Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ksur ta’ Liġi tal-VAT jew Income Tax – persuni — priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ntbagħtu sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija fuq ksur tal-Liġi tal-VAT jew Income Tax?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil- Qorti ta’ Malta ma kien hemm l-ebda każ ta’ VAT jew Income Tax fejn persuna ntbagħtet sentenza ta’ ħabs jew detenzjoni matul iż-żmien indikat fil-mistoqsija parlamentari. Matul l-istess perjodu, fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm persuna waħda li ngħatat sentenza ta’ priġunerija fuq ksur tal-Liġi tal-VAT jew Income Tax, liema sentenza kienet sospiża.

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-amministrazzjoni tal-Qorti in vista tad-diversi lmenti mill-impjegati tar-Reġistru tal-Qorti fl-aħħar ġimgħat minħabba t-trabijiet, irwejjaħ u intejjen li qed ikun hemm fir-Reġistru tal-Qorti?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jagħmel l-almu kollu sabiex waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol fil-proġett ta’ Triq Santa Luċija inaqqas l-inkonvenjent lill ħaddiema, il-Prokuratura Legali, l-Avukati u l-pubbliku li juża r-Reġistru tal-Qorti. Isir tindif regolari u anke aktar minn darba matul il-ġurnata skont kif meħtieġ. Kull meta kien hemm xi lment, immedjatament ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha.

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx infurmat li fl-aħħar ġimgħat l-impjegati tar-Reġistru tal-Qorti kienu qed ibatu minn trabijiet, irwejjaħ u intejjen ta’ thinner fir-Reġistru li bilkemm ħallihom jaħdmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 25755.

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa wara li nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016 tant kemm it-trabijiet, l-irwejjaħ u l-intejjen fir-Reġistru tal-Qorti laħqu livelli inaċċettabbli li l-impjegati tar-Reġistru ma felħux iktar u ħarġu ‘l barra mill-bini minn kmieni filgħodu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 25755.

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ser jerfa’ r-responsabiltà għall-ħsara lis-saħħa tal-impjegati, il-ħela ta’ ħin u l-possibbilità li atti li kellhom jiġu ppreżentati ma setgħux ikunu ppreżentati nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016 wara li l-impjegati tar-Reġistru tal-Qorti ma felħux iktar l-irwejjaħ, l-intejjen u t-trabijiet fir-Reġistru u kellhom joħorġu ‘l barra?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja dejjem għamel l-almu kollu sabiex waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħolijiet li jkunu qed isiru s-saħħa tal-ħaddiema tiġi mħarsa. Nhar is-27 ta’ Mejju, 2016 ma kien hemm l-ebda diffikultajiet għal preżentata tal-atti u fil-fatt l-atti ġew preżentati b’mod normali.
Leg 12 PQ #25759 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni akkużati bi ksur tal-liġi tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi ksur tal-liġi tal-VAT u l-liġi tal-Income Tax mill-aħħar ta’ Marzu 2013 u kemm minnhom ġew misjuba ħatja (maqsumin skont jekk taħt il-liġi tal-VAT u jekk taħt il-Liġi tal-Income Tax)? Kemm minnhom ġew ikkundannati multa u kemm minnhom ġew ikkundannati sentenza ta’ priġunerija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Qorti tal-Maġistrati – kawżi ċivili ta’ libell

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża ċivili ta' libell ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati fl-aħħar għaxar snin u jgħid kemm minnhom ġew deċiżi favur min fetaħ il-kawża ta' libell?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ libelli ċivili ppreżentati fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex fl-aħħar għaxar snin, kien kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Nru ta’ Libelli ppreżentati 2006 67 2007 66 2008 77 2009 55 2010 29 2011 16 2012 38 2013 47 2014 50 2015 19 2016 (sat-23/05/2016) 17 Ma tinżammx statistika dwar l-eżitu ta’ kawżi ċivili u għalhekk ma jistax jingħad kemm minnhom ġew deċiżi favur min fetaħ il-kawża ta' libell.

Prevention of Money Laundering Act – attachment orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ attachment orders (maħruġa taħt il-Prevention of Money Laundering Act) fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ attachments orders ( taħt il-Prevention of Money Laundering Act) maħruġa mill-Qorti Kriminali ta’ Malta fl-aħħar ħames snin huma s-segwenti:- · 2012 – 13 attachment orders · 2013 – 15 attachments orders · 2014 – 12 attachment orders · 2015 - 7 attachment orders · 2016 - 8 attachment orders (sal-20/05/2016) F’dawn l-aħħar ħames snin, fil-Qorti ta’ Għawdex, ma kien hemm ebda każ ta’ ħruġ ta’ attachment orders.

Qrati tal-Ġustizzja — Lift bil-ħsara

Question

Wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25353, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkunsidrat u jekk jaqbilx li minflok issir it-twissija kull meta jkun bil-ħsara dan il-lift fil-Qorti, ħaġa li fl-aħħar ftit snin qed tiġri sikwit ħafna minħabba l-età tal-lift, jekk ikunx aħjar li dan il-lift jinbidel kompletament għal wieħed ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja qed jieħu l-passi neċessarji sabiex dawn il-lifts jinbiddlu. Huwa kruċjali li l-operat tal-Qorti ma jiġix paralizzat waqt dan il-bdil u għalhekk se tingħata attenzjoni kbira biex kwalunkwe bdil isir fi żmien tal-ferjat.
Leg 12 PQ #25468 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Nutara Pubbliċi – on-site examinations jew eżerċizzju ta’ verifika mill-FIAU

Question

Jista’ l-Ministru: a. jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika, mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum; b. jgħid, każ b’każ, jekk tali nutara ntgħażlux bix-xorti jew fuq liema bażi oħra ntgħażlu; c. jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuna/i li għażlet/għażlu (anke jekk bix-xorti) tali nutara; d. jagħti d-data li fiha ntgħażlu l-imsemmija nutara u meta saret tali on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika; e. f’każ li tali nutara ntgħażlu bix-xorti, jgħid jekk is-sistema relattiva ta’ għażla bix-xorti hijiex waħda manwali jew hijiex kompjuterizzata jew xort’oħra, u f’każ li hi kompjuterizzata, jgħid x’ software intuża; f. f’każ li tali nutara ntgħażlu minn bord/kumitat, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuni li servew bħala membri jew konsulenti ta’ tali bord/kumitat mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, jgħid jekk inżammewx minuti tal-laqgħat tal-istess bord/kumitat u f’każ li tali bord/kumitat għażel tali nutara fuq/wara rakkomandazzjoni ta’ persuna/i oħra, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva ta’ tali persuna/i; u g. jgħid jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċess tal-għażla ta’ tali nutara u/jew fil-proċessar sussegwenti tal-informazzjoni li kienet miġbura matul l-imsemmija on-site examination/s u/jew fit-tħejjija tar-rapport/i relattiv/i u/jew fit-teħid ta’ kull u kwalunkwe deċiżjoni relattiva għall-imsemmija nutara, kenitx u/jew hemmx il-ħsieb li jkun involut direttament jew indirettament nutar pubbliku ieħor u/jew membru jew rappreżentant tal-Kunsill Nutarili ta’ Malta, u f’każ affermattiv, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga ta’ tali persuna/i?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-FIAU għandu l-obbligu u l-poteri skond il-liġi li jagħmel on-site examinations lil subject persons sabiex jivverifika l-compliance ta’ dawn il-persuni u entitajiet mal-provvedimenti tal-Att dwar il-money laundering, ir-Regolamenti kontra money laundering u finanzjar ta’ terroriżmu u l-Implementing Procedures tal-FIAU. Matul din is-sena hemm skedati numru ta’ on-site examinations lil diversi subject persons, inkluzi tmien nutara. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum saru tliet on-site examinations lil nutara pubbliċi. Id-deċiżjoni dwar il-lista sħiħa ta’ subject persons li ghandha ssirilhom on-site examination tittieħdet mid-Direttur tal-FIAU flimkien mad-Deputy Director u ma’ Senior Compliance Officer. L-għażla tas-subject persons li għandhom ikunu suġġetti għal on-site examination dejjem issir permezz ta’ żewġ metodi - uħud jintagħżlu permezz ta’ metodu ibbażat fuq riskju u uħud b’metodu każwali. Minħabba l-obbligi ta’ kunfidenzjalita’ li huma marbuta max-xogħol sensittiv tal-FIAU, l-ebda terzi persuni ma jkunu involuti fil-proċess tal-għażla jew fl-ipproċessar sussegwenti tal-informazzjoni li tinġabar matul l-on-site examination jew fit-tħejjija tar-rapport relattiv jew fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni relattiva.

Nutara Pubbliċi – on-site examinations jew eżerċizzju ta’ verifika mill-FIAU

Question

Jista’ l-Ministru: a. jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika, mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum; b. jgħid, każ b’każ, jekk tali nutara ntgħażlux bix-xorti jew fuq liema bażi oħra ntgħażlu; c. jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuna/i li għażlet/għażlu (anke jekk bix-xorti) tali nutara; d. jagħti d-data li fiha ntgħażlu l-imsemmija nutara u meta saret tali on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika; e. f’każ li tali nutara ntgħażlu bix-xorti, jgħid jekk is-sistema relattiva ta’ għażla bix-xorti hijiex waħda manwali jew hijiex kompjuterizzata jew xort’oħra, u f’każ li hi kompjuterizzata, jgħid x’ software intuża; f. f’każ li tali nutara ntgħażlu minn bord/kumitat, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuni li servew bħala membri jew konsulenti ta’ tali bord/kumitat mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, jgħid jekk inżammewx minuti tal-laqgħat tal-istess bord/kumitat u f’każ li tali bord/kumitat għażel tali nutara fuq/wara rakkomandazzjoni ta’ persuna/i oħra, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva ta’ tali persuna/i; u g. jgħid jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċess tal-għażla ta’ tali nutara u/jew fil-proċessar sussegwenti tal-informazzjoni li kienet miġbura matul l-imsemmija on-site examination/s u/jew fit-tħejjija tar-rapport/i relattiv/i u/jew fit-teħid ta’ kull u kwalunkwe deċiżjoni relattiva għall-imsemmija nutara, kenitx u/jew hemmx il-ħsieb li jkun involut direttament jew indirettament nutar pubbliku ieħor u/jew membru jew rappreżentant tal-Kunsill Nutarili ta’ Malta, u f’każ affermattiv, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga ta’ tali persuna/i?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat.

Qrati tal-Ġustizzja — Lift bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-lift prinċipali fil-bini tal-Qorti (wieħed minn tnejn) reġa' mhux qed jaħdem wara li ftit ġranet ilu kien ukoll bil-ħsara u li suppost ġiet indirizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara li l-lift ġie rranġat, wara xi jiem reġgħet żviluppatlu ħsara u kellu jitwaqqaf sakemm jissewwa. Fil-fatt il-lift issewwa fi żmien jumejn. L-Amministrazzjoni tal-Qorti tagħmel l-almu tagħha sabiex iżżomm dawn il-lifts jaħdmu bla ebda interruzzjoni. Għaldaqstant il-kuntrattur ikun infurmat immedjatament meta tiġri xi ħsara u minn naħa tiegħu l-kuntrattur jieħu azzjoni malajr u jiġi jsewwi. Pero jkun hemm ċirkustanzi fejn l-apparat li jkun ġratlu ħsara ma jkunx jista’ jissewwa fil-post u għaldaqstant it-tiswijiet ikun jridu jsiru l- workshop tal-kuntrattur. Meta jiġri hekk il-lift idum wieqaf għal żmien itwal milli kieku jissewwa fil-post.

Tallinja Card – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma rċevietx il-card tallinja li applikat għaliha iktar minn xahrejn ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat mill-operatur tat-trasport pubbliku li dan il-każ ġie riżolt u l-persuna identifikata ntbagħtitilha it-tallinja card.

Regolamenti tal-Forzi Armati – attivitajiet tal-partiti politiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ ir-Regolament tal-Forzi Armati li jipprojbixxi lill-membri tal-AFM milli jipparteċipaw f’attivitajiet tal-partiti politiċi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li iva, ir-regolamenti msemmijin għadhom fis-seħħ u membri tal-FAM li jinqabdu jmorru kontra l-imsemmija regolamenti jiġu ddixplinati.

Tnaqqis fil-pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara x’inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kellu tnaqqis fil-pensjoni minn €699 għal €670.69 fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ittieħdet azzjoni fuq il-każ tal-persuna msemmija u l-kwistjoni ġiet riżolta.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24872 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill- kumpaniji imsemmija.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24880 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqija parlamentari diġa ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 24880.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24875 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill- individwu imsemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24876 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Public Broadcasting Services fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali taw xogħol lill-kumpanija imsemmija kif jidher hawn taħt. 2013 mix-xahar ta' April Deskrizzjoni Ammont, VAT ink luż Ordni Diretta / Tender 2015 Management Skills Training - 12 Trainees €1,327.50 Kwotazzjonijiet 2015 Sales Techniques - 6 Trainees 1,681.50 Kwotazzjonijiet

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24877 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-deskasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma ġie mogħti ebda xogħol lill-kumpaniji / individwi imsemmija.