Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Qali – Proġett tal-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' €9 miljuni mħabbar fi Frar 2015 għal Crafts Village f'Ta' Qali u li minħabba fih l-MIP ġiegħlet lill-inkwilini preżenti jidħlu għal ċnus ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentarti Nru 18616.

Konverżjoni ta’ ċens temporanju għal wieħed perpetwu

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13523 u 17193, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-abbozz ta’ liġi li rrefera għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523 biex ikun hemm soluzzjoni legali u bilanċ legali wara s-sentenzi kostituzzjonali li ddikjaraw l-artikolu 12(4) tal-Kap.158 li jikser sija l-Kostituzzjoni u sija l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u b’hekk eluf ta’ familji Maltin ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Membru qed jiġi informat illi x-xogħol fuq l-intervent leġislattiv propost għadu għaddej.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – kuntratti ta’ servizzi/xogħol ta’ tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratti ta' servizzi u/jew xogħol li hemm viġenti bejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kumpaniji ta' tindif li qed jiġġeddu iktar minn darba waħda fis-sena? F'kull każ, jista’ jgħid kull meta qed jiġġeddu, wieħed wieħed?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Ninforma wkoll li dawn il-kuntratti skadew f’Settembru tal-2015 u reġgħu ġġeddu skont ma jippermetti Artiklu 18.1 fis-sezzjoni ‘Kundizzjonijiet Speċjali’ (Special Conditions) fid-dokument tat-tender. Title - Environmentally Friendly Cleaning Services at:Contract extended (for 3 months) up to:Contract extended (for 3 months) up to:Name of Contractor St. Clare College PS Pembroke31 December 201531 March 2016MCCS Co Ltd St. Ignatius College GSS Handaq31 December 201531 March 2016MCCS Co Ltd St. Theresa College GSS Mriehel31 December 201531 March 2016MCCS Co Ltd St. Theresa College Ta Paris BSS B’Kara31 December 201531 March 2016MCCS Co Ltd St. Nicholas College Rabat Middle School31 December 201531 March 2016MCCS Co Ltd St. Margaret College Middle School Cospicua31 December 201531 March 2016TF Services Ltd St. Thomas More College APL Paola31 December 201531 March 2016TF Services Ltd St. Clare College School of Sport31 December 201531 March 2016VSV Cleaning St. Margaret College Primary School Senglea31 December 201531 March 2016VSV Cleaning

Court Attorneys — ħatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ court attorneys fil-preżent? Meta nħatru? Hemm ħsieb li jiżdied in-numru tagħhom u kemm abbozzaw sentenzi s’issa, wieħed wieħed/waħda waħda?

Response (BONNICI, OWEN)

Bħalissa hemm 13-il Court Attorney. Dawn ġew maħtura bejn l-aħħar ta’ Ottubru 2015 u Jannar 2016. Fil-preżent għad hemm il-ħsieb li n-numru jiżdied. Matul dan il-perjodu bejniethom assistew lill-gudikanti dwar 388 sentenza.

Autobuses de Lyon — kuntratt iffirmat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt iffirmat mal-Autobuses de Lyon dwar it-trasport pubbliku, peress li kien wiegħed li ħa jippublikah fis-6 ta' Jannar 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-kuntratt mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.

Kumpanija – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22754, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid kemm-il direct order ingħata lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u x'kien il-valur ta' kull direct order peress li fil-mistoqsija parlamentari 22754 ma tlabtx jekk ix-xiri sarx skont ir-regoli tal-procurement jew b'kemm tnaqqsu l-mediċini out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22754.

Ħatra tal-Prim Imħallef

Question

Jista’ l-Ministru jeskludi li l-Gvern iddeċieda li l-Prim Imħallef li jmiss jinħatar, wara li dak preżenti jkollu jħalli l-kariga preżenti tiegħu biex fi ftit ġimgħat oħra isir ġudikanti fl-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, se jkun l-Avukat Ġenerali preżenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kariga ta’ Prim Imhallef m’ hijiex vakanti u ghalhekk l-interpellanza hija ipotetika. Kif jaf l-Onorevoli Membru fil-kaz ta’ vakanza fil-gudikatura kull persuna li tissoddisfa r-rekwiziti tal-Kostituzzjoni tkun eligibbli biex tigi kunsidrata.

Kumpanija – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22443 u jgħid kemm-il direct order ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija hija waħda mill-ħafna kumpaniji li jissupplixxu lis-CPSU bil-mediċini. Ix-xiri tal-mediċini mill-Gvern isir skont ir-regoli tal-procurement u bl-awtoriżżazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. It-tnaqqis ta’ mediċini out-of-stock hija waħda mill-miżuri li huma meqjusin bħala prijorità fil-ħidma tagħna biex intejbu s-settur tas-saħħa. In-numru ta’ medicini out-of-stock tnaqqsu b’mod drastiku bir-riżultat li għal 26-il ġimgħa fis-sena li għadha kemm għaddiet, ma kien hemm l-ebda mediċina out of stock fil-POYC

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – mediċini bil-lingwa Ġermaniża

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif qed jitqassmu l-mediċini li għandhom il-kitba kollha (barra u ġewwa) bil-lingwa Ġermaniża mill-Ispiżerija Tal-Għażla Tiegħek (POYC)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma' kull mediċina li tkun inxtrat b’lingwa barranija il-POYC Unit itqassam ukoll lil kull spiżerija li jkollha pazjenti li qed jibbenifikaw minn dik il-mediċina partikolari, it-traduzzjoni fil-lingwa Ingliza tal-Fuljett ta’ Taghrif ghall-Pazjent li jkun hemm fil-pakkett tal-mediċina bil-lingwa barranija (magħrufa bhala l-Patient Information Leaflet).

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet tal-Appell

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22136, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie deċiż minn kull wieħed mit-Tribunali u l-Bordijiet li hemm imsemmija, fl-2013, fl-2014 u fl-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet li ġew deċiżi mill-Bordijiet tal-Appell li jinsabu fid-dekasteru tiegħi fl-2013, fl-2014 u fl-2015 hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet tal-appell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22137, tista' l-Ministru tgħid kemm-il każ ġie deċiż minn kull wieħed mit-Tribunali u l-Bordijiet li hemm imsemmija, fl-2013,fl- 2014 u fl-2015?

Response (DALLI, HELENA)

Isem il-Bord jew Tribunal tal-Appell 2013 2014 2015 Tribunal għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad- data ma ġewx reġistrati appelli ma ġewx reġistrati appelli 1 Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini ma ġewx reġistrati appelli ma ġewx reġistrati appelli ma ġewx reġistrati appelli Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur 2 Withdrawn 1 5 2 Bord ta’ appelli (Dan il-Bord ikun appuntat biss fil-każ li jkun hemm appell kontra Ordni ta’ Spettur, maħruġa skont l-Att.)cc ma ġewx reġistrati appelli ma ġewx reġistrati appelli ma ġewx reġistrati appelli

Bonus supplimentari – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma rċevietx il-Bonus Supplimentari meta għalqet il-75 sena f’Novembru li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament irċievet il-benefiċċju msemmi minnu. Il-persuna imsemmija għandha tirċievi ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, fejn ser ikun spjegat lilha, il-mekkaniżmu tal-benefiċċju li rċeviet.

Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – preliminary ruling

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saret referenza lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mill-Qrati tagħna għal preliminary rulings sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Saru żewġ referenzi preliminari mill-Qrati Maltin lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dawn kienu: Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili rigward il-validita` u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 530/2008 tat-12 ta’ Ġunju 2008 u l-validita` tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fis-17 ta’ Ġunju 2009. Referenza Preliminari magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali rigward Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fl-10 ta’ Frar 2012. Ma kien hemm ebda referenza lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mill-Qorti ta’ Għawdex għal preliminary rulings.

Qorti Ewropea tal-Ġustizzja — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u f'liema każijiet, Malta intervjeniet quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f'kawżi li jkunu qed jinstemgħu kif jipprovdi l-Istatut tal-istess Qorti?

Response (BONNICI, OWEN)

F’dawn l-aħħar snin l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f’isem Malta intervjena fil-każijiet li ġejjin: - Kawża C-48/12 Kummissjoni v Polonja , dwar l-allegata applikazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-TFUE f’każ ta’ nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ Direttiva illi ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona - Kawżi konġuniti C-660/11 u C-8/12 Biasci - riferenza preliminari dwar restrizzjonijiet fuq il-provvediment ta’ logħob tal-azzard online bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea - Kawżi T-601/11 u T-615/11– dwar it-tassazzjoni fuq il-logħob tal-azzard offrut online - Kawża C-156/13 Digibet – riferenza preliminari dwar il-provvediment online ta’ logħob tal-azzard bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea - Opinjoni 1/14 – Rikjesta għal opinjoni tal-Qorti Ewropea skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Manipulazzjoni fil-Kompetizzjonijiet fl-Isports - Opinjoni 2/15 - Rikjesta għal opinjoni tal-Qorti Ewropea skond l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, fir-rigward tal-Ftehim dwar kummerċ ħieles bejn l-UE u Singapore.

Deputat Avukat Ġenerali — kariga

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22219, jista’ l-Ministru jgħid għala ma ħatarx Deputat Avukat Ġenerali?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali m’ hijiex kariga illi l-liġi tinħtieġ illi tkun dejjem okkupata u fil-passat anke reċenti kien hemm ukoll perijodi pjuttost twal li fihom l-istess kariga tħalliet vakanti. Il-Gvern iqis illi jkun ta’ ġid għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jekk il-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali timtela’ pero ma jħossx illi dan il-pass għandu jittieħed frettolozament.

Raħal Ġdid — Sir Paul Boffa Avenue - tidal traffic system

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista’ l-Ministru jgħid meta għalqet is-sejħa pubblika għall-offerti għal tagħmir elettroniku speċifiku u kemm damet miftuħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti kienet mid-9 t’Ottubru 2015 sas-16 t’Ottubru 2015.

Raħal Ġdid — Sir Paul Boffa Avenue - tidal traffic system

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol u meta mistenni jispiċċa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol elettroniku se jibda fil-jiem li ġejjin u mistenni li jdum għaddej madwar erba’ ġimgħat.

Il-Gudja – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Gudja: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.