Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Gudja fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Għaxaq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq.
Kunsill Lokali Santa Luċija – proġetti, inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Santa Luċija fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsa fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Żurrieq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mqabba fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Mqabba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26539 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern milli jemenda l-European Convention Act biex il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Protezzjoni minn Diskriminazzjoni) ikun parti mil-liġi tagħna b’mod li jkun infurzabbli mill-Qrati tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi msemmija ġew preparati u qegħdin fil-kors li jsiru.
Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Protokoll
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta l-Gvern se jinkorpora fil-Liġi Maltija l-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar il-projbizzjoni minn kwalsiasi diskriminazzjoni) li Malta ffirmat u rratifikat fl-2015 sabiex tali dritt fondamentali jkun infurzabbli fil-Qrati Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 26878.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn l-assistenza soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fl-aħħar xhur tnaqqsitilha sostanzjalment u tant li f’daqqa waħda tilfet l-assistenza għall-mard, dik tal-età, l-għajnuna supplementari u l-benefiċċju tal-enerġija, biex spiċċat tgħix b’€438 biss fix-xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika huma regolati b’test tal-mezzi skont il-provedimenti tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Għal din ir-raġuni, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod seperat ma kenitx eleġibbli għal benenfiċċji msemmija hekk kif id-dħul tagħha jeċċedi l-iskala tal-benefiċċji in kwistjoni.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tirċievi Pensjoni mill-Ingilterra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Paola fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Tarxien fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien.
Tista’ l-Ministru tara jekk hemmx kollox skont kif suppost fil-ħlas li qed titħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li taħdem bħala cleaner mal-privat fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla peress li qed titħallas €4.40 fis-siegħa filwaqt li ħaddiema oħra bħalha li jaħdmu fl-istess dar u impjegati eżatt bħalha, qed jitħallsu bis-€6.50 fis-siegħa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg bħalissa qed jinvesitgaw il-każ imsemmi.
Jista' l-Ministru jara jekk l-affarijiet sarux sew fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem bħala purtier fil-Qrati f'Malta meta minkejja l-kważi 29 sena esperjenza tiegħu, ġie fis-seba' post għall-grad ta' Marixxal peress li sħabu li bħalu ħadu l-post ta' messaġġier fl-1992 (wara sentenza tat-Tribunal tal-Inġustizzji) illum huma kollha Marixxali, minbarra hu?
Response (BONNICI, OWEN)
Meta jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet hija r-responsabilita` tal-Bord li jara li l-għazla ssir b’mod ġust u trasparenti. Bħalma jgħallimni l-Onor. Interpellant kull applikant li jħossu aggravat mid-deċiżjoni tal-Bord għandu kull dritt li jissottometti petizzjoni lil Public Service Commission skont ma trid il-liġi.
Il-persuna ndikata ma għamlet l-ebda petizzjoni. Għandi nifhem li kieku l-persuna ħassitha aggravata kienet tagħmel użu minn dan id-dritt.
Ħal Tarxien – Triq Birżebbuġa – asfaltar ta’ gandott
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26703 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u jordna tiswijiet urġenti, inkluż asfaltar tal-gandott li żviluppa bl-inżul tat-triq, fil-parti ta’ fuq ta’ Triq Birżebbuġa f’Ħal Tarxien, minħabba li hu ta’ periklu kbir għas-sewwieqa u jista’ jkun ta’ ħsara għar-residenzi tal-familji f’din il-parti tat-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li qiegħed jagħmel patching b’mod regolari u skont il-bżonn. Bħalissa qiegħed ukoll fil-proċess li joħroġ sejħa għall-offerti għal servizz ta’ resurfacing u major patching. Tajjeb wieħed jinnota wkoll li din it-triq ġiet fl-istat li hi peress li qed tintuża aktar frekwentement bħala rotot tal-linja.
Ħal Tarxien – Triq Birżebbuġa – asfaltar ta’ gandott
Question
Jista’ l-Ministru jordna tiswijiet urġenti, inkluż asfaltar tal-gandott li żviluppa bl-inżul tat-triq, fil-parti ta’ fuq ta’ Triq Birżebbuġa f’Ħal Tarxien, minħabba li hu ta’ periklu kbir għas-sewwieqa u jista’ jkun ta’ ħsara għar-residenzi tal-familji f’din il-parti tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26656 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex obbligati li fil-konfini tal-lokalità tagħhom ikollhom bring-in sites? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' bring-in-sites li kull lokalità f'Malta u Għawdex għandu jkollha u x'inhuma l-kriterji biex ġie stabbilit dan in-numru għal kull lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda provvediment fil-liġi li jobbliga kemm għandu jkun hemm bring-in sites f’kull lokalità f'Malta u Għawdex u għaldaqstant ma hemm l-ebda kriterji legali kif jiġi stabbilit in-numru ta’ bring-in sites għal kull lokalità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26655 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi disponibbli permezz tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP) tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Mejju kien hemm €1,896,463.27 disponibbli fil-Fond tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP).
Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jara li l-Awtorità tad-Djar tibgħat għall-familja applikata peress li ilhom żmien twil ħafna ma jkellimhom xi ħadd mill-Awtorità tad-Djar dwar dan il-każ pjetuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-każ imsemmi minnu huwa magħluq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm hu veru li reċentement il-Prim Imħallef ordna li l-kawżi pendenti quddiem Maġistrat partikolari jiġu riassenjati lill-Maġistrati oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ma hux ċar għal liema “Magistrat partikolari” qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant, iżda huwa fatt li minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-aħjar ġestjoni tal-piż tax-xogħol ġudizzjarju, kif ukoll meta jkun hemm xi ħatra ta’ ġudikant ġdid, il-Prim Imħallef, fid-diskrezzjoni tiegħu, jordna r-ridistribuzzjoni tax-xogħol ġudizzjaru skont il-ħtieġa u dan jista’ jkun jirrikjedi, fost tibdil ieħor, ir-riassenjazzjoni ta’ kawżi, anki jekk parzjalment, minn ġudikant għall-ieħor.
Dan l-aħħar sar eżerċizzju bħal dan li l-ħtieġa tiegħu skatta prinċipalment, iżda mhux biss, riżultat tal-ħatra ta' Magistrat gdid addizzjonali u bħala konsegwenza kien hemm ċaqlieq fid-doveri ta’ tliet maġistrati.