Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-koperattivi ġodda li ġew reġistrati fl-2015 u fl-2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015 ġew reġistrati żewġ koperattivi ġodda li huma:
1. Ramla Sunbeds and Umbrellas Co-op Limited
2. Cooperative of Physiotherapists Ltd.
Fl-2016 ġew reġistrati ħames koperattivi ġodda li huma:
1. Koperattiva Youtheme Ltd.
2. Tourist Information and Services Co-op Ltd.
3. LYNC Co-op Ltd.
4. Seeds Wellbeing Co-op Ltd.
5. OutNet Cooperative Ltd.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-Bord tal-Koperattivi fl-2015 u fl-2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu il-Bord tal-Koperattivi kompla jsaħħaħ ix-xogħol regolatorju tal-Bord, kemm bħala kuntatt mal-Koperattivi kif ukoll permezz ta' policy amministrativa. B'kollox f'dan il-perjodu kienu reġistrati 7 koperattivi ġodda, biex issa n-numru ta' koperattivi telgħa għal 73.
Il-Bord kien ukoll impenjat b'sensiela sħiħa ta' laqgħat konsultattivi ma' stakeholders varji, fosthom dwar ir-riforma fil-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Grazzi għall-ħidma mwettqa mill-Bord tal-Koperattivi f'dan ir-rigward, il-Gvern daħal avviz legali li jirregola dan l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi u ġiet indirizzata sitwazzjoni li kienet tħalliet mill-amministrazzjoni preċedenti li ċertament ma kienetx tagħmel ġieħ il-moviment.
Fl-istess waqt il-bord kompla jippromwovi l-kunċett koperattiv kemm fil-mezzi tax-xandir kif ukoll bi prezenza fl-iskejjel, grazzi għal ftehim li sar mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jemenda l-liġi tal-Koperattivi fil-futur qarib, u jekk iva, f’liema direzzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għaddej bi proċess intiż li jirriforma l-moviment koperattiv bil-għan li s-soċjetajiet koperattivi jsiru aktar relevanti għac-cirkustanzi ta’ llum.
S’issa dan il-proċess iffoka primarjament fuq l-Avviz Legali li jirregola l-Fond Centrali tal-Koperattivi biex ikun assigurat li dan il-fond jitmexxa b’mod ġust u ekwu..
Jista' l-Prim Ministru jelenka s-siti li ġew suġġeriti lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ikunu dikjarati demanju pubbliku? Jista’ jgħid minn min saret it-talba għal kull sit u meta? Jista’ jgħid ukoll x'għamlet s'issa l-Awtorità tal-Ippjanar fil-konfront għal kull waħda minn dawn it-talbiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt hawn iit-tagħrif mitlub. Ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità qed tevalwa dawn it-talbiet.
Location
Proponent
Date received
Site at Manoel Island
Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA)
20.07.2016
Site at Wied Garnaw
FAA
20.07.2016
Site at Ħondoq, Qala
FAA
20.07.2016
Site at Kalanka, Delimara
FAA
20.07.2016
Site of three historic landmark trees, Ta' Xbiex
FAA
20.07.2016
Site of beaches from St.George's Bay to Sliema
FAA
20.07.2016
Sites at Valletta coastline and Fort St. Elmo
FAA
20.07.2016
Sites from St. Thomas Bay (Marsascala) to Xrobb l-Għaġin (Marsaxlokk)
FAA
20.07.2016
Sites from Siggiewi to Zurrieq
FAA
20.07.2016
Sites from Green area outside Sa Maison bastion walls (and parking/paved area)
FAA
20.07.2016
Stretch of land from Ġnejna to Mtaħleb
FAA
20.07.2016
Site at Villa Guardamangia, Pieta
FAA
20.07.2016
Site at Simblija
FAA
20.07.2016
Comino
FAA
20.07.2016
Ċitadella, Victoria, Gozo
FAA
20.07.2016
Site at Ta’ Ċenc, Sannat
FAA
20.07.2016
Site at Ħas-Saptan and Wied ¯embaq
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Is-Simblija (including Wied ir-Rum, Ta' Baldu and Wied Ħazrun)
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Il-Ballut tal-Wardija
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at il-Ballut tal-Imġiebah (l/o Mellieha)
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Ras ir-Raħeb and Qlejgħa
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Fomm ir-Riħ
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Comino
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega x'servizzi addizzjonali se joffri l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala Aġent Avukat għall-Għajnuna Legali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27410.
Jista’ l-Ministru jelenka l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-kariga ta’ Aġent Avukat għall-Għajnuna Legali, fosthom id-dmirijiet, ir-remunerazzjoni u l-bidu u t-tmiem tal-inkarigu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27410.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-avukat tat-tfal li jservi fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid għaliex m’hemmx avukat tat-tfal abbinat biss mal-Qorti ta' Għawdex u kull darba li jkun hemm każ dan irid jitla' minn Malta? Jista' jgħid f'kemm-il każ matul l-2015 u matul l-2016 sal-lum ġie appuntat avukat tat-tfal mill-Qorti ta' Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Santa Luċija – Triq Katerina Vitale –manutenzjoni ta’ bus shelter
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelter li jinsab fi Triq Katerina Vitale f’Santa Luċija ssirlu l-manutenzjoni jew tiswijiet neċessarji mill-iktar fis peress li ilu diversi jiem (fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza) fi stat ħażin kawża ta’ inċident fejn vettura baqgħet dieħla ġo fih b’mod li issa l-bus shelter hu ta’ periklu u wkoll eyesore?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-bus shelter li hemm fi Triq Katerina Vitale f’Santa Luċija saritlu il-manutenzjoni neċessarja fit-2 ta’ Settembru 2016.
Ħal Luqa – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Luqa sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità dwar l-Ambjent – Deċiżjonijiet tal-ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell sar jew ġie ppreżentat mill-Awtorità dwar l-Ambjent minn deċiżjonijiet ta' ippjanar minn kemm ilha mwaqqfa din l-Awtorità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn kemm ilha mwaqqfa din l-Awtorità sa l-10 ta’ Ottubru 2016, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fetħet każ wieħed ta’ Appell minn deċiżjonijiet ta' ppjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-infurzar għandha l-Awtorità dwar l-Ambjent fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant illi sal-10 ta’ Ottubru 2016 hawn 8 uffiċċjali li qed jaħdmu fuq compliance u nfurzar mal-Awtorità dwar l-Ambjent (ERA). Huwa ppjanat ukoll li jiżdied in-numbru ta’ dawn l-uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jara għala u jieħu l-passi biex l-aċċess għall-bajja tal-klieb fil-Kalkara ma jibqax kif inhu ta' periklu wara iktar minn sena biċ-chicken wire issa nofsu maqtugħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għala tneħħa l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Avukat għall-Għajnuna Legali u ġie maħtur minfloku l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jemmen li kien wasal iż-żmien li s-servizz li kien qed jiġi offrut fil-qasam tal-Għajnuna Legali jittejjeb drastikament.
Kif jaf daqsi l-Onor. Interpellant għal ħafna snin is-servizz tal-Għajnuna Legali kien jingħata minn ġo rokna fil-binja tal-Qorti, bl-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali jara n-nies fuq bażi ta’
first come first served
f’numru ta’ sigħat fissi fil-ġimgħa mingħajr assistenza klerikali mqar bażika. Il-Gvern jidhirlu li n-nies vulnerabbli fis-soċjetà jixirqilhom ferm aħjar. Għal dan il-għan twaqqfet Aġenzija ġdida għall-Għajnuna Legali li, wara sejħa miftuħa, ngaġġat
Manager full time
li jamministra uffiċċju ġdid għall-Għajnuna Legali fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġustizzja li jinstab f’“
Chateau de Ville”,
Triq l- Arcisqof, Valletta. Tfasslet ukoll
website
li tispjega d-drittijiet ta’ kull persuna u tagħti wkoll opportunità li jsir kuntatt matul
office hours,
kif isir f’kull attività oħra f’pajjiżna.
Ġie maħtur ukoll b’mod formali f’Marzu ta’ din is-sena Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali għal perjodu ta’ ftit inqas minn sena (li s’intendi jkun jista’ jiggedded per annum) sabiex meta l-Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali ma jkunx, għal xi raġuni bhal ma hu safar jew mard, jista’ jaqdi d-doveri tiegħu, l-Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali jkompli għaddej b’dawn il-funzjonijiet mingħajr problemi bhal ma jsir f’karigi oħra. L-Aġent Avukat Ewlieni tal-Għajnuna Legali nħatar minn fost l-Avukati li isimhom kien deher fuq l-elenku tal-Avukati għall-Għajnuna Legali pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Jannar, 2016 u ma jitħallasx extra ta’ dan l- inkarigu.
B’dan ix-xogħol kollu li sar, il-qasam tal-Għajnuna Legali ddaħħal fis-seklu 21.
Bħala parti mir-riforma li tinsab għaddejja, l-Gvern jidhirlu li l-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali fis-sena 2016 għandu jkun
full-time
fuq dan is-servizz. Il-Gvern ma jidhirlux li jista’ jitkompla ż-żmien li l-Avukat Ewlieni għall-Ghajnuna Legali jagħmel il-kawżi privati matul il-ġurnata u jmexxi d-ditta legali privata tiegħu fl-istess ħin li jservi f’din il-funzjoni tant delikata. Jista’ jkun li fil-passat dan il-mudell seta’ ħadem. Illum dan il-mudell ma jaħdimx - hawn qed nitkellmu fuq nies li huma l-iktar fil-bżonn u li, jekk xejn, jirrikjedu iktar attenzjoni u mhux inqas.
Għalhekk minnufih inbeda proċess miftuħ għal kull Avukat li jixtieq japplika għall-ħrug ta’ sejħa għal espressjoni t’interess skont ir-regoli tal-Gvern sabiex timtela’ vakanza għal Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali
full time
bl- aktar mod miftuh u trasparenti, liema proċess għadu għaddej u nittama li jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Intant il-kuntratt tal-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali skada fid-9 ta’ Lulju 2016, wara li kien iġġeddidlu b’sena. Għalhekk fin-nuqqas tal-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali, l-Aġent Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali qed jimla’ dawn id-doveri temporanjament u b’hekk ma jkunx hemm interruzzjoni fis-servizz provdut lill-klijenti, kif ġie spjegat iktar qabel. Għal dan il- perjodu qasir li beda mill- 10 t’ Awwissu 2016 u se jiskadi meta jinħatar l-Avukat Ewlieni ġdid, l- Agent Avukat Ewlieni li qed iservi ta’ Aġent waqt li jagħmel ix-xogħol kollhu li kien jagħmel l-Avukat Ewlieni, qed jitħallas bhal Avukat Ewlieni.
Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Avukati kollha li jagħtu servizz tal-Għajnuna Legali għall-ġid kbir li qed jagħmlu fis-soċjetà.
Jista’ l-Ministru jispjega fuq liema kriterji kien ġie maħtur l-Avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala Aġent Avukat għall-Għajnuna Legali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27410.
Il-Marsa – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Marsa sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Safi – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Safi sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.