CITES — membri tal-Ġudikatura li attendew korsijiet ta' liġijiet ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm membri tal-Ġudikatura attendew korsijiet li jirrigwardaw il-liġijiet ambjentali, b'mod partikolari s-CITES bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Numru konsiderevoli ta' Ġudikanti attendew diversi seminars u konferenzi fir-rigward ta' liġijiet ambjentali, inklużi seminars organizzati mill-ERA u EIPA, pero' mir-records ma jidhirx li attendew seminars jew konferenzi fuq CITES.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex obbligati li fil-konfini tal-lokalità tagħhom ikollhom bring-in sites? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' bring-in-sites li kull lokalità f'Malta u Għawdex għandu jkollha u x'inhuma l-kriterji biex ġie stabbilit dan in-numru għal kull lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26519 u jgħid kemm-il Maħfra Presidenzjali ngħatat minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna inkwistjoni f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-2010 sal-bidu ta’ Lulju 2016 ġew aċċettati 43-il petizzjoni għal maħfra presidenzjali minn total ta’ 414 petizzjoni li ġiet ippreżentata, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
YEAR
OPENED
CLOSED
ACCEPTED/PARTLY ACCEPTED
2010
58
64
3
2011
71
43
11
2012
96
109
8
2013
76
104
6
2014
47
60
6
2015
57
50
3
2016 (up to 11/07/2016)
9
29
6
Informazzjoni ulterjuri qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Maħfra Presidenzjali ngħatat minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna in kwistjoni f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.
Bank Ċentrali ta’ Malta – investigazzjoni mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, meta impjegat tal-Bank Ċentrali ta' Malta jkun investigat mill-Pulizija jew minn xi enti oħra, ikunx sospiż sakemm titlesta l-investigazzjoni? Dan ikun japplika sew għal minor staff kif ukoll għas-senior management?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant illi l-eventwalita’ imsemmija hija regolata għall-ħaddiema tal-Bank Ċentrali b’klawsola 24 tal-Ftehim Kollettiv li parti minnha tgħid hekk:
“…. An employee whose conduct appears to require investigation may be suspended from the service by an officer designated for this purpose by the Bank, and salary may be partly withheld during such suspension. Not more than half the employee’s salary shall be withheld and the suspension period shall not exceed six (6) months, unless otherwise agreed by both parties in the best interest of justice. Where criminal proceedings are initiated against an employee, the employee would be subject to suspension in the same way until the case is decided by the Law Courts….”
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet aġġudikata t-tender tas-sistema IBGL fil-Bank Ċentrali ta’ Malta? Meta kienet ħarġet is-sejħa u kemm kien hemm offerti jew espressjoni ta’ interess? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop ta’ din is-sistema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ta’ l-IBGL gie ppublikat f’Novembru, 2012 u l-Bank Ċentrali kien irċieva 13-il offerta. Fl-2013, erba’ offerti kienu ġew short-listed u dawn l-offerenti ġew mitluba sabiex jagħtu aktar dettalji dwar l-offerti li ssottomettew, inkluż walkthrough tas-sistemi li kienu qegħdin joffru. It-tender ġie aġġudikat f’Jannar, 2016 u l-kuntratt finalizzat f’Mejju, 2016.
L-iskop tat-tender huwa sabiex il-Bank Ċentrali jimplementa sistema informatika integrata li tkopri r-
Retail Banking and Payments, Investments, Treasury, Portfolio Management, General Ledger u Accounting.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speċi ta’ annimali mħarsa bil-Konvenzjoni CITES inqabdu mid-Dwana bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016? X’tip ta’ annimali kienu? X’valur kellhom fis-suq? U fejn ġew interċettati mid-Dwana u x’nazzjonalità kellhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Membri tad-Dwana – taħriġ dwar liġijiet u investigazzjonijiet mas-CITES
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-membri tad-Dwana dwar liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mal-Konvenzjoni CITES bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016?
Uffiċjali tal-Ambjent imħarrġa fuq il-konvenzjoni CITES
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-Ambjent imħarrġa fuq il-konvenzjoni CITES, sena b’sena mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-1 ta’ Mejju 2016? X’taħriġ ingħataw kull sena u x’investiment sar f’dan it-taħriġ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella A u Tabella B bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu l-uffiċjali li kienu mħarrġa fuq is-suġġett. Taħriġ ieħor ingħata primarjament lill-uffiċjali, speċjalment lil dawk ġodda, minn kollegi b’iktar esperjenza b’mod kontinwu wkoll. Lejn l-aħħar tal-2015, kienet reklutata wkoll uffiċjal b’Masters Degree speċifikament fuq il-konvenzjoni CITES.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm minnhom tħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali, Malta minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 191 multi imposti li minnhom tħallsu 168
Matul is-sena 2014 kien hemm 199 multi imposti li minnhom tħallsu 152
Matul is-sena 2015 kien hemm 133 multi impost li minnhom tħallsu 65
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 102 multi imposti li minnhom tħallsu 27
Fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri) Għawdex minn Marzu 2013 sallum ġew imposti is-segwenti multi:
1/3/2013 – 31/12/2013 kien hemm 7 multi imposti li minnhom tħallsu 6
Matul is-sena 2014 kien hemm 21 multi imposti li minnhom tħallsu 16
Matul is-sena 2015 kien hemm 14 multi impost li minnhom tħallsu 10
1/1/2016 – 30/6/2016 kien hemm 3 multi imposti li minnhom tħallset 1
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26209 u jagħti elenku tas-safar tiegħu bl-użu tal-private jet minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull safra jista jgħid ir-raġuni taż-żjara, fejn u d-data ta’ kull żjara?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx l-Asset Recovery Bureau? Jekk iva, jista’ jagħti elenku dettaljat tax-xogħol kollu li għamel s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Asset Recovery Bureau ġie mwaqqaf permezz tal-Avviż Legali Numru 357 tat-2015.
Skont l-istess Avviż Legali, ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’dik id-data kif il-Ministru jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi u dati differenti jistgħu hekk jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet u għanijiet differenti ta’ dawn ir-regolamenti.
Il-membri tal-Bord qed jiltaqu biex ifasslu politika li għandha tiġi adottata mill-Uffiċju u li għandha tiġi segwita mid-Direttur tal-Uffiċju għall-Irkupru tal-Assi.
Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – Protokoll 12 — ratifikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25913 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti d-data meta Malta rratifikat il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar protezzjoni minn diskriminazzjoni) u meta se jiġi emendat il-European Convention Act biex jipprovdi għalih?
Response (VELLA, GEORGE)
Malta ffirmat it-Tnax il-Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali nhar it-tmienja ta' Diċembru, 2015, u dakinhar stess irratifikatu, sabiex sussegwentement il-Protokoll ġie fis-seħħ u nfurzabbli f'Malta nhar l-ewwel t'April tas-sena 2016.
Preżentement għaddejjin diskussjonijiet interni sabiex jiġi determinat eżattament jekk hux neċessarju li jsiru xi emendi. Waħda mill-possibilitajiet li qed jiġu kkunsidrati hija li ssir emenda tal-European Convention Act.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tas-safar tiegħu bl-użu tal-private jet minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull safra jista jgħid ir-raġuni taż-żjara, fejn u d-data ta’ kull żjara?
Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – Protokoll 12 — ratifikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-data meta Malta rratifikat il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar protezzjoni minn diskriminazzjoni) u meta se jiġi emendat il-European Convention Act biex jipprovdi għalih?
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-laqgħa li nżammet ftit ġranet ilu f’Mejju 2016 fil-bini tal-MFSA dwar l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u li kienet indirizzata minn esperti Awstrijaċi u għal liema laqgħa kienu preżenti uffiċjali tal-Gvern, membri tal-Ġudikatura u avukati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa li qed issir referenza għaliha hi fil-fatt waħda minn sensiela ta’ sitt training seminars li l-MFSA organizzat b’kooperazzjoni ma’ l-FIAU dwar l-International Standards kontra l-ħasil ta’ flus u finanzjar tat-terrorismu u l-obbligi li jgibu magħhom. Dawn is-seminars saru sabiex tiżdied l-awareness u l-expertise tal-operaturi fis-settur tas-servizzi finanzjarji dwar il-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u ta’ dawk li jagħtu xi kontribut f’din il-ġlieda.
Għal dawn is-seminars kienu mistiedna jattendu u jipparteċipaw supervisory staff tal-MFSA u tal-FIAU, compliance officers u money laundering reporting officers mis-setturi kollha tal-industrija tas-servizzi finanzjarji kif ukoll pulizija, avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Generali u membri tal-gudikatura.
Il-laqgħa li qed isir referenza għaliha kienet fil-fatt it-training seminar li sar bejn it-18 u l-20 ta Mejju u li kien immirat ghall-pulizija, avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Generali u membri tal-ġudikatura. Is-seminar gie indirizzat minn żewġ esperti fis-settur, inkluż forensic accountant, u nkluda tagħrif dwar kif issir investigazzjoni forensika, dwar ġbir ta’ evidenza, interpretazzjoni ta’ dokumenti finanzjarji u bankarji, dwar kif wieħed jipprepara għall-prosekuzzjoni ta’ każ ta’ ħasil ta’ flus kif ukoll “mock trial”.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — każijiet - investigazzjonijet kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li impjegati mill-Ministeru tiegħu ħadu d-drawwa li jċemplu lil diversi Spetturi fil-Korp tal-Pulizija u jsaqsuhom fejn u f’liema stadju waslu investigazzjonijiet kriminali ta’ ċerti każijiet li jirreferu għalihom bl-isem tal-persuna suspettata b’mod li juri li dawn l-impjegati jkunu jafu min qed jiġi investigat (mhux akkużat) u dwar x’hiex? Jekk fl-affermattiv, qatt ta l-awtorizzazzjoni tiegħu għal dan l-aġir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allegazzjoni kif imsemmija fil-mistoqsija hija nfondata u mhux veritjera.