Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pubblikazzjoni tal-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li saru ċittadini Maltin wara Diċembru 2014 fil-Gazzetta tal-Gvern, hekk kif stipulat fl-Avviż Legali 47 tal-2014, artikolu 14(2), li jispeċifika li “l-Ministru għandu ta’ kull sena jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern l-ismijiet tal-persuni kollha illi matul it-12-il xahar kalendarji ta’ qabel ikunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni jew b’naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-programm” tal-IIP?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #23809 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23676 u 23457 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.

Applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza li ġew aċċettati iżda li għadhom qegħdin jistennew lill-Ministru jiffirma ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza? Jista' jagħti wkoll id-data ta' meta ngħatat l-approvazzjoni għal dawn iċ-ċittadinanzi u jgħid għaliex il-Ministru għadu ma ffirmax dawn iċ-ċertifikati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija tkun ikkunsidrata bħala aċċettata meta l-Ministru jiffirma ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza.

Head tas-Central Visa Unit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23603 u jgħid meta fetħu u għalqu l-applikazzjonijiet għal Head tas-Central Visa Unit li ġie magħżul ftit jiem ilu? Kemm applikaw għal dan il-post? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawk li applikaw u r-rank tagħhom fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid min hu l-Head tas-Central Visa Unit u f’liema data ġie maħtur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm ebda sejħa ta' Head tas-CVU. Is-sejħa li kien hemm kienet għall-position ta’ Senior Manager fis-Central Visa Unit li nħarġet mill-Ministeru għall-Intern u Sigurta Nazzjonali. Wara li r-responsabilita’ għall-Aġenzija Identity Malta ġiet assenjata lill-Ministeru tiegħi f’Jannar ta’ din is-sena, dan il-Ministeru bħala parti mill-proċess ta’ re-engineering tax-xogħol ta’ din l-Aġenzija hu tal-fehma li din il-position m’għadhiex aktar meħtieġa. Wara li nġabu l-approvazzjonijiet mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, l-kandidati ġew infurmati bit-tali eżitu.

Kontijiet tad-Dawl – Maximum Demand Charge

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta l-Maximum Demand Charge fil-kontijiet tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 330 tas-sena 2008, fejn kien ġie deċiż illi s-servizzi kollha li jaqbżu is-60Amps jkunu applikabbli għat-tariffa tal-Maximum Demand.

Knisja Parrokjali – kontijiet tad-dawl – commercial rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kont tad-dawl ta’ Knisja Parrokkjali huwa kkalkulat bħala commercial rate?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma teżisti l-ebda tariffa kummerċjali.
Leg 12 PQ #23675 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tas-Salarji – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Salarji jkellem jew jibgħat għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għadu kemm irċieva ittra datata t-23 ta’ Frar 2016 fejn huwa ġie nfurmat li se jitħallas pensjoni ta’ €9.71 fix-xahar biss minn Marzu 2016 minflok il-pensjoni li kien qed jirċievi ta’ €852.26 fix-xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata fejn ġiet spjegatilha s-sitwazzjoni.
Leg 12 PQ #23676 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23457 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Identity Malta – Applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23588 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti sal-lum quddiem Identity Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti li jirrigwardaw ċittadinanza bi żwieġ jew b'naturalisation separatament minn xulxin? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi mill-2010 sa Frar tal-2016, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza irċieva total ta’ 7,903 applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija. Minn dawn, 2,035 applikazzjoni għadhom qegħdin jiġu pproċessati. L-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija żdiedu minn sena għall-oħra, bl-aktar żieda sostanzjali tkun irreġistrata fl-2015. Is-sena li għaddiet, l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza żdiedu bi tmienja u tletin fil-mija (38%) meta mqabbla ma’ dawk li d-Dipartiment kien irċieva fl-2011. Bejn l-2010 u Frar 2016, id-Dipartiment irċieva total ta’ tlett elef, seba’ mija u ħamsa u sebgħin (3,775) applikazzjoni li jirrigwardaw ċittadinanza bi żwieġ jew naturalizzazzjoni, li minnhom 1,226 għadhom qiegħin jiġu pproċessati. Meta wieħed iqabbel is-sena 2015 mas-sena 2011 isib illi matul is-sena li għaddiet żdiedet bi tlett mija fil-mija (300%) ir-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija bi żwieġ u b’naturalizzazzjoni.

Terminu ta’ żmien sabiex jitlesta l-Proċess għaċ-Ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhu t-terminu normali ta' żmien li wieħed irid jistenna ladarba jgħaddi mill-istadji kollha tal-proċess għaċ-ċittadinanza sakemm jinħariġlu ċ-ċertifikat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għaċ-ċittadinanza jibda meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni u jitqies li jkun għadda mill-istadji kollha ladarba jinħareġ iċ-ċertifikat jew tinħareġ l-ittra ta’ rifjut.

Identity Malta – Applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti sal-lum quddiem Identity Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti li jirrigwardaw ċittadinanza bi żwieġ jew b'naturalisation separatament minn xulxin? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Terminu ta’ żmien sabiex jitlesta l-Proċess għaċ-Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-terminu normali ta' żmien li wieħed irid jistenna ladarba jgħaddi mill-istadji kollha tal-proċess għaċ-ċittadinanza sakemm jinħariġlu ċ-ċertifikat?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza aċċettati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza li ġew aċċettati iżda li għadhom qegħdin jistennew lill-Ministru jiffirma ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza? Jista' jagħti wkoll id-data ta' meta ngħatat l-approvazzjoni għal dawn iċ-ċittadinanzi u jgħid għaliex il-Ministru għadu ma ffirmax dawn iċ-ċertifikati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Head tas-Central Visa Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta fetħu u għalqu l-applikazzjonijiet għal Head tas-Central Visa Unit li ġie magħzul ftit jiem ilu? Kemm applikaw għal dan il-post? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawk li applikaw u r-rank tagħhom fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid min hu l-Head tas-Central Visa Unit u f’liema data ġie maħtur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Deputat Avukat Ġenerali — kariga

Question

B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22219 dwar il-kariga ta’ Deputat Avukat Generali, jista’ l-Ministru jara li ma tibqax tinkiser il-liġi u jaħtar Deputat Avukat Ġenerali darba li din il-kariga ilha vakanti għal numru ta’ xhur issa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant huwa avukat u bħala avukat jaf li l-fatt illi kariga li tkun vakanti ma ġgibx sitwazzjoni ta’ ksur ta’ liġi. Jiena nistmerr ħafna statements irresponsabbli bħal dawn li jħawdu l-imħuħ. Li kieku dak li qed jgħid l-Onor Interpellant huwa minnu – li m’huwiex – allura Gvernijiet Nazzjonalisti kisru l-liġi għal iktar minn sentejn sħaħ. Dan għaliex taħt amministrazzjonijiet preċedenti l-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali kienet vakanti bejn it- 30 ta’ April 2004 u l-11 ta’ April 2005 u bejn id- 9 ta’ Settembru 2010 u s- 17 ta’ Jannar 2012. Ikun interessanti li l-Onor Azzopardi jgħidilna allura x’qed jara ħażin f’li l-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali ddum ftit xhur vakanti meta fiż-żmien li hu kien parti mill-Kabinett l-istess kariga damet vakati dak iż-żmien kollu. Skont ir-riga tal-Oppozizzjoni, s-sewwa jsir ħazin skont ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali? Taħt din l-amministrazzjoni din il-kariga ilha vakanti biss ftit xhur, cioe’ minn kemm ilha li Dottor Donatella Frendo Dimech ġiet elevata għall-Maġistratura. Għall-bqija, ma hemm xejn x’ jiżdied ma' dak li ntqal fit-tweġibiet preċedenti lill-istess Onorevoli Membru dwar l-istess suġġett.
Leg 12 PQ #23457 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23458 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż ta’ delega ta’ poteri lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23273, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar avviżi li ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern, wara dik ta’ April 2013, għall-istess skop?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Brighton Declaration – Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Brighton Declaration tal-2009 tal-Kunsill tal-Ewropa u jgħid jekk Malta ffirmathiex u meta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ma hemm l-ebda Brighton Declaration tal-2009 imma Brighton Declaration tal-2012, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Din id-dikjarazzjoni ġiet addottata unanimament mill-pajjiżi membri tal-Kunsill tal-Ewropa.
Leg 12 PQ #23273 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż ta’ delega ta’ poteri lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern wara t-8 ta' Marzu 2013 li juri d-delega tal-poteri tiegħu bħala Ministru tal-Artijiet lis-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba..

Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati – ftehim milħuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun implimentat il-ftehim milħuq bejn l-Assoċjazzjoni tal-Imallfin u tal-Maġistrati u l-Gvern fil-5 ta’ Diċembru 2012 li kien jipprovdi, fost oħrajn, li l-kariga tal-Imħallef u Maġistrat tkun kariga pensjonabbli, titjib fil-pakkett finanzjarju tal-Ġudikatura u li l-età tal-irtirar tkun 68 sena flok 65 sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor Interpellant għaddejjin taħditiet bejnietna t-tnejn sabiex il-bidliet Kostituzzjonali li l-Partit Laburista wiegħed fil-programm elettorali tiegħu u li ħafna minnhom jirrikjedu maġġoranza ta' żewġ terzi ta' dina l-Kamra biex jiġu implimentati jkunu jistgħu jiġu implimentati matul din il-leġiżlatura stess. Dawn huma: 1) metodu ta' ħatra tal-Ġudikanti; 2) accountability tal-Ġudikanti; 3) kundizzjonijiet aħjar għall-Ġudikanti Nista' nirrapporta li s'issa t-taħditiet huma pożittivi.