitajiet u jiġu salvagwardjati l-ikbar numru possibli ta’ binjiet storiċi. Ix-xogħol imwettaq mid-Direttorat tar-Restawr ġie f’dan il-każ estiż għall-gwarniċ tal-kwadru titolari peress li dan kien jitlob ċertu attenzjoni u kapaċità manwali partikolari. Ninsab infurmat ukoll li d-Direttorat tar-Restawr kien għamel talba lid-Direttorat għall-Manufattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura biex jiġi rrestawrat ir-rixtellu ta’ barra

Deputat Avukat Ġenerali — kariga

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hi koperta l-kariga tad-Deputat Avukat Ġenerali fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Membru d-detentriċi preċedenti tal-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali ġiet elevata għall-ġudikatura u l-post preżentement huwa vakanti. Il-medda ta’ doveri li kienet twettaq id-Deputat Avukat Ġenerali preċedenti bħalissa qed tinqasam bejn l-Avukat Generali u Avukati oħra fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt illi meta jkun hemm il-ħtieġa li jinħatar Aġent Avukat Ġenerali dan l-inkariku jiġi assenjat abbażi tal-applikazzjoni mutatis mutandis tar-regoli applikabbli fis-Servizz Pubbliku.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali hemm dawn il-Bordijiet ta’ Appell skont it-Tabella hawn taħt. Dipartiment/Entita Isem tal-Bord tal-Appell Liġi (Jekk hu l-każ) Qrati tal-Ġustizzja (Malta/Għawdex) Tribunal għal Reviżjoni Amministrattiva li jisma' appelli minn deċiżjonijiet meħuda mill-amministrazzjoni pubblika skont l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva Kapitolu 490 tal-Liġijiet ta' Malta Dipartiment għall-Gvern Lokali Bord tal-appelli dwar sejħiet għall-Offerti maħruġa mill-Kunsilli Lokali Regolamenti dwar Offerti lill-Kunsilli Lokali (A.L. 255/2009) - S.L. 363.03 Bord tal-Petizzjonijiet (A.L 414/2005) - L.S.291.04 Bord ta’ Appell dwar l-Iskema ta’ Proġett Kapitali mill-Kunsilli Lokali. Le

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Isem tal-Bord tal-Appell Ligijiet li bihom huma mwaqqfa dawn il-Bordijiet Bord ta' Appell (Adozzjoni) Att dwar L-amministrazzjoni tal-Adozzjoni, (Kap. 495), Taqsima V, Artiklu 16 Bord ta' Appell (Fostering) Att dwar il-Foster Care (Kap. 491) Taqsima IV, Article 14 Arbitri Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap. 318), Taqsima VIII, Artiklu 107

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal xiex qed jirreferi.
Leg 12 PQ #22134 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma għandu ebda Bordijiet ta’ l-Appell jew Tribunal li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda Bord ta' Appell mwaqqaf bil-liġi fi ħdan dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin m'għandux bordijiet tal-Appell.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema bordijiet qed jirreferi.
Leg 12 PQ #22127 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal xhiex qed jirreferi ezatt meta jgħid ‘bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu li jinsabu fid-dekasteru’ tal-Ministeru għat-Turizmu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet tal-appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema Bordijiet tal-Appell qed jirreferi għalihom.