Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Għaxaq – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Għaxaq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jsiru skont prioritajiet nazzjonali, relatati ma’ proġetti ta’ uċuh ġodda ta’ asfalt. Dawn jitwettqu skont il-fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.

Il-Marsa – toroq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Marsa li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq jinsabu fuq il-lista ta’ toroq li jridu jiġu asfaltati minn Transport Malta ġewwa l-Marsa: - n/s fi Triq Xwieni - p/o Triq Azzopardi - Qormi / Marsa Bypass Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq se jsiru skont prioratjiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tal-kuntratturi.

Santa Luċija – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Santa Luċija li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu ndikat, ma sar l-ebda xogħol ta’ asfalt f’din il-lokalita’.

Iż-Żurrieq – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żurrieq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żurrieq hekk kif ġej: Location Street Project Żurrieq Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio Resurfacing, Rural Road Żurrieq Triq Fra Ganmari Zammit Construction and surfacing, Residential Road

Ħal Safi – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Safi li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Ħal Safi hekk kif ġej: Location Street Project Ħal-Safi Sqaq ta’ Ġawhar Resurfacing, Rural Road

Il-Ħamrun – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Ħamrun li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu ndikat, ma sar l-ebda xogħol ta’ asfalt f’din il-lokalita’.

Iż-Żejtun – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żejtun li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fiż-Żejtun hekk kif ġej: Location Street Project Żejtun Triq it-Tuss Construction and Surfacing, Residential Road Żejtun Triq Santa Katerina Road Surface Repair Works, Other Żejtun Triq id-Daħla ta' San Tumas / Xrobb l-Għaġin Road Surface Repair Works, Other Żejtun Triq Ħaż-Żabbar/Sqaq No. 3 Asphalting works, Rural Road Żejtun Triq Liftija and Triq il-Plejju, Residential Road Construction and Surfacing

Il-Mellieħa– toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Mellieħa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq fil-Mellieħa hekk kif ġej: Location Street Project Mellieħa Triq Għajn Tuffieħa Road Surface Repair Works Mellieħa / Mġarr, Slielem, Fomm ir-Riħ Road Surfacing, Rural Road

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – proġett — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar minn Jannar 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari in konnessjoni mal-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, wara konsultazzjoni sħiħa mal-għaqdiet ambjentali u kif mitlub mill-esperti fis-settur ambjentali, f’Jannar li għadda inqalgħu ammont ta’ siġar tal-Ficus li kienu madwar parti mill-pjazza. Dawn is-siġar reġgħu inzergħu b’mod immedjat f’żona oħra fil-lokalità stess. Fl-istess waqt tressqu wkoll l-applikazzjonijiet neċessarji lill-MEPA u bdew jitfasslu t-tenders neċessarji fir-rigward tal-proġett kollu. Il-permess fir-rigward tax-xogħol tal-bini tal-latrina pubblika fi Triq il-Foss ħareġ u beda x-xogħol tat-twaqqieħ u bini mill-ġdid li mistenni li jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Il-permessi tal-pjazza ġew approvati ukoll u t-tender ġie ppubblikat. Bħalissa dan it-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni. Malli ssir l-evalwazzjoni skont il-proċeduri kollha, mistenni jibda x-xogħol fuq il-Pjazza.

Raħal Ġdid – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Raħal Ġdid li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Raħal Ġdid hekk kif ġej: Location Street Project Paola Vjal Santa Luċija Road Surface Repair Works Paola Vjal Sir Paul Boffa Road Surface Repair Works Paola Triq Għajn Dwieli Road Surface Repair Works Paola p/o Triq l-Arkata and p/o Triq l-Ibjar Construction and Surfacing Paola p/o Triq Ninu Cremona Construction and Surfacing

Ħal Tarxien – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Tarxien li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet tat-toroq ġewwa Ħal Tarxien hekk kif ġej: - Triq San Anard - Triq il-Palma - Parti minn Triq it-Tamal - Parti minn Triq Lorenzo Gonzi - Parti minn Triq l-Isqajjaq Xogħlijiet għaddejjin ukoll bħalissa fuq: - Triq Birżebbuġa - Triq San Franġisk

Gudja – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Gudja li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq toroq fil-Gudja hekk kif ġej: Location Street Project Gudja Rużar Formosa Reconstruction & Paving – Residential Road

Ħal Għaxaq – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Għaxaq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq f’Ħal Għaxaq hekk kif ġej: Location Street Project Għaxaq Triq in-Niġem Construction and Surfacing, Residential Road Għaxaq Triq Garakol & part of Triq GM Farrugia Construction and surfacing, Residential Road Għaxaq Triq Wenzu Dalli Construction and surfacing, Residential Road

Il-Marsa – toroq asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Marsa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq fil-Marsa hekk kif ġej: Location Street Project Marsa Triq it-Tigrija Road Surface Repair Works Marsa Triq Aldo Moro Road Surface Repair Works Marsa Triq il-Labour Road Surface Repair Works

Kunsill Lokali Marsaxlokk – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsaxlokk fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

Kunsill Lokali Birkirkara – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Birkirkara fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Kunsill Lokali Valletta – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Valletta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mellieħa fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali Ħamrun– proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, għajnuna, intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Ħamrun fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.

Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18066, 17534, 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li attwalment qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks ġiet maħtura abbażi tal-esperjenza tagħha professjonali u akkademika fis-settur, bl-istess mod li nħattru l-predeċessuri tiegħu, inkluż taħt Gvernijiet preċedenti. Bil-kunsens tal-persuna li attwalment qed tokkupa din il-kariga qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba: Remunerazzjoni (Salarju Anwali): €70,000 Performance Bonus: massimu ta’10% tas-salarju, Assikurazzjonijiet, Mobile,Internet u Fuel Allowance ta’ €250 fix-xahar