Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6862 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xiri ta' djar — Commercial bank loans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-commercial bank loans fuq xiri ta' djar fl-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Commercial Bank Loans fuq xiri ta` djar sal-31 ta` Diċembru 1998 kien jammonta għal Lm195.0 miljun lira kif jiriżżulta mit-tabelli 1.13 u 1.14 tal-Quarterly Review għal Marzu 1999 tal-Bank Ċentrali ta` Malta.
Leg 9 PQ #6863 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — B.Educ u PGCE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li din is-sena għandhom jiggradwaw B.Educ u PGCE? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma f'nisa u rġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ser jersqu għall-eżamijiet finali tal-B.Ed (Hons) u PGCE din is-sena huma: B.Ed (Hons) PGCE Nisa Rġiel Nisa Rġiel 154 77 98 36
Leg 9 PQ #6864 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Exchange visits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-settur primarju, sekondarju u post-sekondarju li marru fuq exchange visits din l-aħħar sena? Jista' jgħid il-pajjiżi fejn marru? Jista' jaqsam l-informazzjoni fi studenti subien u bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi: PAJJIŻ SUBIEN BNIET LIVELL EDUKATTIV Segre, Franza 7 12 Post sekondarja Ravenna, Italja 9 15 Post sekondarja Parma, Italja 10 7 Sekondarja Palermo, Sqallija 11 7 Primarja Catanja, Sqallija 27 15 Primarja Siena, Italja 13 14 Sekondarja Catanja, Sqallija -- 30 Sekondarja Furstenfeldbruck, Ġermanja -- 17 Sekondarja Piedimulera, Italja 8 22 Primarja Helsinki, Finlandja 4 6 Sekondarja Padova, Italja 19 -- Sekondarja Stafford, Ingilterra 11 18 Primarja Essen, Ġermanja 5 9 Sekondarja Sankt Augustin, Ġermanja 10 17 Sekondarja Ruma, Italja 4 17 Sekondarja Casoli, Italja -- 16 Sekondarja TOTAL 138 222
Leg 9 PQ #6865 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fuq il-55 sena fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji rispettivament? Kemm hemm għalliema 'il fuq minn 61 sena fl-istess skejjel? Tista' l-informazzjoni kollha tingħata maqsuma f'irġiel u nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li għandhom 55 sena jew aktar, u li għalqu 61 sena hu stmat li hu dan: LIVELL 55+ 61+ TOTALI RĠIEL NISA RĠIEL NISA RĠIEL NISA TOTAL Primarja 26 97 0 0 26 97 123 Sekondarja 115 53 1 0 116 53 169 Post-sekondarja 16 1 8 0 24 1 25 TOTALI 157 151 9 0 166 151 317 Fl-iskejjel Post Sekondarji hemm 37 għalliem li għandhom bejn 55 sena u l-61 sena. Dawn huma maqsumin hekk: GRAD RĠIEL NISA TOTAL Instructor 3 1 4 Part-Time Teacher 1 1 Subject Coordinators 4 4 Teachers 23 2 25 Visiting Teachers 3 3 TOTAL 34 3 37 Fl-istess skejjel hemm 8 għalliema li għandhom il-fuq minn 61 sena. Dawn huma maqsumin hekk: GRAD RĠIEL NISA TOTAL Supply Teacher 1 1 2 Visiting Teachers 5 1 6 TOTAL 6 2 8
Leg 9 PQ #6853 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx massimu ta' bond li jista' jintalab mill-Planning Authority fuq il-proġett? Jekk iva, hemm xi skala għal forom ta' żvilupp differenti?

Response (BORG, TONIO)

Il-liġi ma tispeċifikax massimu ta' garanzija finanzjarja marbuta ma' xi kondizzjoni. Il-garanzija tkun ta' ammont li jirrifletti il-kundizzjoni li għaliha tkun meħtieġa l-istess garanzija. B'dan il-mod ikun jista` jiġi assigurat li l-istess kundizzjoni tinżamm mill-iżvilupattur. Il-flus ma jinġibdux jekk il-kundizzjoni tkun osservata. 17.05.99 (a.m.)

Impjiegi — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ingħataw is-sensja dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma f'nisa u rġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja f'dawn l-aħħar sitt xhur huwa kif ġej:- XHUR NISA RĠIEL TOTAL Ottubru 1998 31 150 181 Novembru 1998 34 152 186 Diċembru 1998 38 119 157 Jannar 1999 60 188 248 Frar 1999 31 146 177 Marzu 1999 28 214 242 17.5.99
Leg 9 PQ #6858 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru totali ta' impjegati fid-diversi dipartimenti tal-gvern, dipartiment b'dipartiment? F'liema dipartimenti u gradi hu maħsub li hemm ħaddiema nieqsa u f'liema, żejda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bi tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba kif kienet f'April. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien kull dipartiment ikun over jew under complement. Fil-każ ta' l-ewwel isiru arranġamenti għal re-deployment u fil-każ tat-tieni, fejn hu assolutament neċessarju, jittieħdu passi biex il-vakanzi jimtlew.

Qrati — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna barranija ttellgħet il-qorti għax kienet f'pajjiżna llegalment matul l-1998? Kemm-il persuna ġiet deportata?

Response (GATT, AUSTIN)

Dawn il-persuni hekk imsejha Klandestini jitressqu l-Qorti mill-Pulizija quddiem il-Magistrat ta` l-Ghassa. Il-kawzi jinstemghu bi procedura sommarja fejn tinghata s-sentenza dak il-hin stess (kemm il-darba jkun hemm ammissjoni). Il-Maġġor parti taghhom jigu deportati dak il-hin stess. Fi proceduri sommarji l-Qorti ma żżommx statistika ta` dawn il-persuni.
Leg 9 PQ #6860 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Hepatitis C u B

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ittestjaw pożittiv għal hepatitis C u B fl-1998? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u jekk humiex irġiel jew nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Permess li numru kbir ħafna ta' kampjuni li jiġu ttestjati jkunu anonimi mhuwiex possibli li jkollok figuri preċiżi tan-numru ta' persuni posittivi. Anki l-informazzjoni dwar sess u eta' ma tkunx daqshekk preċiża. Matul l-1998 fil-laboratorju tal-Isptar San Luqa saru dawn it-testijiet:- Nru. ta' Testijiet Posittivi ------------------------------ Hepatitis B 9858 151 Hepatitis C 4262 315
Leg 9 PQ #6861 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Interest on public debt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jkun l-interest on public debt fl-1999?

Response (DALLI, JOHN)

Skond l-Estimi finanzjarji approvati għas-sena 1999, huwa stmat li l-intressi fuq id-dejn pubbliku għandu jkun kif imsemmi Stocks Lokali Lm 42,912,960 Treasury Bills Lm 4,942,000 Self Barrani Lm 1,814,000 Ma dawn wieħed irid iżid is-somma ta` Lm295,000 għall-`conversion stock MGS 5.9% 2007 II` li nħareġ sabiex jissostitwixxi MGS 6.0% 1999 I li għalaq fl-1999. Peress li l-Gvern huwa awtoriżżat li matul il-1999 joħroġ stock ġdid sa massimu ta` Lm100,000,000, u kemm l-ammont, l-interessi u ż-żmien meta se jinħarġu dawn l-stocks għadu ma ġiex deċiż, ma tistgħax tingħata risposta eżawrjenti ta` kemm se jkun l-imgħax fuq is-Self Pubbliku għal dan il-ħruġ ta` Stock ġdid.
Leg 9 PQ #6036 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew ta' l-Arkeoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar, minn meta reġa' nfetah f'April li għadda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lista ta' kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar hi kif ġej: XAHAR B'XEJN BI ĦLAS TOTAL April 1977 7864 9841 Mejju 469 6333 6802 Ġunju 428 3262 3690 Lulju 602 3887 4489 Awissu 111 5079 5190 Settembru 630 5318 5948 Ottubru 1048 6484 7534 Novembru 995 5503 6498 Diċembru 1486 4453 5939 Jannar 832 3141 3973 Frar 619 3318 3937

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom minn Ottubru 1998 sa Frar 1999, xahar b'xahar maqsumin f'irġiel u nisa u bl-etajiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu mingħajr permess minn Ġunju 1998 'l hawn? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm minnhom kienu jieħdu r-relief jew jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom għadhom ma għalqux is-16-il sena? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar, maqsuma f'irġiel u nisa u bl-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 29.3.99
Leg 9 PQ #5913 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ċirkolari Nru. 3/99

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-applikanti għas-sejħa li saret mis-Segretarju Permanenti ta' l-uffiċċju tiegħu permezz taċ-ċirkolari 3/99 tas-27 ta' Jannar, 1999? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki u l-grad tagħhom u meta daħlu fis-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nħossx li hija etika li tingħata informazzjoni dwar l- applikanti għas-sejħa li saret permezz taċ-Ċirkolari Numru 3/99 għal mili ta' postijiet ta' Kapijiet ta' Dipartimenti.
Leg 9 PQ #5914 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ċirkolari Nru. 16/99

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid min huma l-applikanti għas-sejħa li saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz taċ-Ċirkolari 16/99 bid-data tad-29 ta' Jannar, 1999? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki u l-grad tagħhom u meta daħlu fis-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nħossx li hija etika li tingħata informazzjoni dwar l- applikanti għal sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mill- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #5915 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Soċjeta' Din l-Art Ħelwa — Trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jwaqqaf it-trust li għandha titmexxa mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u s-soċjeta' "Din l-Art Ħelwa" kif imħabbar mis-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħu f'Jannar li għadda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s'issa saru diskussjonijiet preliminari kemm ma' Din l-Art Helwa kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali dwar din l-inizjattiva, liema inizjattiva trid issa tiġi nkwadrata ma' l-inizjattivi li qed jieħu l- Ministeru responsabbli għall-kultura biex jingħata rwol lill-NGOs f'dan il-proċess.
Leg 9 PQ #5916 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Soċjeta' "Din l-Art Ħelwa" — Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali membri tas-soċjeta' "Din l-Art Ħelwa"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal- funzjonijiet jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli lokali.
Leg 9 PQ #5917 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Bajja ta' San Tumas — Torri Mamo

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Torri Mamo se jintuża għal self-catering holidays?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-torri li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti ġie mogħti 'on encroachment terms' lis-Soċjeta' - Din l-Art Ħelwa - fl-10 ta' Ġunju, 1988, u waħda mill-kundizzjonijiet tispeċifika li dan il-post għandu jiġi użat esklussivament għall-attivitajiet tas-Soċjeta'. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ser jikteb lis-Soċjeta' imsemmija sabiex ifakkarha fil-kundizzjonijiet marbuta ma' l-għoti 'on encroachment terms' ta' l-istess torri. 22.03.99
Leg 9 PQ #5355 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta (fis-Servizz Pubbliku) għandhomx xi konċessjonijiet fuq ħinijiet tax-xogħol? Jekk iva, x'inhuma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-konċessjoni li għandhom l-impjegati tal-Gvern li huma residenti f'Għawdex imma li jaħdmu Malta hija illi huma jistgħu jidħlu ftit tard nhar ta' Tnejn filgħodu u jitilqu ftit kmieni nhar ta' Ġimgħa filgħaxija.
Leg 9 PQ #5359 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' — Ħlasijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4790, fejn il-mistoqsija oriġinali saret għax hu magħruf li l-informazzjoni mitluba suppost kienet qed tiġi komputerizzata u mhux għax kont qed nippretendi li jsir eżami tal-files u records bl-idejn, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' komputerizzazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-akkwist ta' art mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u meta jista' jkollna informazzjoni bħal dik mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 4790 permezz tal-computer?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f'Diċembru ta' l-1998 tlesta Business Study dwar il-komputerizzazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, liema studji qed jiġi evalwat mill-istess Dipartiment. Hu mistenni li l-implimentazzjoni ta' dan l-istudju, li jkopri ukoll Geographical Information System, tibda matul din is-sena u titlesta fi żmien 4 snin. 08.03.99
Leg 9 PQ #5360 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kon-Kattidral ta' San Gwann — Fondazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi kostitwita l-Fondazzjoni għall-Kon Kattidral ta' San Ġwann imħabbra fid-diskors tal-budget?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm żviluppi minn meta kont irrispondejt mistoqsija parlamentari oħra f'seduta numru 57 dwar dan is-suġġett.