Jista' l-Ministru jgħid n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Awissu? Kemm minnhom huma gradwati ta' l-Universita'? Jista' jaqsam l-informazzjoni kollha f'irġiel u nisa u skond l-etajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.
Membru.
4.10.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7111, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq liema sites qed jaħdem id-dipartiment tal-mużewijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-siti li qed jaħdem fuqhom id-Dipartiment huma Ħaġar Qim, Għar Dalam u l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. Qed isir xogħol ukoll fuq il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u l-Palazz ta' l-Inkwiżitur.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7073?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi r-restawr tal-monumenti pubbliċi hija responsabbilita` tal-Valletta Rehabilitation Project. Kemm il-darba jinsabu fil-Belt jew il-Floriana, jew tal-Ministeru ta' l-Ambjent (it-Taqsima tar-Restawr) jekk jinsabu fil-bqija ta' Malta. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet jissorvelja u jagħti pariri tekniċi fuq dan ix-xogħol ta' restawr.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhi l-proċedura stabbilita u kurrenti li biha nħatru d-diretturi fil-ministeri skond kif imħabbra fil-gazzetta tal-gvern tat-2 ta' Lulju, 1999 skond legal notive 481?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-pożizzjonijiet ta' diretturi li qegħda tirreferi għalihom l-Onor Interpellant imtlew fuq il-proċedura stabbilita, jiġifieri wara sejħa għall-applikazzjonijiet permezz ta' ċirkulari li toħroġ mill-Uffiċċju tiegħi.
L-għażla ssir fuq rakkomandazzjoni tas-Senior Appointments Advisory Committee wara evalwazzjoni bir-reqqa ta' dawn l-applikazzjonijiet, u intervisti kif u jekk ikun meħtieġ, biex jiġu determinati l-kapaċitajiet u l-potenzjal ta' l-applikanti biex jimlew dawn il-karigi għolja.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9158, minħabba li l-art in kwestjoni ilha li ġiet esproprjata aktar minn 25 sena ilu u filwaqt li napprezza li x-xogħol isir skond il-prioritajiet tad-dipartiment, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti indikazzjoni meta se jibda x-xogħol minħabba li r-residenti tat-triq huma inkwetati għax spiss ikun hemm inċidenti tat-traffiku u minħabba li l-ħajt li qiegħed f'kondizzjoni ħażina ħafna issa beda jaqa' u għaldaqstant huwa ta' periklu għal min jgħaddi minn hemm?
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2518, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol indikat se jibda, speċjalment minħabba li kif inhi t-triq bħalissa hija ta' periklu u spiss ikun hemm inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-art inkwestjoni diġa ġiet esproprijata u se tidħol fil-pjanijiet, sintendi x-xogħol isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Kotba ta' awturi Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'isimhom iż-żewġ pubblikazzjonijiet ġodda li rrifera għalihom il-Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ż-żewġ publikazzjonijiet ġodda li rriferejt għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659 huma:
1. Noli Noli 1
Noli Noli 2
2. Nagħdriet 1
Nagħdriet 2
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7072 jista' l-Prim Ministru jaqsam l-informazzjoni: (1) skond il-gradi li fihom irtiraw l-uffiċjali pubbliċi; u (2) maqsumin f'irġiel u nisa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tliet tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Kotba ta' awturi Maltin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu qed jippubblika kotba u materjal għat-tagħlim bil-Malti għal studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji. Informat ukoll li ftit ilu ħarġu żewġ pubblikazzjonijiet ġodda u bħalissa għaddej xogħol fuq pubblikazzjoni oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7660?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa fuq riċerka fl-Universita` ta' Malta tul dawn l-aħħar għaxar snin mill-1990 sa llum hi kif tidher fid-Dokumenti "A" li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F'dan id-dokument jidhru d-Dipartimenti, Fakoltajiet u Istituti Universitarji u l-ammonti rispettivi ta' kif ġew allokati l-flus.
Informat ukoll li l-flus għar-riċerka jkunu dejjem allokati għal proġetti interi skond il-bżonnijiet tad-dipartiment u l-utilita` tal-proġetti. Dawn jistgħu jinvolvu kemm studenti kif ukoll għalliema skond in-neċessita` waqt li jkun qed jitwettaq il-proġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5915, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar rigward it-twaqqif tat-Trust bejn "Din l-Art Ħelwa" u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ghalissa m`ghandi xejn x`inżid mat-tweġiba li ngħatat ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5915.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, in-numru ta' nies li bbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna legali tal-gvern matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` applikanti li bbenefikaw mis-servizz ta` Għajnuna Legali tal-Gvern huwa kif ġej:
SENA AMMONT
1991 93
1992 82
1993 73
1994 73
1995 98
1996 98
1997 119
1998 110 imqassmin f`78 nisa u 32 Irġiel
1999 33 imqassmin f`23 nisa u 10 Irġiel
L-istatistika għall-perjodu ta` qabel 1991 ma tezistix u għalhekk ma tistax tingħata. M`huwiex possibbli li l-istatistika tinqasam fi rġiel u nisa għaliex certi dokumenti ma setgħux jinstabu.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonsidra xi forma ta' inċentiv biex iħajjar lill-kumpanniji parastatali jintroduċu l-kunċett tar-reduced hours għall-impjegati tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jittama li dawn it-tip ta' kundizzjonijiet ta' xogħol ġodda fis-Servizz Pubbliku jservu ta' eżempju għal żvilupp simili fis-settur parastatali kif ukoll fis-settur privat. Naħseb iżda li dan irid iseħħ mhux b'xi inċentiv minn naħa tal-gvern iżda b'negozjar bejn l-ażjendi kkonċernati w t-"Trade Unions".
12.7.99