Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet rigward xogħol b'sigħat imnaqqsa (reduced hours) għall-ħaddiema ta' l-Air Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Filwaqt li r-riduzzjoni tas-siegħat tax-xogħol minn 40 għal 37 u nofs qed tiġi ntrodotta f'dipartimenti ta' l-Air Malta, skond il-Ftehim Kollettiv kurrenti ma' l-Union, għalissa għadhom ma bdewx id-diskussjonijiet formali dwar is-sistema ta' 'reduced hours' intiża biex taġevola l-ħtiġijiet personali ta' xi impjegati tal-Kumpanija. Hu mifhum li saru dikussjonijiet introduttorji minn persuni individwali mal-Group General Manager fuq dan is-suġġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7072 jista' l-Prim Ministru jaqsam l-informazzjoni: (1) skond il-gradi li fihom irtiraw l-uffiċjali pubbliċi; u (2) maqsumin f'irġiel u nisa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-informazzjoni li tinżamm f'dan l-Uffiċċju jistgħu jingħataw biss id-dettalji mitluba għas-snin 1996, 1997 u 1998.
Din l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' esproprjazzjoni ta' art meħtieġa biex ikun jista' jitkompla l-proġett ta' regional park fl-area ta' Bieb is-Sultan f'Ħaż Żabbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm talba waħda għall-esproprijazzjoni ta' biċċa art privata in konnessjoni mal-proġett li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti. Jirriżulta lid-Dipartiment ta' l-Estate Management illi parti minn din l-art hija tal-Gvern, amministrata mill-Uffiċċju Konġunt.
Saru rappresentazzjonijiet ma' l-istess uffiċċju biex ikun hemm identifikazzjoni eżatta ta' din l-art, biex wara jkun jista` jiġi esproprijat il-kumplament ta' l-art meħtieġa għal dan il-proġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7885, tista' l-Ministru tagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha skond kull bord?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa.
__________________________________ ______________________________________
LISTA TAL-MEMBRI TA' BORDIJIET GOVERNATTIVI LI JAQGĦU TAĦT IR-RESPONSABBILTA' TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
ADULT TRAINING CENTRE
Paul Zammit
Claire Camilleri
John Camilleri
Michael Bajada
Josephine Farrugia
Edgar Galea Curmi
Rev Manwel Curmi
SOTTO KUMITAT - NATIONAL FOCAL POINT
Joyce Dimech
Claire Camilleri
Kevin Sciberras
Mario Zammit
Noel Formosa
Anthony Attard
ELDERLY DAY CENTRE - MANAGEMENT BOARD
Joyce Dimech
Claire Camilleri
Paul Buttigieg
Mario Camilleri
Rev Manwel Curmi
Paul Zammit
KUNSILL TAL-KULTURA
Mons Lawrence Sciberras
Noel Formosa
Joe Camilleri
Joe Cini
Charles Zammit
Charles Bezzina
Eucharist Camilleri
Norma Camilleri (Miss)
John Cremona
Carmel Grech
Saviour Grech
Anthony Mizzi
Rosabelle Pavia (Mrs)
Kevin Sciberras
KUMITAT FESTI NAZZJONALI U POPOLARI
Vincent Grech
Dr Aaron Attard Hili
Paul Zahra
Charles Zammit
Josephine Azzopardi (Mrs)
George Borg
Joe Cini
John Cremona
Stephen Mercieca
Joseph Muscat
Dr Michael Refalo
Charles Said
Joe M Attard
Helen Cassar (Mrs)
I.T.S. MANAGEMENT COMMITTEE
Kevin Sciberras
Ray Xerri
Edwin Borg
Ludgard Gatt
George Borg
Joyce Pullicino
Marcell Bonnici
Lino Borg
Teddy Camilleri
Edmund Theuma
Amand Veranneman
KUMITAT MILLENNJU
Kevin Sciberras
Charles Zammit
Claudia Cassar
Mons Lawrence Sciberras
Vincent Grech
Noel Formosa
Paul Curmi
Mario Zammit
Paul Zahra
Paul Galea
Fr Charles Cini
Dr Vicky Anne Cremona
KUMITAT KONĠUNT - KUNSILLI LOKALI
Frank J Psaila
Kevin Sciberras
Joseph A Portelli
Maurice Caruana
Paul Buttigieg
Harry Debono
Noel Formosa
GOZO HISTOCIAL, HERITAGE AND CITTADELLA ADVISORY
John Cremona
Godwin Vella
Mag Dr Paul Coppini
Anton F Attard
Perit Edward Scerri
Alvin Scicluna
George Azzopardi
Anthony Ellis
Anthony Zammit
Rev Dr Joseph Bezzina
Joe Attard Tabone
Mgr Anton Gauci
George Vella
GOZO AGRICULTURAL, CULTURAL AND INDUSTRIAL SOCIETY
Francis Mercieca
Joe Cremona
Carmel Portelli
John Camilleri
Alfred Portelli
M'Ang Camilleri
Godwin Vella
Saviour Gatt
Joe Abela
Josephine Azzopardi
Joe Cini
Francis Saliba
KUNSILL ĠENERALI TAS-SAĦĦA F'GĦAWDEX
Profs Maurice N Cauchi
Paul Buttigieg
Emanuel Grech
Dr Teddy George Farrugia MD
Dr Salvino Galea MD
Dr Patrick Sciberras MD
Saviour Sciberras
Noel Formosa
Louis Attard
Anastasio Degiorgio
Joe Xuereb
GOZO SPORTS BOARD
Joe Bajada
Mario Zammit
Carmel Theuma
Paul Galea
Joseph Grech
Lawrence Muscat
M'Angelo Attard
Joseph Attard
Dr Chris Said
Anthony Camilleri
Raymond Gauci
Mario Saliba
Victor Attard
Amand Veranneman
William Portelli
Vincent Farrugia
Mark Buttigieg
Dr Marlin Vella
Marvic Bajada
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7883, jista' l-Ministru jagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu skond kull bord?
Response (BORG, TONIO)
In-nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru ta' l-Intern huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7882, jista' l-Ministru jagħti l-listi ta' nies li qegħdin fuq bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt it-responsabbilta' tiegħu skond kull bord?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda din is-sena? Kemm jimpjegaw nies?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, ma fetħet l-ebda fabbrika ġdida.
Tajjeb jingħad li l-ftuħ ta' fabbriki ġodda huwa marbut ma' ħidma li trid tkun saret fuq medda ta' żmien qabel. Dan il-fatt juri biċ-ċar kif il-Gvern preżenti wiret sitwazzjoni xejn feliċi f'dan il-qasam
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw nies mis-Servizz Ċivili mill-1989, sena b'sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'riferenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 7072, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
L-ewwel tabella, li tkopri s-snin 1989 sa 1991, turi figuri ta' dawk li telqu minn impjieg mal-Gvern għax irtiraw, irriżenjaw, jew għaddew bord mediku. Ninsab infurmat illi għal dawn is-snin ma jeżistux figuri għal dawk biss li rtiraw.
It-tieni tabella tagħti l-informazzjoni għas-snin 1992 sa 1998 kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi kampanja ta' awareness dwar il-problema ta' tfajliet li għadhom l-iskola u li joħorġu tqal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Guidance & Counselling Unit qiegħed jikkonsidra l-kampanja ta' awareness dwar il-problema ta' tfajliet li għadhom l-iskola u li joħorġu tqal. Din il-kampanja ssir skond il-bżonnijiet ta' kull skola.
Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' edukazzjoni sesswali jingħataw l-istudenti? F'liema livelli jingħataw din l-edukazzjoni? Jaħseb il-Ministru li l-isutdenti qegħdin jingħataw biżżejjed guidance fuq sexual behaviour, speċjalment fid-dawl tan-numru ta' tfajliet ta' l-iskola li joħorġu tqal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-lezzjonijiet tal-Personal and Social Education (P.S.E.), l-istudenti jingħataw Edukazzjoni Sesswali fil-Forms I u II tal-Junior Lyceum u fil-Forms, I, II, lil tal-Area Secondary. Fost is-suġġetti li jsiru fil-P.S.E., fl-Edukazzjoni Sesswali, insibu : Issa qed nikber, L-Aspett Emozzjonali, Kif inħossni li qed nikber, l-Abbuż Sesswali, it-Tqala u t-Twelid, eċċ.
Il-lezzjonijiet isiru f'forma ta' diskussjonijiet u l-istudenti jitkellmu fuq problemi u diffikultajiet li jkollhom. Skills importanti tal-ħajja bħall "Kif Tieħu Deċiżjoni", "Kif tibda Relazzjoni", "Stima Għolja tiegħi Nnifsi" u oħrajn jgħinu biex is-suġġett jiftiehem aħjar mill-istudenti.
Studenti fil-Forms IV u fl-ewwel sena tat-Technology Education jattendu għal Seminar ta' tliet ijiem bl-isem "Irrid Nagħżel Tajjeb" li jsir f'Porziuncola House, Baħar iċ-Ċagħaq. Wieħed mis-suġġetti li jsir fis-Seminar huwa propju is-Sesswalita` u jsir emfasi fuq skills importanti bħall Valuri, Relazzjonijiet, Kif nieħu Deċiżjoni, Alkohol u Droga, eċċ.
Guidance fuq sexual behaviour tingħata individwalment skond il-bżonnijiet ta' kull tfajla mill-għalliema tal-Guidance u l-Counsellors. Barra minn hekk, is-sezzjoni tal-Guidance f'kull skola tagħmel prevention action programmes u seminars mal-ġenituri u mat-tfajliet dejjem skond il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti din is-sena: (i) għax saqu b'veloċita' qawwija; (ii) għax ma libsux is-seat belt; (iii) għax saqu b'mod perikoluż? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellanti ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' domestic exports lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena mill-1990 sa l-1995?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont ta' 'domestic exports' lejn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena mill-1990 sa l-1995, huwa kif ġej:
SENA AMMONT
Lm 000
1990 262,005
1991 301,433
1992 350,881
1993 355,292
1994 415,464
1995 457,239
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandniex gradwati jirreġistraw għax-xogħol? Jekk iva, kemm? X'inhi d-degree tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'April 1999 in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 33.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A - li turi x'tip ta' kwalifiki għandhom.
30.06.99
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri f`bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi. Il-bord tal-MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee)jiltaqa taħt iċ-Chairmanship tiegħi.
Qiegħed nagħti wkoll lista tal-Membri tal-Bord Konsultattiv tal-MIC (Malta EU Information Centre), liema Information Centre jaqa taħt ir-responsabbilta tal-MEUSAC.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinghata
f` seduta ohra peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.