Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5361 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4791, jista' l-Prim Ministru jagħti lista kompluta ta' l-uffiċjali li jokkupaw l-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil u l-informazzjoni l-oħra mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 3859, għaliex fil-lista ppreżentata fl-imsemmija tweġiba parlamentari hemm uffiċjali fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil li m'humiex inklużi u għalhekk din il-lista, kif diġa' ġbidt l-attenzjoni, ma tirriflettix is-sitwazzjoni sa l-1 ta' Jannar 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li ma hemmx iżjed x'wieħed iżid ma l- informazzjoni li diġa tajt fit-tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari numri 3859 u 4791. Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jekk trid xi informazzjoni oħra, tispeċifika aħjar dak li trid għax jien infurmat li l-lista li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra mat- tweġiba għall-mistoqsija numru 3859 kienet tkopri l- Uffiċjali kollha magħrufa bħala Officers in Grade 1 sa Officers in Grade 5 li kienu fis-Servizz Pubbliku fl-1 ta' Jannar 1999. Jekk l-Onorevoli membru qed tirreferi għall-gradi kollha li qegħdin fl-ewwel ħames skali ta' salarju, jew għal xi wħud minn dawn l-iskali, allura hija mitluba tagħmel riferenza għal dawn l-iskali fil-mistoqsija tagħha.
Leg 9 PQ #4790 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sidien privati li għandhom jitħallsu mingħand il-Gvern ta' proprjeta' esproprjata minnu fejn il-ħlas ilu pendenti għal għaxar snin u aktar? Kemm huwa l-ħlas totali dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija jrid isir eżami ta' numru kbir ta' files u records manwali li jintħieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1638 f'Seduta 18. 22.02.99
Leg 9 PQ #4791 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3859, jista' l-Prim Ministru jagħti lista aġġornata ta' l-uffiċjali pubbliċi li jokkupaw l-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil u l-informazzjoni l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija minħabba li l-lista ppreżentata ma tirriflettix is-sitwazzjoni sa l-1 ta' Jannar, 1999 minkejja li ġiet preżentata bħala tali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 3859 kienet speċifika għall-mistoqsija kif saret. L-ewwel ħames gradi fiċ-Ċivil huma dawk magħrufa bħala Officers in Grade 1 sa Officer in Grade 5 u li dwarhom ingħatat l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija msemmija. Jekk l-Onor Interpellant tixtieq xi informazzjoni oħra, hija mitluba tagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #4792 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Kon-Katidral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuqhiex qed taħdem il-Fondazzjoni Kon-Kattidral ta' San Ġwann? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnaddfa u restawrata l-gallerija tal-librerija tal-Kattidral li tagħti għal Triq Merkanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, imħabbra fid-diskors tal-Budget, għad trid tiġi kostitwita mill-Gvern u l-Mistoqsija għandha ssir lill-Onor. Prim Ministru.

Wied il-Għajn — Ilqugħ kontra l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jara li jitjieb l-ilqugħ kontra l-maltemp fil-bajja ta' Wied il-Għajn permezz ta' tkabbir ta' l-arm tal-breakwater ta' barra kif ukoll permezz ta' tqegħid ta' xi forma ta' wave breakers fin-naħa l-oħra ta' l-istess bajja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nitlob lill-Awtorita` Marittima biex jerġa jinvestiga din it-talba, fid-dawl tar-rapport li kien sar fl-1993.
Leg 9 PQ #4794 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Għajn — Crane

Question

Jista' l-Ministru jara li l-crane li kien hemm fuq il-jetty fi Triq Marina, Wied il-Għajn - qabel ma dan il-jetty ġie rranġat, u li kien jintuża biex sidien ta' qxur tal-baħar jerfgħu u/jew ipoġġu makni fuq id-dgħajjes, luzzijiet, laneċ, eċċ tagħhom - jiġi rranġat jew mibdul u jerġa' jitwaħħal fl-istess post?

Response (ZAMMIT, NINU)

Meta sar ix-xogħol ta' l-itranġar tax-xatt ta' Wied il-Għajn li qed tirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant, il-crane imsemmi tant kien fi stat ħażin li malli nqala' ma setgħax jitpoġġa lura fil-post. Madanakollu, il-Ministeru qed iħejji programmi u proġetti ta' 'embelishment' tal-portijiet tas-sajd kollha u dawn il-proġetti jinkludu il-forniment ta' cranes ġodda.
Leg 9 PQ #3859 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista (sa l-ewwel ta' Jannar 1999) ta' uffiċjali pubbliċi fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil, maqsumin f'irġiel u nisa (miżżewwġin jew le); meta daħlu fis-servizz pubbliku u f'liema grad u kemm ilhom fil-grad li għandhom illum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tiġi miġbura u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Benefiċċji soċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3851, filwaqt li: (a) nifhem li l-benefiċċju jrid jiġi kkonsidrat fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja; (b) konxja li hawn opinjonijiet differenti fuq din il-proposta; u (ċ) naf x'kienet il-pożizzjoni tal-Partit Laburista qabel l-1996, jista' l-Ministru din id-darba iwieġeb għal dak li staqsejtu jiġifieri x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti fir-rigward ta' dak li qal l-Arċisqof ikkwotat f'mistoqsija parlamentari numru 3851?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3851, ħlief għal fatt illi l-politika ta' dan il-Gvern hi mmexxija mill-prinċipju ta' "Gender Mainstreaming". 1.2.99
Leg 9 PQ #4146 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committee — Proġett

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3854, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li kien beda l-Cottonera Rehabilitation Committee u li x-xogħol fuqhom qed jitkompla minkejja li dan il-kumitat mhux imwaqqaf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Kottonera qiegħed jitkompla xogħol fuq restawr u żebgħa fuq ġewwa tal-Kappella ta' San Ġużepp, Bormla, li tmiss mad-Dar ta' l-Anzjani, restawr u tiswija ta' swar fuq is-sur ta' Sant'Elena, restawr tal-Gardjola u paviment tas-sur ta' San Mikiel, l-Isla, restawr ta' soqfa ġewwa Forti Rikasoli u rranġar ta' ventilaturi f'Couvre Porte l-Birgu. Ma' dan ix-xogħol, qiegħed jitkompla wkoll xogħol ta' disinn għall-irranġar tad-daħla tal-mina ta' Għajn Dwieli u preparazzjoni ta' 'working drawings' u speċifikazzjoni għal xogħol ta' 'landscaping', ġibjun u klabb tal-boċċi fi Pjazza Santa Margerita, Bormla.
Leg 9 PQ #3856 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Separazzjonijiet taż-żwieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal separazzjonijiet miż-żwieġ quddiem is-Sekond'Awla fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm huwa t-total ta' każi ta' separazzjoni miż-żwieġ li hemm pendenti quddiem il-Prim Awla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi talbiet ġodda għal separazzjonijiet miż-żwieġ quddiem is-SekondAwla kien hemm 811 fl-1995, 893 fl-1996, 914 fl-1997 u 940 fl-1998. Dawn iċ-ċifri jirreferu għal rikorsi preżentati fis- SekondAwla u konsegwentament kemm il-darba kull konjuġi jippreżenta rikors iċ-ċifri qed jarahom bħala żewġ rikorsi. Fil-PrimAwla sal-lum hemm 253 każi ta' separazzjoni miż- żwieġ li huma pendenti. Minn dawn hemm 198 appuntati u 55 li għadhom mhumiex appuntati.
Leg 9 PQ #3857 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Każi ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq vjolenza domestika? Kemm minn dawn il-każijiet inqatgħu u x'kienet il-piena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija. 26.01.99
Leg 9 PQ #3858 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq stupru? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu u x'kienet il-piena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija. 26.01.99
Leg 9 PQ #3860 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ftehim kollettiv

Question

B'riferenza għal para 4.1.2 tal-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku li għadu kif ġie ffirmat, i.e. "the need to encourage further the participation of female employees at all the levels of the public service, but in particular in the professional, vocational and managerial grades"; jista' l-Prim Ministru jgħid kif hemm il-ħsieb li dan isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-impenn tal-Gvern biex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw iżjed fil-livelli kollha tas-Servizz Pubbliku huwa kontinwu. Dan isir billi jittieħdu miżuri biex jinħolqu strutturi li jgħinu n-nisa biex ilaħħqu mar- risponsabbilitajiet tal-impieg u ma dawk tal-familja. Bħalissa dawn il-miżuri huma l-introduzzjoni tar-reduced hours u r-responsibility break, li l-preparazzjoni tagħhom hija fi stadju avvanzat u l-proposti tal-gvern qed jiġu studjati mill-Unions. Wieħed irid ukoll isemmi t-taħriġ li fuqu l-uffiċċju tiegħi huwa impenjat.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 1980-1998, x'kien n-numru ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol, sena b'sena maqsumin f'każi ta' rġiel u nisa? Kemm kien il-kumpens mogħti f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 25.1.99

Benefiċċji soċjali

Question

In vista ta' dak li qal l-Arċisqof fis-16 ta' Jannar 1998 li skond kif ġie rrapportat f'"The Times" i.e. "Archbishop Joseph Mercieca yesterday called on the state to financially compensate married mothers who contributed to the common wealth of society by staying at home to raise and give their full attention to their children", jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proposta li huwa rrapportat li għamel Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-istqarrija indikata mill-Onor. Membru diġa' kienet ġiet esplorata fil-passat taħt Amministrazzjoni oħra. Waqt li l-benefiċċju propost ikun irid jiġi kkunsidrat fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna, jidher ukoll li f'pajjiżna llum hawn opinjonijiet differenti dwar kemm din il-proposta hija valida. Infakkar lill-Onor. Membru li qabel l-Ellezzjonijiet Ġenerali ta' l-1996, il-Partit Laburista kien wiegħed l-hekk imsejjħa 'paga soċjali' li kellha 'tiżgura li l-familji jekk iridu jaħdmu "extra", jagħmlu dan għax jagħżlu huma'. L-Onor. Membru jaf li din il-wegħda ma twettqitx. 25.1.99
Leg 9 PQ #3853 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Committee — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li qed jaħdem fuqhom u li għandu ppjanati l-Valletta Rehabilitation Committee din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta għad irid jerġa' jkun rikostitwit. Madankollu l-Uffiċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta baqa' sejjer b'numru ta' proġetti li kien diġa' beda u li jew kienu ppjanati li jibdew. Sadanittant l-Uffiċju tal-Proġett reġa' ġie msaħħaħ b'numru ta' tekniċi biex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet li għandu. Xogħol li qed isir bħalissa jinkludi xogħol ta' restawr fil-Kon Kattidral ta' San Ġwann, fil-Palazz, fil-Knisja tal-Ġiżwiti u fil-Knisja tal-Madonna tal-Pilar, ħidma ta' upgrading fil-Forti Sant'Jiermu, xogħol ta' manutenzjoni fi statwi tal-kantunieri, u xogħol ta' tibjid fi Triq Sant'Anna, Floriana.
Leg 9 PQ #3854 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committee — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li qed jaħdem fuqhom u li għandu ppjanati l-Cottonera Rehabilitation Committee din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Cottonera Rehabilitation Committee għadu mhux imwaqqaf pero' qed jitkompla xogħol fuq proġetti li kienu nbdew mill-Kumitat ta' qabel.
Leg 9 PQ #3855 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Imdina Rehabilitiation Committee — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jitwaqqaf l-Imdina Rehabilitiation Committee kif kien ppjanat mill-Amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-ħsieb tal-Gvern preżenti hu li jwaqqaf dan il-Kumitat.
Leg 9 PQ #2140 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema fil-mammography unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-mammography unit? Xi training għandhom dawn in-nies? Jekk għandhom training speċjalizzat, kemm dam dan it-training?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Mammography Unit hemm 3 Radjoloġisti u 10 Radjografisti. Mit-tliet konsulenti fuq imsemmija, tnejn irċevew it-training bażiku tagħhom waqt l-istudju postgraduate li għamlu, waqt li l-ieħor għamel snin itwal jaħdem f'dan ix-xogħol u għalhekk għandu esperjenza iżjed vasta. L-għaxar radiographers imsemmija kollha għandhom basic training fl-iscreening tal-mammography. Meta inġieb l-apparat, dawn l-għaxra ngħataw kors ta' training speċjali u ngħataw ċertifikati relattivi li attendew dan il-kors b'suċċess. Irid jingħad li dawn l-impjegati kollha huma mmonitorjati kontinwament u jeżistu quality controls biex jiggarantixxu servizz tajjeb. Ta' min ifakkar li dan l-apparat sofistikat (li nġieb fl-1995) jillokalizza anki ``foci ta'cancer'' żgħar ħafna, u għalhekk hu importanti li n-nies li jaħdmu f'din is-sezzjoni jgħarrfu dawn il-leżjonijiet anki f'dan iċ-ċokon, waqt li mill-banda l-oħra ma jirrapportawx riżultati foloz jew skorretti.

Żabbar — Triq ir-Redentur - Twessigħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2339 lill-Ministru ta' l-Artijiet, fejn ġejt informata li l-art in kwestjoni (biċċa art li tinkludi barumbara) ġiet iddikjarata ta' bżonn għall-użu pubbliku fl-1974, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq it-twessigħ ta' Triq ir-Redentur, f'Ħaż Żabbar li qed tiġi mbarrata permezz ta' l-art u barumbara hawn fuq imsemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkunsidra jekk hemmx ħtieġa tax-xogħol indikat. Ix-xogħol sintendi jsir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment meta jkun żgurat li s-servizzi meħtieġa jkunu tqiegħdu fil-post.