Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi:
Coordinator of Works
Head of the Project Development and Coordination Unit (PDCU) & Project Leader (ERDF 104)
Coordinator of Works (Public Convenience)
Coordinator of Works (Northern Region)
Assistant Manager
3 Secretariat Pool
2 Ministry Coordinator
Communications Secretary
Head of Customer Care
Assistant Private Secretary
Secretariat Officer
Jista’ l-Ministru jara li Triq Santa Marija f’Ħal Tarxien (speċjalment fil-parti ta’ quddiem il-Miracle Foods sal-ġnien pubbliku) tiġi asfaltata suret in-nies mill-iktar fis, peress li issa żviluppaw wisq ħofor fondi, li huma ta’ periklu serju għal kulħadd?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Assistent Ġudizzjarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jieqaf minn ħidmietu f’Ġunju li ġej? Meta jieqaf dan l-individwu, kemm se jkun hemm Assistenti Ġudizzjarji? Jekk huwa minnu li dan l-individwu se jieqaf fis-sajf li ġej, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġi evitat li x-xogħol fil-Qorti tal-Familja jieqaf ġaladarba ma jkunx hemm iktar Assistenti Ġudizzjarji, kif ikkumentat minn fuq it-Tribuna dan l-aħħar, Imħallef partikolari?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Assistent Ġudizzjarju imsemmi ser jispiċċa f’Ottubru ta’ din is-sena. Fil-preżent hemm erbgħa (4) Assistenti Ġudizzjarji full time u għaxra (10) Assistenti Ġudizzjari part time. Bħalissa l-Amministrazzjoni għaddejja bil-proċedura ħalli jiġu ngaġġati Assistenti Ġudizzjarji fuq bażi “part time”.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Avukat Ġenerali – persuni li ġew dikjarati bħala whistleblower
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30852 u jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata l-istatus ta’ whistleblower skont il-liġi wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm okkazjoni waħda meta l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata status ta’ Whistleblower taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur (Kap 527) u dan sar fil-31 ta’ Marzu 2015 u sussegwentment fis-26 ta’ Mejju 2015 kien inħareġ ċertifikat ieħor li kien jestendi l-perijodu li dwaru din il-persuna setgħet tixhed b’ immunita minn prosekuzzjoni taħt l-imsemmi Att.
Infurmat ukoll li minn Marzu 2013 sa llum l-Avukat Ġenerali ħareġ ċertifikati lil persuni taħt l-Artikolu 19 tal-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex dawn il-persuni jixhdu fi proceduri kriminali taħt immunita minn prosekuzzjoni dwar atti ta’ korruzzjoni fis-segwenti dati u kwantitajiet:
6 persuni – fil-5 ta’ Marzu 2014
15 il-persuna – fit-18 ta’ Gunju 2014
18 il-persuna – fl-1 ta’ Lulju 2014
10 persuni – fil-15 ta’ Dicembru 2014
11 il-persuna – fis-16 ta’ Marzu 2015
Avukat Ġenerali – persuni li inħarġilhom ċertifikat ta’ immunità
Question
Jista’ jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tinħarġilha ċertifikat ta’ immunità minn prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni minn wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor.Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30346, 29954, 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29913 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kollu hemm 23 persuna f’position of trust u 60 person of trust. Ma’ dawn hemm inkluża persuni li gew ingaġġati rizultat tal-impenji tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew.
Infakkar lill-Onor Interpellant li fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li huwa kien jagħmel parti minnha, fis-Segretarjati Privati biss tal-Prim Ministru u taż-żewg Segretarji Parlamentari li kellu mieghu, li għadhom membri ta’ din il-Kamra sal-lum, kien hemm 62 persuna f’position of trust jew bhala persons of trust. U dan fi żmien meta pajjizna ma kellux l-impenji li ġġib magħha l-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — person of trust u posuition of trust
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29914 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament, hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30237 u 29924 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm 2 persuni f’position of trust u 18 persons of trust. Ma’ dawn hemm inkluz dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'taħriġ għall-istaff qiegħed isir ġewwa l-Uffiċċju Elettorali? Jista' l-Prim Ministru jgħid ġietx ingaġġata kumpanija privata biex tipprovdi dan it-taħriġ u b'liema mod sar dan l-ingaġġ? X'inhu l-ħlas li l-Uffiċċju Elettorali mistenni jagħmel għal dan is-servizz mingħand din il-kumpanija privata?
Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-Pulizija li jieħdu stqarrijiet tas-suspettati qegħdin jesebixxu fil-Qorti tal-Maġistrati, sempliċi DVD tal-interrogatorju u mhux ukoll l-istqarrija traskritta bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ninsab infurmat li l-liġi u cioe Artiklu 658 tal-Kodiċi Kriminali, ma’ jagħmel l-ebda referenza li l-Pulizija li jieħdu stqarrijiet tas-suspettati, iridu jippreżentaw traskrizzjoni tal-istqarrija biex tiġi esebita` fil-Qorti tal-Maġistrati, barra milli jesebixxu DVD tal-interrrogatorju. Madankollu il-Magistrat jista’ jordna li ssir traskrizzjoni tad-DVD esebita` mill-prosekuzzjoni fil-kawża per se. Dan ifisser illi l-Pulizija qed tagħmel dak kollu li huwa mitlub fil-parametri tal-liġi.