Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7657 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet tqal

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' tfajliet li ħarġu tqal waqt li kienu jattendu l-iskola dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond in-numru kull sena u skond il-lokalita' li minnha jiġu t-tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7658 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

School attendance laws — Nies il-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti matul din is-sena skolastika fuq ksur ta' l-ischool attendance laws?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti matul din is-sena skolastika (sa 10.6.99) fuq ksur ta' l-iSchool Attendance Laws kien kif se nsemmi: Settembru '98 100 Ottubru '98 257 Novembru '98 79 Diċembru '98 - Jannar '99 216 Frar '99 213 Marzu '99 106 April '99 - Mejju '99 621 TOTAL 1592
Leg 9 PQ #7659 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Kotba ta' awturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena d-dipartiment ta' l-edukazzjoni għenx biex jiġu pubblikati kotba ta' awturi Maltin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7660 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Nefqa fuq riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq riċerka fl-Universita' ta' Malta dawn l-aħħar għaxar snin? Liema dipartimenti u fakultajiet għamluha? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond il-livelli (1st degree, masters jew Phd)?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7649 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ftuh ta' ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfethu ħwienet minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet mal-Pulizija biex jinfetħu ħwienet bejn Jannar u Mejju, 1999, xahar b'xahar kien kif ġej : - Jannar - 26 Frar - 44 Marzu - 26 April - 48 Mejju - 30
Leg 9 PQ #7650 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruplani tal-passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ajruplani tal-passiġġieri li daħlu Malta fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena u kemm kien in-numru ta' passiġġieri fuqhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Jannar 835 ajruplan 63,438 passiġġier Frar 808 ajruplan 71,314 passiġġier Marzu 1,019 ajruplan 104,375 passiġġier April 1,278 ajruplan 118,820 passiġġier Mejju 1,404 ajruplan 133,230 passiġġier TOTAL 5,344 ajruplan 491,177 passiġġier
Leg 9 PQ #7651 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karrozza ġiet ittowjata minn mindu bdiet isseħħ il-liġi? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-areas li minnhom ġew ittowjati l-karozzi u skond is-sewwieqa ta' dawn il-karozzi kenux irġiel jew nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellanti hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx din l-istatistika.
Leg 9 PQ #7652 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta dawn l-uffiċjali pubbliċi li għandhom bżonn jaħdmu sigħat imnaqqsa jistgħu jibdew jagħmlu hekk skond il-ftehim kollettiv iffirmat is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi s-sistema ta' sigħat imnaqqsa għall-ħaddiema tal-Gvern ġiet fis-seħħ f'dawn il-ġranet. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra linji gwida ta' kif ser titħaddem din is-sistema. Dan id-dokument juri wkoll min hu ntitolat japplika biex jaħdem fuq sigħat imnaqqsa.
Leg 9 PQ #7653 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kon Kattidral Ta' San Ġwann — Fondazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5360, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Kon Kattidral ta' San Ġwann, imħabbra fid-diskors tal-budget?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li qed tittieħed azzjoni dwar problemi legali u tekniċi li għad hemm, fosthom l-għibien minn dan l-Uffiċċju fi żmien il-gvern preċedenti ta kopja ta' inventarju sħiħ ta' l-oġġetti sagri tal-Kon-Katidral ta' San Gwann. Nassigura lill-Onor Interpellant li kemm il-Gvern kif ukoll il-Kapitlu tal-Katidral għadhom jaqblu mat-twaqqif tal-Fondazzjoni. Nieħu gost li l-Onor Interpellant qed tieħu daqstant interess speċjalment meta l-gvern li kienet tifforma parti minnu hi, ffriża dan il-proċess għal sentejn.

Assistenza soċjali — Children's allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk is-single parent families li jirċievu chldren's allowance? Jista' jaqsamhom skond il-kategoriji (eż. romol, separati, eċċ) u jgħid in-numru f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali; "ġenitur singlu" tfisser ġenitur li jkun armel jew armla, separat (sew 'de facto' jew 'de jure'), divorzjat jew mhux miżżewweġ li jkun waħdu u għal kollox responsabbli li jżomm u jrabbi lil uliedu dipendenti bniet jew subien li ma jkunux għalqu t-tmintax-il sena'. In-numru ta' dawn il-ġenituri, kif ukoll in-numru ta' tfal li jgħixu magħhom u li jirċievu l-Allowance tat-Tfal huwa kif jidher hawn taħt. FAMILJI TFAL ------- ---- Ġenituri separati 'de facto' 472 835 Ġenituri separati 'de jure' 1531 2491 Ġenituri divorzjati 42 59 Ġenituri mhux miżżewġa 1259 1671 Ġenituri romol 553 821 ---- ---- TOTAL 3857* 5877 ==== ==== * Din il-figura tista' tinkludi persuni li għalkemm uffiċċjalment huma meqjusa bħala 'genitur singlu', fir-realta', din tkun qed tikkoabita ma' persuna oħra. 14.6.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom minn Ottubru 1998 sa Frar 1999, xahar b'xahar maqsumin f'irġiel u nisa u bl-etajiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu mingħajr permess minn Ġunju 1998 'l hawn? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm minnhom kienu jieħdu r-relief jew jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom għadhom ma għalqux is-16-il sena? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar, maqsuma f'irġiel u nisa u bl-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2.6.99
Leg 9 PQ #7389 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenta mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pazjenta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha appuntament għall-14 ta' Lulju f'Hammersmith Hospital, Londra, għadha ma ngħatatx konferma mill-gvern li se tintbagħat għal dan l-appuntament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għadni kif ġejt nfurmat li l-Professur li jara l-pazjenta msemmija għandu jiġi Malta f'Novembru u għaldaqstant peress li ma hemm l-ebda urġenza, l-pazjenta m'hijiex ser tintbagħat Londra f'Lulju. Id-Dipartiment diġa nforma lil-pazjenta bid-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #7341 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li ġew impjegati ma' l-Air Malta minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid f'liema gradi u n-numru f'kull grad?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-5 ta` Settembru 1998 sa llum, l-Air Malta impjegat total ta` 95 ħaddiem f`dawn il-gradi: Skrivani 1 Skrivani fuq bażi part-time 26 Messaġġier 1 Cabin Crew fuq bażi temporanja 7 Loader-Cleaners fuq bażi part-time 60
Leg 9 PQ #7110 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ma' l-Air Malta u f'liema gradi qegħdin? Jista' jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda mal-kumpannija mill-bidu ta' din is-sena 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` impjegati ma` l-Air Malta sat-30 ta` April 1999 kien ta` 1938, imqassmin hekk: Manaġerjali 186 Klerikali 683 Industrijali 448 Inġiniera 48 Tekniċi 96 Cockpit staff 128 Cabin crew 249 It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #7111 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fuq liema sites qed jaħdem id-Dipartiment tal-Mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed isir xogħol għal riforma kompensiva ta' dan is-settur biex inkunu f'pożizzjoni aħjar nieħdu ħsieb is-siti kollha ta' wirt kulturali.
Leg 9 PQ #7112 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Johann Strauss

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond (a) l-istrumenti li qed jistudjaw; b) jekk humiex bniet jew subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Johann Strauss bħalissa qed jingħata tagħlim f'dawn l-istrumenti: STRUMENT SUBIEN BNIET TOTAL Recorder 3 6 9 Flute 16 32 48 Clarinet 19 5 24 French Horn 4 -- 4 Trumpet 44 5 49 Trombone 8 -- 8 Althorn 4 -- 4 Euphonium 2 -- 2 Percussion 20 8 28 Violin 46 62 108 Viola 6 8 14 V'Cello 14 9 23 Double Bass -- 1 1 Classical Guitar 39 29 68 Modern Guitar 20 13 33 Bass Guitar 15 1 16 Harp -- 10 10 Piano 71 78 149 Organ-Pedal 4 4 8 TOTAL 335 271 606 Voice 10 42 52 Jazz Improvisation 9 3 12 Basic (Prep I & II) 72 54 126 GRAND TOTAL 426 370 796
Leg 9 PQ #7086 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Lukandi/guesthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-bini ta' lukandi u guest houses għand l-HCEB din l-aħħar sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn Marzu 1998 u April 1999 saru sitt applikazzjonijiet għall-lukandi u żewġ applikazzjonijiet għall-'Guest Houses' lill-'H.C.E.B.'
Leg 9 PQ #7087 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Camping sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għand id-dipartiment ta' l-artijiet għal camping sites ġodda? Jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn it-talbiet u meta saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1998 kienet saret sejħa pubblika sabiex min kien interessat seta` jindika xi biċċa art li kien lest li fiha jiżviluppa 'Camping Site'. Kien hemm 11-il kumpanija/persuna li ndikaw 23 biċċa art. Ninsab infurmat ukoll li fi Frar ta' l-1999 ħarġet tender għal żvilupp ta' biċċa art fl-Aħrax tal-Mellieħa biex tiġi żviluppata f'Camping Site u li għaliha applikat biss l-Adventure Camping and Leisure Company Ltd. Din it-tender qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Talba oħra kienet saret fl-1989 mill-1st Birkirkara Scout Group għal biċċa art f'Baħar iċ-Ċagħaq sabiex din tkun tista` tiġi użata għall-attivitajiet tagħhom. Din it-talba għada qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7106 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers biex jintużaw mit-tfal fl-iskejjel speċjali? Jista' jaqsam l-informazzjoni skola skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Speċjali hemm 65 (ħamsa u sittin) computer. Dawn huma mqassmin kif se ngħid: SKEJJEL COMPUTERS Santa Maria, Msida 12 Dun Manwel Attard, Wardija 14 Mater Dei, Msida 6 Guardian Angel, Ħamrun 12 San Miguel, St Andrews 9 Sannat Unit, Gozo 2 Qrendi Special School 6 Mosta Hearing Impaired Unit - Lily of the valley 2 Special Education Centre - Floriana 2 TOTAL 65
Leg 9 PQ #7107 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Boroz ta' studju — Applikanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għal boroz ta' studju offruti mill-Gvern Taljan? F'liema areas ta' speċjalizzazzjoni? Min huma l-persuni fuq il-bord ta' l-għażla?

Response (BORG, JOE)

a) In-numru ta` applikanti għal boroż ta` studju offruti mill-Gvern Taljan għas-sena 1999/2000 kien ta` 33. b) Areas ta` speċjaliżżazzjoni mitluba mill-applikanti huma: Arti - pittura Kommunikazzjoni Civil engineering - Roads structures Psikologija klinika Ekonomija u management Industrial design Interior design Letteratura taljana Farmaċija Museoloġija Mużika - arpa/pjanu Ph.D: Letteratura anglo-taljana Konservazzjoni ta` monumenti arkitettoniċi Xjenza zooteknika Riċerka: Storja Teatru taljan Restawr: Tal-bizzilla Monumenti Pitturi Mediċina veterinarja c) Il-Bord ta` l-għażla huwa kompost minn: Chairperson mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin, Membru tal-Bord mill-iStaff Development Organisation (OPM), Membru tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni, Rappreżentanti ta` l-Istitut tal-Kultura Taljan u/jew ta` l-Ambaxxata Taljana, Rappreżentant ta` l-Universita` ta` Malta, Segretarja tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin. L-individwi partikolari jistgħu ivarjaw minn żmien għal zmien. L-aħħar Bord tal-għażla kien kompost minn: Mrs C. Attard Pirotta, Chairperson - Ministry of Foreign Affairs Mr F. X. Grima, Member - Staff Development Organisation, (OPM) Mr E. Caruana, Member - Ministry of Education Dottoresa R. Cravenna - Director, Italian Cultural Institute Ms G. Stivala - Italian Cultural Institute Prof J. Eynaud - University of Malta Ms J. Pisani, Secretary - Ministry of Foreign Affairs