Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' priġunieri sena b'sena, mill-1980 'il hawn? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'nisa u rġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, mir-rekords disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
25.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta biex aktar nies ikunu jafu bis-servizz li qed jagħti l-gvern f'dawk li huma korsijiet ta' fil-għaxija u għall-adulti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li biex jilħaq in-nies u jagħti tagħrif dwar korsijiet ta' filgħaxija għall-adulti, id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta qiegħed iwettaq dan is-servizz:
* jippubblika kull sena katalgu ta' tagħrif dwar il-korsijiet;
* jirriklama l-korsijiet f'gazzetti ta' kuljum, Gazzetta tal-
Gvern u avviżi fuq ir-radju;
* ixandar tagħrif kontinwu fuq it-TV Channel "Education 22";
* jipprovdi kopji tal-katalgi u forom ta' l-applikazzjoni f'
kull belt u raħal bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali u
Libreriji Distrettwali;
* jippromwovi servizz ta' tagħrif fil-"Career Convention" u
fi stands tad-Diviżjoni waqt fieri oħra;
* jagħti tagħrif permezz ta' taħditiet u programmi li minn
żmien għal żmien uffiċjali edukattivi jieħdu sehem fihom u
permezz ta' programmi imtella' għall-adulti fuq TV Channel
"Education 22".
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Permessi tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta' work permits? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta' nisa u kemm ta'irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-19 ta' Mejju, 1999, kien hemm 650 applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' work permits li 30% minnhom kienu dwar nisa u 70% dwar irġiel.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
25.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Monument & Plaques Committee? Hemm xi applikazzjonijiet ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk iva, kemm u liema huma?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw nies mis-Servizz Ċivili mill-1989, sena b'sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mir-records ikkomputeriżżati jistgħu jingħataw biss il-figuri għall-aħħar erba snin. Dawn huma kif ġej:
Persuni li rtiraw mis-Servizz Pubbliku:
fl-1995 423
fl-1996 442
fl-1997 544
fl-1998 485
D awn il-figuri ma jinkludux impjegati fuq kuntratt, part-timers, casuals u membri tal-Forzi Armati ta' Malta.
Il-figuri għas-snin 1989 sal-1994 qegħdin jinġabru u tingħata tweġiba f'xi
seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm il-ħsieb li jsir fil-Festival Internazzjonali ta' l-Arti din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6404, inżid ngħid li fil-bidu ta' din l-amministrazzjoni tlabt li fil-Ministeru nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-Festival imsemmi bl-iskop li neżaminaw x'jista` jsir biex insaħħu l-identita` u l-kwalita` ta' din il-ħidma kulturali. Ħassejt li dan hu meħtieġ wara numru sew ta' snin li fihom konna qed insegwu l-istess forma, kif ukoll wara li rajna l-ħtieġa ta' innovazzjoni u bażi aħjar sew għall-parteċipazzjoni ta' artisti barranin kif ukoll għall-finanzjament tal-festival. Sadanitant l-attivita` kulturali ta' din is-sena, u ħafna minn dik tas-sena d-dieħla, ser jieħdu ħsiebha d-Dipartiment tal-Kultura u l-kumitat dwar iċ-Ċelebrazzjoni tal- Millenju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jistennew kidney transplant? Jista' jgħid x'inhuma l-etajiet tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Hemm 62 pazjent b'mard kroniku tal-kliewi u li qeghdin fuq dialysis u li qeghdin preżentament jistennew trapjant tal-kliewi.
L-etajiet ivarjaw bejn l-4 snin sa 80 sena.
Sena Numru ta'Pazjent/Pazjenti
------------------------------------------
4-10 2
20-29 4
30-39 10
40-49 16
50-59 20
60-69 8
70-79 2
__________________________________________
Total 62
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jattendu korsijiet fiċ-ċentri u skejjel ta' fil-għaxija? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kull meta jitnaddfu l-bajjiet tan-nofsinhar ta' Malta? Jista' jelenka kemm-il darba tnaddfet kull bajja f'din iż-zona f'dawn l-aħħar ħames xhur?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-kuntratti li hemm bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u Kunsilli Lokali fin-Nofsinhar ta' Malta dwar it-tindif tal-bajjiet jinkludu 'work plan' għal kull bajja. F'din il-'work plan' hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' sabiex ineħħi l-kwantita' kbira ta' alka li tista' tidħol fil-bajjiet jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Barra minn dan, id-Dipartiment kemm-il-darba laqa' talbiet minn Kunsilli Lokali biex inaddaf postijiet storiċi bħal per eżempju Sant'Anġlu u Għar Ħasan.
Ta' min igħid ukoll li perijodikament jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra l-marki li jkunu taw l-Ispetturi tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li juru l-istat tal-bajjiet minn żmien għal żmien u l-effiċjenza tax-xogħol tal-ħaddiema li jnaddfu dawn il-bajjiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li jattendu l-iskejjel statali maqsumin fi bniet u subien u f'kindergartens, skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet u nisa miżżewġa li qegħdin jieħdu trattament kontra l-abbuż tad-droga? Kemm minnhom għandhom it-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-aħħar statistika jiġifieri dik ta' April, 1999, in-numru ta' tfajliet u nisa miżżewġa li kienu qegħdin jieħdu trattament kontra l-abbuż tad-droga minn ġewwa ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta, kien ta' 63. Minn dawn hemm 22 mara li għandhom it-tfal.
24.5.99
Jista' l-Ministru jara li s-siġar li nżergħu s-sena l-oħra f'Wied il-Għajn u San Tumas jissaqqew?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.