Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28401 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta’ Kawża

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27941, jista’ l-Prim Ministru jindika l-isem tal-kawża u f’liema Qorti nfetħet il-kawża (assumendo li nfetħet kawża) kontra Skanska?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interperllant illi l-Gvern aggixxa skont artiklu 7.1 tal-ftehim bejn l-FMS u Skanska JV iffirmat fid-19 ta’ Frar 2009 li jistabbilixi l-proċedura li għanda titiehed f’kaz ta’ disputa bejn il-partijiet.

Bejgħ tal-passaport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, wara li ġimgħa ilu fil-Parlament qal li l-pajjiż daħħal €310 miljun mill-bejgħ tal-passaporti, f’liema kont tal-Gvern qed jidhru dawn il-flejjes, jekk jidhrux fl-Estimi Finanzjarji ppreżentati fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 (liema diskors ġie moqri tliet ġimgħat ilu) u fil-każ fejn fl-Estimi Finanzjarji qed jidhru tali €310 miljun, u kemm hu l-ammont ta’ imgħax legali li l-pajjiż daħħal minn fuq din is-somma? F’liema kont qed jinżamm l-imgħax legali akkumulat u b’liema rata qed jiġi akkumulat tali imgħax?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi dak li qed jirreferi għalih bhala ‘bejgħ tal-passaporti’ mhuwiex bejgħ ta’ passaporti imma huwa Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment. It-€310 miljuni illi l-pajjiż daħħal minn dan il-Programm huma maqsumin kif ġej: €133,605,450.00 li kkontirbew għal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, €57,298,050.00 li marru fil-Fond Konsolidat, €12,822,000 fil-kont tal-Aġenzija u €10,311,000 li marru għand il-Konċessjonarju. Il-bilanċ jibqa’ dak ta’ €95,963,500 li jinsabu f’kont kurrenti tal-Aġenzija.

Ħal Tarxien – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ssuġġerixxa li tkun asfaltata Triq Ħal Luqa.

Raħal Ġdid – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27377 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola, fid-dawl tal-ftuħ għall-vetturi tat-triq mal-Baċir numru 7, issuġġerixxa lil Transport Malta li tkun asfaltata il-parti ta’ Triq il-Baċir minn Triq Għajn Dwieli sar-roundabout.
Leg 12 PQ #28137 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

SportsMalta — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO ta’ SportsMalta jew min qed jaġixxi bħala tali f’din il-kariga? Kemm għandu remunerazzjoni u perkaċċi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant huwa s-Sur Mark Cutajar li s-salarju u l-allowances tiegħu huma kif ġej: Salarju skala 3 li fl-2016 huwa €36,482.00 fis-sena Expertise allowance ta' €12,500.00 fis-sena Car allowance ta' €4,659.00 fis-sena Communication allowance ta' €1,600.00 fis-sena. Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-persuna kienet diġà inkluża fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28062. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.

Qorti ta’ Għawdex – avukat tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27417 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huwa l-avukat tat-tfal li jservi fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid għaliex m’hemmx avukat tat-tfal abbinat biss mal-Qorti ta' Għawdex u kull darba li jkun hemm każ dan irid jitla' minn Malta? Jista' jgħid f'kemm-il każ matul l-2015 u matul l-2016 sal-lum ġie appuntat avukat tat-tfal mill-Qorti ta' Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-preżent hemm żewġ avukati tat-tfal li jiġu nominati mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex. Irrid ngħid li matul l-2015 u l-2016 ma kien hemm ebda nomina mill-Ġudikatura ta’ Avukat tat-tfal fil-Qorti ta’ Għawdex.
Leg 12 PQ #28168 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2017 — miżuri - reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa tal-Gvern biex jippromwovi u jirreklama fuq kwalsiasi media, inkluż dik soċjali, il-miżuri tal-Budget 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kamp tal-Infurzar tal-kuntratti — prijorità

Question

B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirringrazzja lill-Onor Interpellant dwar id-domanda. Biex inkun onest, ninsab ftit sorpriz b’din id-domanda ghaliex naf kemm l-Onor Interpellant huwa attent u jsegwi b’reqqa x-xoghol tal-Parlament. Jaf ghalhekk li diga’ sar l-ewwel qari ta’ Abbozz ta’ Ligi li jemenda l-Att dwar il-Kumpaniji mill-kollega tieghi l-Ministru tal-Finanzi Prof Edward Scicluna u l-abbozz innifsu gie ppubblikat fit-18 ta’ Ottubru, 2016 jigifieri kwazi xahar ilu. L-ghan ta’ dan l-abbozz huwa li – nikkwota – “jittejbu l-processi ta’ rkuprar ghal kumpanniji registrati li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji”. Dan hu abbozz li, kif spjegat pubblikament, sar xoghol dwaru konguntivament mill-Ministeru tieghi u l-Minsiteru tal-Finanzi u nirringrazzja l-esperti kollha li hadu sehem f’din il-hidma teknika u important hafna. Irrid nispjega wkoll li fil-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, apparti mid-diversi emendi li saru fl-ahhar snin biex niffacilitaw il-processi ghal inforzar iktar effettiv tal-kuntratti u titli ezekuttivi li perswaz li l-Onor Interpellant jaf dwarhom, qed tigi evalwata l-proposta li sentenzi tal-Qorti jigu registrati awtomatikament entro terminu ta’ zmien b’ipoteka generali mid-Direttur Generali Qrati Civili u Tribunali.

Tender deadline

Question

B’referenza għar-rapport li deher fil-gazzetta The Times of Malta tal-21 ta’ Ottubru 2016 “Transport Ministry tender deadline extended by an hour”, jista’ l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jgħid dettaljatament x’passi ħa s’issa fuq dan il-każ? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Pulizija ġewx mitluba jintervjenu permezz ta’ rapport formali? Jista’ jgħid il-Ministru meta hu sar jaf b’dan il-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija hija relatat mal-Period Contract for the Supply and Delivery of Hydraulic, Engine and Transmission Oils to MSD for 2016-2018 li huwa kuntratt ta’ valur stmat b’mod approssimattiv bejn 25 u 30 elf ewro fuq perjodu ta’ 3 snin. Il-proċess tat-tender ġie sospiż wara li ntalbet informazzjoni minn Uffiċjali fi ħdan il-Ministeru u wara li kien hemm korrispondenza mad-Dipartiment tal-Kuntratti f’dan ir-rigward. Dwar dan il-każ ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta indipendenti skont is-setgħat mogħtija permezz ta’ Artiklu 3(ċ) tal-Att dwar l-Inkjesti. Il-Pulizija ma ġewx mitluba jintervjenu fid-dawl tal-fatt li ġie maħtur Bord ta’ Inkjesta indipendenti bil-għan li jmexxi inkjesta b’termini speċifiċi għal dan il-każ. Se nkun qiegħed nevalwa r-rapport tal-inkjesta meta jkun lest u f'każ li jkun hemm bżonn jittieħdu l-passi kollha meħtieġa. Dan il-każ sirt naf bih fl-istess data li l-Ministeru rċieva mistoqsijiet dwaru mill-ġurnal The Times of Malta, ċjoe’ fl-20 ta’ Ottubru 2016.

Rapid Intervention Unit – membri bil-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li kull membru tar-Rapid Intervention Unit (RIU) għandu liċenzja tas-sewqan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi fir-Reġistru tal-Artijiet li kienu għadhom pendenti sal-aħħar ta' Settembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma li Onor. Interpellant li hemm diversi raġunijiet għal dan inkluż: · Żieda sostanzjali fix-xogħol minħabba attivita ikbar fis-settur tal-proprjetà · Numru sinjifikanti minn dawn il- files qed jistennew azzjoni mill-applikanti u/jew terzi persuni (eż. periti, nutara, werrieta) · Din l-amministrazzjoni wirtet sitwazzjoni tal-biki b’sistemi ta’ IT skaduti u backlog ħafna ikbar milli hemm illum Hemm pjan biex issir ri-organizazzjoni fid-Dipartiment bil-għan li l-backlog ikompli jonqos u jsaħħaħ l-operat ta’ dan id-dipartiment

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament x'sar wara t-tweġiba tiegħu għall-interpellanza 24038 biex jiġi indirizzat il-backlog qawwi fir-Reġistru tal-Artijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellanti li Identity Malta lestiet pjan ta’ azzjoni biex isir ristrutturar fid-dipartiment u jkun hemm ukoll reklutaġġ ta’ persuni ħalli dan il-backlog jkompli jonqos gradwalment. Is-sistema tal-Land Registry tal-ICT ilha minn 1992. L-aħħar aġġornament fil-mapep kien sar fl-2008. Is-sistema tal-IT ma tiflaħx għad-domanda tal-lum. Beda l-proċess sabiex tiġi aġġornata s-sistema kollha tas-sistema tal-IT tal-Land Registry u bħalissa għaddejjin mill-fażi tar-rekwiżiti għal sistema ġdida Din il-ġimgħa (2Nov16) bdejna nħaddmu x-xiri ta’ pjanti online fuq pjanti aġġornati tal-PA Din hija l-ewwel pass fir-ristrutturar tas-sistema tal-IT Is-sistema kollha (inkluż l-antika) se tibqa tiffunzjona fuq il-pjanti aġġornati fi ftit ġimgħat. B’hekk ma jibqax ikun hemm anomaliji serji bejn il-mapep tal-Land Registry, PA u Lands.

Santa Luċija – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27381 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Santa Luċija sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li ssuġġerixxa li tkun asfaltata Triq il-Pepprin.

Il-Gudja – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Gudja sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li ssuġġerixxa li jkunu asfaltati Triq tal-Lampat, Triq Filippu Castagna u l-parti ta’ Vjal it-Torri għal Triq Ħal Resqun.

Direct Orders awtorizzati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma kif elenkati u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li numru sostanzjali ta’ direct orders ikollhom jingħataw minħabba li l-għażla tal-artisti hi prassi normali taħt kull amministrazzjoni li tkun b’mod dirett ibbażata fuq il-metu tagħhom artistiku. Procurement Policy Note 17 dwar il-ħruġ tad- Direct Orders maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti tirrikonoxxi dan il-fatt. Kull direct order li ngħatat hi skont id-direzzjoni f’din il- Policy Note .

Qrati – impjegati – azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fis-seħħ bħalissa, ordnati fuq l-impjegati tal-Qrati f’Malta u f'Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bord tal-Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol li għamel il-Bord tal-Koperattivi matul l-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala ħidma mil-Bord tal-Koperattivi matul l-2016: 1. Ġew reġistrati ħames (5) koperattivi ġodda. 2. Kompla ix-xogħol fuq l-irwol regolatorju tal-Bord sabiex titjieb il-Governanza fis-settur, inkluz l-involviment tal-assoċjazzjonijiet rapprezentattivi. 3. Il-Bord tal-Koperattivi ssottometta r-rakkomandazzjonijiet fuq ir-riforma tal-Avviz Legali li jirregola l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi lill-Gvern, liema Avviz Legali huwa mistenni li jiġi fis-seħħ fil-jiem li ġejjin. 4. Tnediet kampanja promozzjonali tal-kunċett koperattiv permezz tal-mezzi tax-xandir u wkoll permezz ta’ ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.