Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-mammography unit? Lil kemm-il pazjenta tista' tagħti servizz kuljum? Kemm kienu l-pazjenti li għamlu użu minn dan il-unit minn meta twaqqfet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mammography unit fl-Isptar San Luqa beda jiffunzjona fl-1995.
Għall-bidu kien jsiru ħames mammograms kuljum, magħhom kienu jsiru wkoll każijiet urġenti. Illum, in-numru żdied għal 8 kuljum flimkien ma' każijiet urġenti.
In-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz mill-1995 sa issa hu ta' madwar 5,500. Ma' dawn wieħed irid iżid 50 oħra li kellhom bżonn `percutaneous mammography guided wire localization' għad-dijanjosi bikrija ta' kanċer tas-sider.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta tal-pulizija fuq l-inċident li ġara fil-post li llum huwa l-istabbiliment Galleria, il-Fgura (ta' l-Eden Leisure u Farsons), liema inċident ġara fit-18 ta' Frar, 1997, ġietx magħluqa? Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi ħadd?
Minħabba li għaddew kważi sentejn minn dan l-inċident fejn tilef ħajtu Paul Bonello u weġġa' serjament Vince Buhagiar (missier ta' żewġt itfal, li bid-diżabilita' li għandu issa ma jistax jaħdem u għadu ma ngħata l-ebda kumpens), jista' jsir xi ħaġa biex f'każijiet bħal dawn, speċjalment fejn l-insurances ma jikkomparawx, ikun meħtieġ li dawn l-istabbilimenti jkollhom assikurazzjoni partikolari f'kull każ u li l-assikurazzjoni tkun obbligata li twieġeb billi tagħti raġunijiet ċari u tagħti wkoll informazzjoni sħiħa dwar it-tip ta' assikurazzjoni li jkun hemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta tal-Maġistrat rigward dan l-inċident ġiet magħluqa u ser jittieħdu proċeduri kriminali.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li la l-Att ta` 1998 dwar il-Kummerċ ta` l-Assigurazzjoni lanqas l-Att ta` 1981 dwar l-Impriża ta` l-Assigurazzjoni, imħassar bl-Att ta` l-1998 ma hemm dispożizzjonijiet dwar assigurazzjoni obbligatorja.
Madankollu, hemm xi liġijiet, fosthom xi liġijiet tal-Pulizija, li għandhom dispożizzjonijiet sabiex meta jingħataw liċenzji jew permessi min jagħtihom jista` jagħmel kondizzjonijiet xierqa fosthom li tittieħed polza ta` l-assigurazzjoni biex tkopri inċidenti bħalma semmiet l-Onorevoli Membru.
Iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta` Malta bħala l-Awtorita` kompetenti għal l-għanijiet tal-leġislazzjoni ta` l-assigurazzjoni jidħol biss meta jirċievi ilmenti dwar xi kumpannija ta` l-assigurazzjoni li tagħmilha diffiċli li twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-polza.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sa llum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali? Min kienu? Meta nqabdu? Meta tressqu l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika li tmur tant lura fiż-żmien.
09.12.98(pm)
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1776 fejn il-Ministru għall-mistoqsija tiegħi jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar oġġezzjonatx għall-esproprjazzjoni ta' biċċa art u barumbara li qed timbarra Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar, irrisponda li:
"skond l-Att Nru 1 ta' l-1992 m'hemm bżonn ta' ebda permess/kunsens ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-esproprjazzjoni ta' art"
u minħabba li għall-mistoqsija parlamentari numru 26387 tal-15 ta' Mejju 1995 il-Ministru ta' dak inhar kien irrisponda li:
"Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex wara li jaċċerta li m'hemmx xi oġġezzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jibda l-proċeduri sabiex tiġi esproprjata biċċa art u barumbara li qed timbarra Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar"
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbdewx il-proċeduri sabiex tiġi esproprjata din il-biċċa art?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellanti qed tirreferi għall-art li tidher immarkata fuq il-pjanta tad-Dipartiment ta' l-Artijiet L.D. 182/74, ninsab infurmat li l-avviż ta' l-Akkwist ta' Art ġie ppublikat fis-17 ta' Settembru, 1974.
07.12.98pm
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sal-lum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali? Min kienu? Meta nqabdu? Meta tressqu l-qorti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura m'huwiex f'pożizjoni li jagħti risposta minħabba li ma jżommx records billi f'każi simili hu jigi nvolut biss bħala xhud.
Għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar oġġezzjonatax għall-esproprjazzjoni ta' biċċa art u barumbara li qed timbarra, Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-Att Nru.I ta' l-1992 m'hemm bżonn ta' ebda permess/kunsens tal-Awtorita' tal-Ippjanar għall-esproprjazzjoni ta' art.
30.11.98
Billi riċentement intqal minn Uffiċjali għolja tal-Gvern li dawk li applikaw biex jimlew karigi għoljin fiċ-Ċivil m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) Kemm hemm postijiet (posts) ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fis-Servizz Pubbliku; (b) Kemm minn dawn il-postijiet huma mimlija b'mod permanenti u kemm huma vakati u liema huma f'kull każ; (c) X'inhuma l-kwalifiki li qed jistenna u l-kriterji li beħsiebu japplika fl-għażla tagħhom f'kull kariga u f'kull każ; (d) X'inhuma l-kwalifiki li, fl-opinjoni tal-Gvern, dawk li applikaw għal headship positions fl-aħħar ta' Marzu li għadda jonqoshom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li n-numru ta Segretarji Permanenti,
Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-Servizz Pubbliku huwa
ta' 14, 14 u 108 rispettivament - total ta' 136. In-numru
ta' postijiet li mhumiex mimlija huma: Segretarju
Permanenti - 1, Diretturi Ġenerali - 2, u Diretturi - 31.
Dawn il-postijiet qed jiġu riveduti biex jirriflettu l-
ħtiġijiet tal-Ministeri tal-lum. Is-sejħa għal 21 minn
dawn il-postijiet battala kienet saret permess taċ-
Ċirkulari OPM 13/98 li ħarġet fit-30 ta' Marzu 1998 u
għalqet fl-24 ta' April 1998. Saru 343 l-applikazzjoni
minn 165 l-applikant għal dawn il-21 postijiet. Kopja
tal-lista tal-vakanzi li kien hemm maċ-Ċirkulari hija
annessa ma' din it-tweġiba bħala Anness A. Lista tal-
postijiet l-oħra hija annessa bħala Anness B.
Il-ħatriet għal dawn il-postijiet isiru skond u fuq il-
kriterji li hemm fil-provedimenti tal-Kostituzzjoni u fir-
Regoli tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor
Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru
194 fit-2 ta' Novembru 1998.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ ta' impjegati mas-settur pubbliku, kemm maċ-ċivil u kemm mal-korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali u tal-Gvern u kemm mal-Korpi statutorji indipendenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif weġibt għall-mistoqsija numru 286 fit-2 ta' Novembru,
il-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ fis-Settur
Pubbliku kollu hija li dan l-ingaġġ jiġi ristrett għal
dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l-
funzjonijiet strateġiċi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji tal-kabinett mill-Indipendenza 'l hawn, x'responsabbiltajiet oħra kellhom fis-servizz pubbliku u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li kien hemm ħdax l-uffiċjal pubbliku li
serva bħala Segretarju tal-Kabinett mill-Indipendenza l
hawn.
Qiegħed nagħti l-ismijiet u l-kwalifiċi akkademiċi
tagħhom kif ukoll ir-responsabbiltajiet uffiċjali oħra li
wħud minnhom kellhom waqt li okkupaw din il-kariga:
Hon Edgar Cuschieri CBE u Official Secretary u wara
Segretarju Amministrattiv
Chev Edgar Cassar
Mr Maurice Abela BSc Econ MBE
Mr Joseph Camilleri BPharm u Segretarju Privat tal-Prim
Ministru
Mr Albert Agius Ferrante LP u Segretarju Amministrattiv
Mr Edmond Micallef u Segretarju Amministrattiv
Mr Joseph Sammut BA (Hons) Econ u Segretarju Amministrattiv
DPA
Mr George W Borg u Segretarju Ġenerali u wkoll
Segretarju Amministrattiv
Mr Joseph R Grima u għal xi żmien Segretarju
Permanenti u Segretarju
Amministrattiv
Mr Alfred Fiorini Lowell
Mr Joseph Zammit MA BA(Hons)
Econ
ACISA DInst M HCN CPAA
Jista' l-Ministru jara li l-persuna responsabbli tara li titwaħħal bozza fl-isqaq wara Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun fejn fis-satra tal-lejl qed isiru ċertu abbużi u qed jinħoloq ħafna inkonvenjent għall-ġirien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Diġa twaħħlet lampa fl-isqaq msemmi mill-Onor. Membru. It-talba għal aktar dawl f'dan l-isqaq ser tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm nisa mpjegati fid-Dipartiment tal-Customs & Excise? Jista' jgħid ukoll xi jsir meta jkun hemm bżonn ta'personal searches fuq nisa li jkunu għadhom kemm waslu fl-ajruport jew fis-sea port minn barra l-pajjiż? Jekk dawn is-searches isiru, jista' l-Ministru jgħid min jagħmilhom?
Response (DALLI, JOHN)
Kull meta kien hemm eżami għall-fizjali fis-sezzjoni tal-Customs Class dawn kienu miftuħin kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Minkejja dan qatt ma` daħlu nisa fizzjali. Bħal issa qed isir studju dwar il-possibilita ta` kif jistgħu jiġu mpjegati nisa f`din is-sezzjoni.
Meta jkun hemm il-bżonn li jsir tfittxija fuq xi mara jissejħu il-Pulizija nisa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jiġu introdotti amendi fil-kodiċi ċivili sabiex id-dikjarazzjoni ta' paternita' tal-wild ma tibqax unilaterali, liema amendi kienu ġew proposti mill-Amministrazzjoni preċedenti u kellhom jiġu nklużi f'abbozz aktar wiesgħa ta' amendi għall-kodiċi ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-preżent il-Gvern qiegħed jeżamina l-proposti leġislattivi li kienet ħejjiet l-amministrazzjoni preċedenti. Wara li dawn jiġu diskussi, u jekk kemm il-darba il-Gvern preżenti jkun jaqbel magħhom, isiru l-aġġustamenti meħtieġa ħalli dawn il-proposti jkunu jirreflettu l-policies ta` dan il-Gvern.
Eventwalment jiġu ppreparati l-abbozzi ta` liġi relattivi sabiex imbagħad jitressqu għall-approvazzjoni ta` dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-nisa li mietu bil-kanċer tas-sider u x'kienet l-eta' tagħhom meta mietu, sena b'sena, f'dawn l-aħħar 20 sena? Jista' l-Ministru jaqsam il-każi skond ir-reġjun fejn kienu joqogħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1991 sal-1997 f'Malta u Għawdex mietu 595 mara minhabba f'kancer tas-sider. Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli interpellant jidhru hawn taħt. It-tagħrif ta' qabel l-1991 kien jinħadem mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika tali mod li ma jistgħux jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Inwiet minn kanċer tas-sider tan-nisa, skond l-eta', 1991-1997
Sena
____________________________________________ _________
Eta' 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 Total
___________________________________________ __________
25-29 1 0 0 0 0 0 0 1
30-34 0 0 1 1 0 0 0 2
35-39 1 3 3 1 0 0 0 8
40-44 6 2 7 5 1 2 1 24
45-49 5 9 8 2 9 3 11 47
50-54 5 4 7 11 7 6 8 48
55-59 9 8 12 10 8 7 5 59
60-64 11 6 14 12 14 9 4 70
65-69 8 6 5 16 8 19 9 71
70-74 12 12 9 8 10 12 5 68
75-79 8 12 6 12 10 8 13 69
80-84 8 2 11 7 11 8 5 52
85-89 4 7 7 11 13 8 5 55
90-94 0 3 1 2 3 3 3 15
95+ 1 0 0 2 1 1 1 6
_______________________________________________ _____
TOTAL 79 74 91 100 95 86 70 595
_____________________________________________ _______
Imwiet minn kanċer tas-sider, skond il-lokalita', 1991-1997
Lokalita' Numru
Attard 13
Balzan 7
Birkirkara 34
Birżebbuġa 9
Cospicua 8
Dingli 2
Fgura 8
Floriana 8
Għajnsielem 5
Għarb 1
Għasri 2
Għaxaq 6
Gżira 13
Ħamrun 24
Kalkara 6
Kerċem 1
Kirkop 2
Lija 8
Luqa 28
Marsa 16
Marsascala 5
Marsaxlokk 1
Mdina 1
Mellieħa 12
Mġarr 1
Mosta 27
Mqabba 5
Msida 13
Munxar 2
Nadur 7
Naxxar 11
Paola 22
Pieta' 8
Qala 1
Qormi 28
Qrendi 1
Rabat 16
Safi 1
San Ġiljan 16
San Ġwann 3
San Lawrenz 1
San Pawl il-Baħar 7
Sannat 2
Senglea 7
Siġġiewi 9
Sliema 42
Sta Luċia 1
Sta Venera 13
Swieqi 1
Tarxien 13
Valletta 20
Victoria 10
Vittoriosa 2
Xagħra 5
Xewkija 4
Żabbar 26
Żebbuġ 17
Żebbuġ (Għawdex) 2
Żejtun 23
Żurieq 8
___________________________
Total 595
Minħabba li l-Ministru tas-Saħħa fl-Amministrazzjoni preċedenti kien kommess li sas-sena 2000 jiġi ntrodott l-ewwel fażi tal-breast screening programme, u wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9, jista' l-Ministru jgħid meta se jkun il-waqt li jiġi ntrodott breast screening programme nazzjonali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nerġa nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 9. Narraf lil Onor Membru li d-Dipartiment tas-Saħħa kien ta' parir lil ex-Ministru Farrugia li kien hemm diffikultajiet tekniċi biex jiddaħħal dan is-servizz u għal diversi raġunijiet ma kienx il-waqt li jsir ` national breast screening programme'. Minkejja li l-ex-Ministru Farrugia kien qal pubblikament li se jdaħħal dan is-servizz, qatt ma ħa l-iċken pass biex jitwettaq fil-prattika.
Minħabba li f'Malta għandna waħda mill-ogħla inċidenzi tal-kanċer tas-sider fl-Ewropa, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qegħda ssir jew hemmx il-ħsieb li ssir riċerka biex jintefa' aktar dawl fuq il-kawżi ta' din l-inċidenza f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Minħabba l-istat perikoluż li tinsab fih bħalissa Triq San Ġwakkin, f'Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol li qiegħed issir fil-lokalita' qiegħda tagħmlu d-diviżjoni tax-xogħolijiet u l-Onor. Interpellant mitluba tagħmel mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.