Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini tal-Qorti — lift

Question

Wara l-mistoqsijiet parlamentari 24706, 25353 u 25436 rigward lift ma jaħdimx fil-bini tal-Qorti, jista' l-Ministru jara li l-lift li ilu bil-ħsara, jinbidel peress li kien wiegħed li jinbidel fil-ferjat u dan ma ġarax?

Response (BONNICI, OWEN)

Min mindu waqaf dan il-lift saru seba’ spezzjonijiet mit-tekniċi tal-kumpanija sabiex tinstab il-ħsara. Minn rapport li rċevejna mill-kumpanija, li qed ikun anness ma din ir-risposta, jidher li l-ħsara ġiet identifikata u bħalissa qed isiru tiswijiet neċessarji fil-brake coil windings u l-lift jitħaddem mill ġdid fl-iqsar żmien possibbli. Bħalissa qed ikun preparat tender flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti u se jkun pubblikat fi żmien qasir sabiex dan il-lift ikun jista’ jinbidel fil-ferjat tas-sajf 2017.
Leg 12 PQ #28069 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – kuntratt notarili

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt notarili ffirmat f’Ottubru 2013 li fih wieħed mill-partijiet kien id-Direttur tal-Artijiet u/jew id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern u l-parti oħra kienet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament konċernanti art f’Burmarrad li kienet tal-Farmers’ Wine Cooperative?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt datat 24 t’Ottubru 2013, li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Lokali Gudja – aċċess għall-kmamar tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-talba li l-Kunsill Lokali tal-Gudja għamel fl-2015 għall-aċċess għall-kmamar mhux użati mill-iskola biex dawn jinbidlu fi klassijiet għal-lifelong learning, tkun milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – Sport Malta – proġett ta’ resurfacing ta’ jogging track

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'assistenza pprovdiet Sport Malta lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija għall-proġett ta' resurfacing tal-jogging track?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li SportMalta ħarget tender għal resurfacing tal-jogging trackta’ Santa Luċija li ntrebaħ bl-ammont ta’ €101,160.32.

Santa Luċija – Triq il-Peprin u Trejqet Garnaw — resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta Transport Malta se tagħmel resurfacing ta' Triq il-Peprin u Trejqet Garnaw f'Santa Luċija, wara d-diversi talbiet magħmula mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Peprin tinsab fuq il-lista ta’ toroq li jridu jingħataw asfalt minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq għandhom isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist. Rigward Trejqet Garnaw, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – Traffic light junction fi Triq Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’għamel Transport Malta dwar id-diversi talbiet magħmula mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija għal traffic light junction fi Triq Luqa, wara li r-residenti qed ibatu mill-għeluq tal-ħruġ għal fuq Xintill Roundabout kull filgħodu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet jinsabu fuq il-programm ta’ xogħlijiet li jridu jitlestew sal-aħħar tas-sena.

Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – ċentru tal-komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex it-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija għal Ċentru tal-Komunità tkun milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment ghall-Gvern Lokali jinsab dispost li jagħti l-għajnuna possibli lill-Kunsill jekk dan japplika għal dan il-proġett taħt il-linji gwida tad-Devoluzzjoni ta’ siti pubbliċi, liema linji gwida ilhom fis-seħħ sa mill-1999.

Qrati – impjegati – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-kategorija ta’ impjegati tal-Qrati tagħna li huma milquta bl-azzjonijiet industrijali bħalissa?

Response (BONNICI, OWEN)

Bħalissa hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-UHM u ma hemm ebda impjegati tal-Qrati li huma milquta b’azzjonijiet industrijali.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – rapporti fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Maltatoday irrapurtat li “Skanska, the Swedish engineering giant that bills itself as the world’s leading construction group, has told Attorney General Peter Grech it will not meet him to discuss the Maltese government’s claims for damages on foundation works on Mater Dei hospital. In a letter to Grech, Skanska ruled out any responsibility on the Mater Dei works – recently the subject of an inquiry over faulty cement foundations – saying that “SMJV (Skanksa-Malta Joint Venture) cannot be held liable for alleged defects.” (Maltatoday, 21/09/2015)? X’passi ħa minn dakinhar sal-lum, dettaljatament u bid-dati rispettivi, il-Ministeru tiegħu, inkluż l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jekk tassew jemmen li għandu raġun f’dak li kien qed jiġi allegat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27941.
Leg 12 PQ #27941 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat mal-Prim Ministru Svediż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara li fit-28 ta’ Ġunju 2015 il-gazzetti Maltatoday irrapurtat laqgħa li huwa kellu mal-Prim Ministru Svediż fejn intqal hekk: “The government is seeking “to avoid years of litigation” and reach a settlement with Swedish contractors Skanska over the state of concrete foundations laid back in the mid-1990s at Mater Dei Hospital, MaltaToday has learnt. Taking talks to a political level with Swedish Prime Minister Stefan Löfvén, Prime Minister Joseph Muscat has said he wants Skanska to cover a €30 million bill for the repair works that are needed to bring Mater Dei Hospital up to par”? Kemm-il laqgħa oħra kellu mal-Prim Ministru Svediż fuq din il-kwistjoni minn dakinhar sal-lum? X’passi ħa l-Prim Ministru minn dakinhar sal-lum, dettaljatament u bid-dati rispettivi, biex jindirizza din il-kwistjoni jekk tassew jemmen li kellu raġun f’dak li kien qed jiġi allegat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif tħabbar fil-jiem li għaddew il-Gvern beda l-proċess legali kontra l-kumpanija Skanska, li kienet responsabbli għad-disinn u l-bini tal-Isptar Mater Dei. Il-Gvern wasal għal din id-deċiżjoni għaliex l-isforzi kollha li saru sa issa ma wasslux għal ftehim biex jingħata kumpens. Il-Gvern fl-ahhar xhur sab bibien maghluqa minn naha ta’ Skanska li qed issostni li l-ftehim tal-waiver li kien iffirmat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi taht gvern precedenti fl-2009, jeżentha minn kull responsabilita. Il-Gvern izda għandu pariri legali li bihom se jikkontesta dan il-waiver, waqt li jfittex ghad-danni lil Skanska.

Laqgħat mal-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi – abbozz ta’ liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm minn Marzu 2013 bejnu, jew il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi dwar il-bżonn ta’ abbozz ta’ liġi li jkun jirregola l-professjoni tal-interpreti u t-tradutturi? Fejn wasal ix-xogħol biex ikun hemm tali abbozz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn Marzu tal-2013 il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, iltaqgħet mal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-Interpreti u t-Tradutturi tliet darbiet. F’dawn il-laqgħat ġie diskuss kif għandu jinbena l-qafas legali biex jirregola dawn il-professjonijiet. L-ewwel abbozz ta’ liġi, li għandu l-iskop li joħloq dan il-qafas, tfassal bl-intenzjoni li jiġi eventwalment ippreżentat għal konsultazzjoni pubblika.

Każini tal-Banda u Soċjetajiet Mużikali — kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru tiegħu biex, in vista ta’ diversi sentenzi tal-Qrati tagħna li qed jibdew jordnaw l-iżgumbrament ta’ diversi każini tal-banda u soċjetajiet mużikali (b’eluf ta’ membri u soċji milquta ħażin) minn binjiet mikrija lilhom għax ma jifilħux iħallsu l-kirjiet b’rati kummerċjali (li s-sidien tagħhom bi dritt kollu u skont il-liġi jippretendu li jirċievu) għall-inqas tiġi esplorata sitwazzjoni fejn tiġi kunsidrata l-possibbilità li jinstab mezz legali u soċjalment ġust (u li jkun konformi mas-sentenzi tal-Qrati u bla ma jiġu mittiefsa d-drittijiet tas-sidien) fejn il-Gvern jgħin lil dawn is-soċjetajiet mużikali biex iħallsu dak dovut, jekk tassew nemmnu li l-każini tal-baned u s-soċjetajiet mużikali huma essenzjali għall-qasam tal-volontarjat f’Malta u jikkontribwixxu mmens għall-kultura tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern permezz tal-Avviż Legali 195 tal-2014 diġa għamel riforma fis-sistema tal-kirjiet tal-każini u b’mod partikolari biex dawk il-każini li fihom issir attività kummerċjali jħallsu wkoll persentaġġ tat-turnover ġenerat minn dik l-attivita’ lis-sidien. Dan kien maħsub sabiex jintlaħaq il-bilanċ meħtieġ fir-relazzjoni bejn is-sidien u l-inkwilini f’każ ta’ każini. S’issa ebda każin ma ġie żgumbrat b’sentenza definittiva tal-Qorti u l-unika sentenza li hemm f’dan is-sens hija ta’ Qorti tal-ewwel istanza li għad trid tiġi skrutinizzata mill-Qorti Kostituzzjonali. S’intendi l-Gvern huwa konxju mill-valur soċjali u kulturali tal-ka¿ini u huwa mpenjat li jagħmel dak kollu li jista’ biex jippreżerva l-pożizzjoni tagħhom fir-rispett tad-drittijiet tal-partijiet kollha involuti.

Proposti fuq sentenzi Kostituzzjonali

Question

Wara l-mistoqsijiet parlamentari 11118 (fl-2014) u 13523 (f’Jannar tal-2015), jista’ l-Ministru jgħid: a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118) dwar proposta t’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Lokali Gudja– proġetti, inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27340, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba li għamel il-Kunsill Lokali tal-Gudja fl-2015 għall-post għall-uffiċini xierqa u aċċessibbli għall-amministrazzjoni tal-kunsill, hijiex se tkun milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet għaddiet komunikazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Gudja u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar dan fis-sena 2015. Meta l-Kunsill Lokali tal-Gudja kien intalab jidentifika postijiet alternattivi fil-Gudja biex iservu bħala uffiċini, il-Kunsill kien wieġeb li fil-Gudja m’hemm l-ebda post tal-Gvern mibni u vakanti li jkun jista’ jakkomoda lill-Kunsill. Il-Kunsill kien tenna li qed jistudja l-possibiltajiet vijabbli li l-bini tal-Kunsill jinbena f’parti minn Ġnien Raymond Caruana, jew inkella jinbena f’parti minn spazju mhux użat fil-ġenb tal-bitħa tal-iskola li jagħti fi Triq San Mark ma’ Triq iż-Żebbuġa. Il-Kunsill kien temm li “meta jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-lok, il-Kunsill jgħaddi għand id-Dipartiment sabiex tinkiseb id-devoluzzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.” Il-Kunsill Lokali tal-Gudja wara dan ma għamilx rikjesta għal devoluzzjoni għall-uffiċini.

Kumpanija – għoti ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-bżonn veru wara l-għoti tad-direct order ta’ €199,600 fit-2 ta’ Marzu 2016 lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Huwa korrett jingħad li din il-persuna hija impjegata tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi? Għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Il-Ministru ma jaħsibx li kien ikun iktar f’loku u indikat li tinħareġ sejħa pubblika għall-ammont hekk kbir ta’ flus mill-erarju pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi ic-cifra kwotata fil-mistoqsija tieghu u l-kuljom ikkwotat huma t-tnejn zbaljati. L-ammont ikkoncernat hu inqas minn dak imsemmi. Il-persuna imsemmija tithallas €119,600. Il-persuna, li hija ta' nazzjonalita' barranija, ma hix impjegata mad-ditta imsemmija izda tahdem eskussivament ghal-Identity Malta abbazi l-kredenzjali partikolari taghha. Ix-xoghol li taghmel din il-persuna jirrikjedi esperjenza vasta f’settur li hu nicca gdida ghal pajjizna. Din il-persuna ghandha hamsa u ghoxrin sena esperjenza fuq livell internazzjonali u qed taghmel xoghol ta materja kunfidenzjali. Barra minn hekk hija taghti ukoll tahrig u tizgura li l-proceduri adottati mill- unit li tahdem fih fl-agenzija Identity Malta jkunu tal-ghola livell internazzjonali.

Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar fil-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid minn Ġunju 2016 sal-lum? Tapprezza l-Ministru li dik li kienet waħda mill-isbaħ u fost l-ikbar pjazez f’pajjiżna, il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, ilha minn Jannar li għadda eyesore kbira biċ-chicken wire jdawwar nofsha wara li kienu nqalgħu s-siġar tal-parti t’isfel tal-Pjazza u issa ilha hekk, bla ebda tibdil ta’ xejn, minn Jannar li għadda?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27352

Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – programm tax-xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm dettaljat tax-xogħlijiet fil-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid minn issa sal-aħħar tas-sena?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-aġġudikazzjoni tat-tender għaldaqstant l-iskeda tax-xogħolijiet tkun tista tigi diskussa u imfassla ġa la darba jintgħażel il-kuntrattur li ser ikun qiegħed jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 12 PQ #27778 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station – sulphur content tal-fuel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tkun lesta, jew fiex waslet, l-inkjesta li kienet tħabbret f’Novembru 2013 u li qed titmexxa mill-ex Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar is-sulphur content tal-fuel tal-power station mixtri għall-perjodu wara Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta għadha għaddejja . L-Onorevoli Interpellant jifhem li din l-inkjesta hija waħda indipendenti u li l-Gvern ma jistax jindaħal lil min qed jagħmel l-inkjesta sabiex tiġi konkluża mingħajr ma jkunu ittieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha.

Ħatriet fil-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dati tal-ħatriet fil-Ġudikatura u l-ismijiet rispettivi tagħhom minn Marzu 2013 sad-data li fiha din l-interpellanza tkun imwieġba?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ħatriet li saru fil-Ġudikatura minn Marzu 2013, huwa kif hemm fit-tabella ta’ hawn taħt : SURNAME NAME PRESENT APPOINTMENT Bugeja Aaron Magistrate 14/06/2013 Galea Charmaine Magistrate 14/06/2013 Mizzi Antonio Judge 14/06/2013 Grima Edwina Judge 26/03/2014 Vella Cuschieri Joanne Magistrate 26/03/2014 Mintoff Lawrence Judge 17/07/2014 Grixti Giovanni Judge 05/06/2015 Hayman Miriam Judge 05/06/2015 Mifsud Joseph Magistrate 05/06/2015 Vella Monica Magistrate 05/06/2015 Frendo Dimech Donatella Magistrate 29/10/2015 Farrugia Frendo Caroline Magistrate 07/04/2016

Kamp tal-Infurzar tal-kuntratti — prijorità

Question

B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.