Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli li ġudikant li jippresjedi Tribunal, u li allura suppost juri imparzjalità soġġettiva u oġġettiva, jikteb pubblikament fuq materji ta’ kontroversja politika u jattakka bil-miktub pubblikament lil ċertu politiċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Jekk l-Onorevoli Membru jidhirlu li sehh xi aġir li jġib nuqqas ta’ apparenza ta’ imparzjalità jew ta’ indipendenza ta’ President ta’ xi Tribunal li jeżerċita funzjonijiet ġudizzjarji huwa jista’, jekk irid, jagħmel ilment mal-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Avukat Ġenerali – persuni li ġew dikjarati bħala whistleblower
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata l-istatus ta’ whistleblower skont il-liġi wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kamra tal-Avukati – komunikazzjoni – ilmenti ta’ avukati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa wara din il-komunikazzjoni tal-Kamra tal-Avukati ta’ ġimgħa ilu wara ħafna ilmenti ta’ avukati prattikanti fil-Qrati tagħna “Given the considerable flow of complaints from members, the Chamber of Advocates, through its Secretary Dr Stefan Camilleri, has written to Mr Emmanuel Sciriha, Director and Registrar of the Court to bring to his attention the situation whereby the taxed bills of costs are taking too long to be issued, a problem that seems to owe to a lack of adequate human resources. The Chamber will keep you updated with any developments in this regard.”?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Qrati Ċivili u Tribunali ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li jkun hemm numru adegwat ta’ impjegati sabiex jinħaddmu t-taxxi tal-kawżi. Id-dewmien fit-tħejjija tat-taxxi li kien hemm ġie minħabba li wieħed mill-impjegati talab li jitneħħa mis-sezzjoni minħabba raġunijiet personali, u l-amministrazzjoni ħasset li kien hemm raġunijiet ġustifikati biex din il persuna titneħħa. Kellha għalhekk tinġieb impjegata minn sezzjoni oħra sabiex tagħmel ix-xogħol ta’ dan l-impjegat. Wieħed irid jifhem li sakemm dan sar u ingħata taħriġ lil din l-impjegata r-ritmu tax-xogħol kellu jaqa’ xi ftit lura.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ġab lura lill-impjegat li kien hemm originarjarment, anke jekk għal żmien temporanju, sakemm ix-xogħol li hemm b’lura jiġi għan-normal.”
Avviż Legali dwar Billboards – konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’seħħ mill-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika mħabbar fl-aħħar ta’ April 2016 biex l-Avviż Legali (ippublikat ftit ġimgħat qabel) li jirregola l-billboards ikun emendat? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Avviż Legali l-ġdid, frott dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li bħala riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Avviż Legali 103 tal-2016, il-Gvern irċieva numru ta’ sottomissjonijiet u saru diversi laqgħat mal-istakeholders biex jiġu ċċarati xi punti dwar l-Avviz Legali eżistenti u kif jista’ jiġi emendat. L-Avviż Legali ġdid qed jiġi ffinalizzat u għandu jkun ippubblikat għal konsultazzjoni fi żmien qasir.
Ministeru għat-Turiżmu — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30335 u 29916 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm tlett persuni f’position of trust u tmintax bħala persons of trust.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30036 u 29917 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru Għat-Trasport u l-Infrastruttura hemm 10 persuni f’ position of trust u 14-il persuna bħala person of trust.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-linji tat-telefon tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilhom ħmistax bil-ħsara, minkejja diversi ilmenti li saru mal-amministrazzjoni tal-Qrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ħsara fuq din il-linja kienet rapurtata nhar it-2 ta’ Jannar 2017 fejn dakinhar stess kienet rapurtata lill GO. Din il-ħsara issewwiet fi żmien ġimgħa. Fil-fatt irriżulta li ma kien hemm ebda ħsara imma kien hemm il-wire tat-telefon maqlugħ minn mal-wallport.
Imbagħad reġgħet ġiet rapurtata ħsara f’din il-linja nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017 u din il-ħsara ġiet rapurtata dakinhar stess lill GO. It-technician tal-GO ġie jsewwi l-ħsara nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar. Il-ħsara kienet ikkaġunata minn wire difettuż tal-handset li għalkemm ma affettwax il-linja kien qed ikun hemm xi ħsejjes waqt li tkun qed issir it-telefonata.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30037 u 29918 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Minsteru hemm 62 persuna f’position of trust u 4 persons of trust. Dawn l-ammonti jinkludu l-membri tas-Segretarjat tieghi u kif ukoll il-Court Attorneys li kollha li jinghazlu u jinhatru skont il-fiducja tal-Imhallfin.>
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30038 u 29919 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru hemm 12 il-persuna f’position of trust u 22 persuna person of trust. Magħhom hemm inkluż ukoll dawk illi ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30039 u 29920 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar hemm 18-il persuna bħala person of trust.
Ministeru għas-Saħħa — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29925 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru hemm 4 full time equivalent f’position of trust u 15 bhala person of trust.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29926 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru tiegħi, hemm 2 persuni f’position of trust u 8 persuni bħala persons of trust.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29927 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ghall-Kompetittivita u Ekonomija Digitali, Marittima u tas-Servizzi hemm 3 persuni f’position of trust u 13 il-persuna f’person of trust.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — person of trust u position of trust
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29928 u tgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tagħha sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm zewġ persuni f’position of trust u sittax-il person of trust.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29954, 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30034 u 29915 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm 8 persuni f'position of trust u 10 persons of trust.
Presepju Malti fil-Vatikan – persuni preżenti għall-inawgurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn kwalsasi entità, aġenzija jew dipartiment li jaqgħu taħtu, kienu preżenti għall-inawgurazzjoni tal-Presepju Malti fil-Vatikan f’Diċembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni, apparti jiena, kienu tlieta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27944 u 28400 u ċjoè: Wara l-mistoqsijiet parlamentari 11118 (fl-2014) u 13523 (f’Jannar tal-2015), jista’ l-Ministru jgħid:
a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118) dwar proposta t’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u
b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-xogħol indikat fir-risposti msemmija f’din l-interpellanza għadu għaddej.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29921 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima hemm tnax-il (12) persuna f’position of trust u tlieta u ħamsin (53) person of trust. Ma’ dawn hemm inkluż dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew.
Ministeru għal Għawdex — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm (7) seba’ persuni f’position of trust u (19) dsatax-il person of trust.