Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31199 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu -Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna illi d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatat l-ebda xogħol legali u l-ebda xogħol ta’ konsulenza f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, sad-data li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol legali lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħu ma tat xi xogħol legali bi hlas lil-avukat li d-dettalji dwaru qed jinghataw separatament, jew mid-ditta legali tieghu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali -Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fis-sena 2013 u fl-2014 ma kien hemm l-ebda xogħol legali jew ta’ konsulenzi. Il-Ministeru, fis-sena 2015 bejn Ġunju u Diċembru ħallas l-ammont ta’ €1672.65 u fl-2016 għax-xhur ta’ Frar, Marzu, Mejju u Lulju ħallas l-ammont ta’ €722.75.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Positions of trust

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Il-persuni li huma position of trust fil-Ministeru huma; Communications Secretary, Personal Driver / Security Officer.
Leg 12 PQ #31194 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mogħtija lill-persuna msemmija matul il-perjodu indikat jammonta għal €20,089. Dawn il-konsulenzi ngħataw fl-2016 u fl-2017 lill-ARMS Ltd.
Leg 12 PQ #31195 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31194.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma xtara ebda servizzi legali mill-avukat konċernat jew mid-ditta legali tiegħu fil-perjodu msemmi.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru permezz tas-segretarjat parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31196.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Il-lista tinkludi s-Segretarjat Privat tiegħi, is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, uffiċjali ingaġġati b’mod temporanju matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, u kif ukoll uffiċjali tekniċi li jaqdu dmirijiet fl-oqsma tal-ambjent, l-iżvilupp rurali, is-sajd, il-ħarsien tal-annimali, ir-regolazzjoni veterinarja u s-saħħa tal-pjanti fost l-oħrajn.
Leg 12 PQ #31179 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsijiet parlamentari 29335 u 31348.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol il-persuni ingaġġati f’position of trust huma kif se nsemmi: Segretarjat tal-Ministru - 2 (Segretarju Privat u Assistent Segretarju Privat) Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari - 2 (Segretarju Privat u Ko-ordinatriċi)
Leg 12 PQ #31181 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ persuni li jokkupaw position of trust fil-Ministeru tiegħi għandhom il-kariga ta’ Ministry Coordinator u Secretariat Officer.
Leg 12 PQ #31182 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-positions of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Private Secretary; Secretariat Officers; Personal Driver/Security Officer.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-positions of trust li hemm fil-Ministeru huma : Personal Assistant to Permanent Secretary, Administrative Coordinator, IT Officer, Project Manager u Administrative & Support Officer.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-positions of trust fil-Ministeru tiegħi huma : Chief of Staff Private Secretary Personal Assistant & Head Customer Care Co-ordinating Officer 2 Secretariat Officers Secretariat Messenger Driver/Security
Leg 12 PQ #31173 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant, il-karigi/xogħol illi tat-tlett persuni f’position of trust fil-Ministeru għat-Turiżmu huma: Deputy Chief of Staff, Ministry Coordinator u Secretariat Officer.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni fil-Ministeru tiegħi li huma bħala position of trust jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet; Chief of Staff Private Secretary 2 Secretariat Messenger 3 Secretariat Officer 2 Personal Drivers / Security Officers Secretariat Messenger / Charwoman