Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm id-dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa peress li diversi ġenituri qaluli li filgħaxija jkun hemm dlam li tista’ toqtol u tidfen?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li SportMalta qed tħejji pjan biex ikun hemm dawl fid-daħla tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.
Forzi Armati ta’ Malta – responsability allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min, fil-Forzi Armati ta' Malta, hu intitolat għall-ħlas ta' responsibility allowance u kemm hi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-responsibility allowance qed tingħata lill-Kmandant, Deputat Kmandant, Kulunelli u Logutenenti Kulunelli. Din hija daqs ir-responsibility allowance applikata fejn meħtieġ għad-Diretturi u Diretturi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku.
Forzi Armati ta’ Malta — LT Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander – pakketti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander tal-Forzi Armati ta’ Malta, wara d-deċiżjoni meħuda ftit jiem ilu biex dawn jingħataw żidiet fl-allowances imħallsin lilhom? Liema huma l-allowances ġodda li se jingħataw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju tal-Lt Colonels, Colonels, Deputy Commander u Commander hu marbut ma’ dawk illi qed jokkupaw karigi ta’ headship fis-servizz pubbliku u cioe, ma’ skala ta’ salarju 2, 3 u 4. Dawn ir-ranks diġa kellhom l-iskala tas-salarju iżda mhux il-benefiċċji li diġa jgawdu Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-servizz pubbliku.
Wara li fil-21 ta’ Ġunju 2013 f’laqgħa pubblika l-Ministru ġie kkwotat jgħid : “A pedestrian crossing over the Mrieħel bypass will include solar-powered lifts, accoring to Infrastructure Minister Joe Mizzi. He made the announcement yesterday during a public consultation meeting at Auberge de Castille in Valletta, when he also displayed a desgin of the proposed bridge.” jista’ jgħid fejn hu dan il-bridge tant imwiegħed minnu fil-bypass tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pedestrian Footbridge qiegħed jiġi mmanifatturat ġewwa l-impjant tal-kuntrattur. Bdew ukoll ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq is-sit identifikat tul il-Bypass tal-Mrieħel. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena.
Ninfurmah ukoll li saret talba lill-Ministeru biex meta jitlesta dan il-bridge, dan jissemma’ għal Emma Housley u Graziella Fenech, li kienu tilfu ħajjithom f’ inċident fatali f’ Awwissu tal-2005. Il- Ministeru qed jevalwa din it-talba.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — Kunflitt ta’ interess fl-audit ta’ frodi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa wara rapport fit-Times tas-27 ta’ Frar 2017 dwar kunflitt ta’ interess fl-audit tal-frodi fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada min-naħa tal-IAID?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Direct orders lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders li ngħataw wara l-2013 minn kull dipartiment li għalih iwieġeb hu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw u kemm kull wieħed?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li d-direct orders li ngħataw lill-kumpanija indikata kienu dawn:
1. Tibdil u Installar mill-ġdid ta’
Network
ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u ċ-Ċentru li jilqa’ liż-zgħażagħ sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aħjar taż-żewġ postijiet fejn jinżammu dawk il-persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza. Din għadu għaddej ix-xogħol fuqha u ser tiġi tiswa €880,000 (VAT eskluż) u l-approvazzjoni finali għal dan ix-xogħol ingħatat fl-14 ta’ Diċembru 2016.
2. Provvista u installazzjoni ta’ tagħmir għall-interrogazzjoni fi tmien (8) għases tal-Pulizija li l-valur tagħha jammonta għall-€35,623.55 (VAT inkluż) u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi ngħatat fit-28 ta’ Novembru 2016.
B’referenza għall-impjegati ta’ Heritage Malta li ngħataw promozzjoni fl-2016 u fl-2017 (s’issa) f’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ilhom impjegati ma’ Heritage Malta, u fejn kienu jaħdmu qabel ma’ bdew jaħdmu ma’ Heritage Malta f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31159 u jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31155 u jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31236 rigward ħaddiema fuq bażi ta’ persons of trust.
Ministeru għat-Turiżmu — Persons of trust - kariga
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31157, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħu, u dan peress li uża l-kelma "jinkludu"?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 31157.
Ministeru għal Għawdex — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31163 u ċjoè jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31164, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persons of trust apparti dawk li hemm imniżżlin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inklużi d-Direttorati u d-Dipartimenti li jaqgħu taħthom, hemm persons of trust oħrajn li jkopru karigi fl-oqsma li ġejjin: Advisor, Manager, Task Officer, Support Officer u Maintenance Grants Co-ordinator.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31151 u 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31150 u 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31025 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq Santa Marija f’Ħal Tarxien (speċjalment fil-parti ta’ quddiem il-Miracle Foods sal-ġnien pubbliku) tiġi asfaltata suret in-nies mill-iktar fis, peress li issa żviluppaw wisq ħofor fondi, li huma ta’ periklu serju għal kulħadd?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jitlob lil Transport Malta jekk hemmx xi garanzija tal-kuntrattur fuq ix-xogħol li kien sar fuq it-triq imsemmija mill-Gvern Ċentrali madwar is-sena 2008, sabiex tkun tista tissewwa mill-kuntratur li għamel ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol imwiegħed fil-Crafts Village ta' Ta' Qali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess għaż-żvilupp tal-Crafts Village ġie approvat mill-PA.
Numru ta’ DNO’s għaż-żvilupp ta’ units inħarġu wkoll u sejrin jibdew jinbnew fil-ġranet li ġejjin.
Ir-Rapport ta' evalwazzjoni tal-Kuntratt għas-servizzi ta' konsulenza fid-disinn u supervizzjoni ġie approvat mid-DOC fit-28 ta' Frar.
It-tender għal Enabling Works ta' xogħlijiet ta' dranaġġ ġie ppublikat fid-29 ta' Frar 2017 u dan jagħlaq fl-14 ta' Marzu 2017.
Appik ukoll li joħroġ l-ewwel stadju ta' Tender b'Competitive Dialogue għax-xogħlijiet ta' infrastruttura neċessarji għal dan il-proġett.