Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15939 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Diretturi Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' diretturi ġenerali mas-servizz pubbliku u f'liema dipartiment qegħdin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #15660 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-enrolled nurses li applikaw biex jidħlu fulltime mad-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani, u li fl-4 ta' Marzu ħareġ ir-riżultat ta' l-interviews tagħhom, se jingħataw iċ-ċertifikat ta' l-appointment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #15661 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Safety equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema fl-Enemalta li għandhom bżonn safety shoes mhux qed jingħatawlhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li ghandhom l-obbligu li jilbsu s-safety shoes, fil-fatt qed jigu ipprovduti b`dan it-taghmir ta` sigurta`. Fejn ghal xi raguni ta` sahha jew ta` natura personali l-haddiem ma jigix provdut b`dan it-tip ta` zarbun, huwa ma jinghatax jaghmel xoghol li jkun jitlob l-uzu ta` tali tip ta` zarbun. Tajjeb jinghad li dan l-ahhar, ghal perjodu ta` zmien, kien hemm talba ghas-safety shoes aktar mill-provvista. Dan sehh peress li z-zraben li nxtraw wara l-ahhar sejha ghall-offerti li inghatat kienu ta` kwalita` inferjuri u diversi haddiema tal-Korporazzjoni rritornaw dawn it-tip ta` zraben peress li kienu qed jikkawzawlhom diversi problemi. Minhabba din is-sitwazzjoni l-Bord tal-Korporazzjoni approva x-xiri permezz ta` `direct order` tal-kwantita` li kienet mehtiega.

Sigurta' Soċjali — Liġi

Question

Skond l-emendi għal-liġi tas-sigurta' soċjali hekk kif imfassla mill-Gvern Laburista bħala parti mill-politika ta' għajnuna għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u għandhom tfal taħt it-tliet snin, u kif mgħoddija minn din l-amministrazzjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom taħt it-tliet snin f'nurseries privati se jibdew jibbenefikaw - dawk li jikkwalifikaw - minn sussidju fuq il-miżati li jħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-Ministeru qiegħed fi proċess ta' diskussjoni biex jiġu pubblikati regolamenti kif provdut taħt l-emenda msemmija mill-Onor. Interpellant.

GWU/FOI — Konferenza ta' Birmingham

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn iż-żewġ rappreżentanti (tal-GWU u tal-FOI) fuq il-kummissjoni tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol mhumiex se jattendu għall-konferenza ta' Birmingham bejn it-8 u l-11 ta' Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li r-raġuni għaliex iż-żewġ delegati fuq il-Kummissjoni għal-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, wieħed mill-GWU u l-ieħor mill-FOI, m'humiex ser jattendu għal konferenza ta' Birmingham hija waħda finanzjarja, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-fondi li hemm ivvutati għall-Kummissjoni għal Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ser jiġu utiliżżati għal bżonnijiet ta' l-Awtorita' li għandha titwaqqaf fi żmien qarib. Il-President tal-Kummissjoni għal Promozzjoni tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ser jattendi għal l-laqgħa msemmija hawn fuq.
Leg 9 PQ #15664 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Żjajjar barra l-pajjiż - Ġurnalisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba, tul din l-amministrazzjoni, ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul din l-Amministrazzjoni kien hemm 9 okkazjonijiet fejn ġurnalisti intbagħtu jirrapurtaw żjarat uffiċjali tiegħi barra l-pajjiż. Dawn kienu hekk: Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu u tal-Belgju fi Brussels Ġurnalist: 1 Cameraman: 1 Żjara uffiċjali f'Helsinki u Dublin Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1 Żjara fi Praga Ġurnalisti: 8 Fotografu: 1 Cameraman: 1 (Mistiedna tal-Gvern u l-Air Malta) Żjara uffiċjali fil-Grecja Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1 Cameraman: 1 CHOGM f'Durban Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 OSCE f'Istanbul Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 L-EU Council Meeting f'Helsinki Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 Working visit fi Stockholm Ġurnalisti: 5 Fotografu: 1 Cameraman: 1 Żjara uffiċjali fil-Libya Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Leg 9 PQ #15665 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Żjajjar barra l-pajjiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tul l-amministrazzjoni Laburista (1996-1998) il-Prim Ministru ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul l-Amministrazzjoni preċedenti (1996-1998) kien hemm 5 okkażjonijiet fejn ġurnalisti ntbagħtu jirrapurtaw żjarat uffiċjali tal-Prim Ministru barra l-pajjiż. Dawn kienu hekk: World Food Summit - Ruma Ġurnalisti: 4 Cameraman: 1 OSCE Summit - Lisbona Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 Summit tal-Kapijiet ta' Stat tal-Kunsill ta' l-Ewropa - Strasbourg Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 CHOGM - Edinburgh Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1 Żjara uffiċjali - Parigi Ġurnalista: 1 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Leg 9 PQ #15239 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13837, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figuri li ngħataw taħt il-kolonna salarji, jirreferux għas-salarji li ħadu l-kordinaturi kollha globalment jew għas-salarju li ħa xi kordinatur partikolari, peress li f'xi snin minn dawk imsemmija kien hemm aktar minn kordinatur wieħed? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kordinaturi f'dawn l-aħħar ħames snin għamlux użu minn karozza mikrija u fuel provdut mill-gvern il-ġimgħa kollha, u jekk il-ministru jikkonsidrax din bħala allowance? Jista' jgħid jekk iċ-chairpersons tal-kumitati f'dawn l-aħħar ħames snin ingħatawx xi allowance taħt forma ta' kumpens għal secretarial service? Jekk iva, jista' l-ministru jgħid kemm hi din l-allowance, meta ġiet imħallsa u għal-liema tip ta' servizz ingħata ġaladarba l-uffiċċji tal-kumitati għar-riabilitazzjoni dejjem kienu pprovduti b'impjegati tal-gvern għal xogħol klerikali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-salarji murija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13837 jirrigwardaw biss lil Ko-ordinatur wieħed. Bejn l-1987 u l-1998 kien hemm Ko-ordinatur ieħor għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li tħallas kif ġej: SENA SALARJU ALLOWANCES ---------------------------------- 19 97 Lm3613.404 Lm443.88 (Income Bonus etc) 1998 Lm3856.664 Lm110.00 (Income Bonus etc) Iż-żewġ ko-ordinaturi kellhom/għandu l-użu ta' karozza tal-kiri bil-fuel provdut mill-Gvern għall-ġimgħa kollha. Din hija kkunsidrata aktar bħala "concession". Iċ-"chairpersons" tal-Kumitati, bħall-membri l-oħra, m'għandhomx ħlas. Huwa veru pero' li ġieli kien hemm talbiet għal ħlas għal "Secretarial Allowance" li jipprovdu għall-spejjeż li ċ-"Chairpersons" ikunu għamlu mill-uffiċċju tagħhom in konnessjoni mal-Kumitati. F'dan il-kuntest, iċ-"Chairman" tal-Valletta Rehabilitation Committee kien tħallas is-somma ta' Lm416. fl-1995 u Lm575. fl-1996. Iċ-"Chairman" ta' l-Imdina Rehabilitation Committee tħallas is-somma ta' Lm500. fl-1999.
Leg 9 PQ #14349 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Swali tar-riċevimenti — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal swali tar-riċevimenti din l-aħħar sena minn Jannar 1999 sa Jannar 2000? F'liema lokalitajiet inħarġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar, 1999, u l-31 ta` Jannar, 2000, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet permess wieħed għal sala ta` riċevimenti li tinsab fil-limiti taż-Żurrieq.
Leg 9 PQ #13837 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt/Kottonera/Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'pagi u f'allowances iċ-chairpersons, il-membri u l-kordinaturi tal-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Imdina f'dawn l-aħħar ħames snin (jew inkella minn meta ġew iffurmati fil-każ ta' dawk li m'ilhomx ħames snin)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-unika persuna li titħallas huwa l-Kordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project, Cottonera Rehabilitation Project u ta' l-Imdina Rehabilitation Project. Din il-persuna tħallset hekk: Sena Salarju Allowance Lm Lm ---------------------------------------------- ----- 1995 5,774.254 9.75 1996 5,822.998 26.00 1997 5,910.752 20.58 1998 5,798.004 220.00 (Inc. Bonuses & Collective Agreement) 1999 5,889.000 623.00 (Inc. Bonuses & Collective Agreement)
Leg 9 PQ #13838 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola tar-restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola tar-restawr? Jista' jgħid kemm kien hemm applikanti biex jidħlu f'din l-iskola? Jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-istudenti li hemm illum? Jista' jgħid kemm hemm għalliema fl-istess skola? Kemm kien hemm applikanti biex jgħallmu f'din l-iskola? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-għalliema li hemm illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlametari 11107, 10965, 10416, 11565 u 11541, informat ukoll li bħalissa hemm:- a) 16-il studenti isegwu l-kors ta' 4 snin li jwassal għad-degree fil-Conservation and Restoration Studies b) 60 studenti li qegħdin jagħmlu l-kors preparatorju għall-eżamijiet tad-dħul li jmiss. Kull min applika għall-kors preparatorju kien aċċettat.
Leg 9 PQ #13839 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet pregnant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija, skond l-iSchoolgirl Mother's Unit huwa n-numru ta' dawk li għamlu kuntatt jew li ġew riferuti għal din il-Unit. In-numru ta' studenti taħt is-16-il sena huwa ta' 10; In-numru ta' studenti li jattendu skejjel Post-Sekondarji bejn is-16-il sena u t-18-il sena huwa ta' 6; In-numru ta' tfajliet bejn is-16-il sena u t-18-il sena li waqfu mill-iskola jew mix-xogħol huwa ta' 22.
Leg 9 PQ #13840 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq ta' l-Għargħar - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-familji li joqogħdu fi Triq ta' l-Għargħar, Wied il-Għajn, għadhom mingħajr bozza wara li dawn marru jilmentaw bosta drabi - kien hemm anke inċidenti minħabba li din l-area tinsab fi dlam ċappa - mal-kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg, u jekk ikun il-kaz, jittiehdu l-passi mehtiega.
Leg 9 PQ #10029 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' Direttur Ġenerali; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntati f'dan il-grad; (c) x'dipartiment/sezzjonijiet jirrapportaw lil dawn id-diretturi ġenerali; (d) kemm għandhom impjegati taħt ir-responsabbilta'tagħhom; (e) id-data ta' meta ngħataw l-ewwel performance contract ta' direttur ġenerali u s-substantive grade li kienu fih meta ingħataw dan l-ewwel performance contract; (f) il-grad li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Janar, 1991; (g) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (h) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 9 PQ #10030 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntanti f'dan il-grad; (c) id-data ta' meta ingħataw l-ewwel performance contract ta' segretarju permanenti u s-substantive grade li kienu fih meta ngħataw dan l-ewwel performance contract; (d) il-grade li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1991; (e) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li għandhom performance contract ta' permanent secretary; (f) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 9 PQ #10873 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10029?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u nagħti tweġiba dettaljata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10874 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10030?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u nagħti tweġiba dettaljata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10029 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' Direttur Ġenerali; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntati f'dan il-grad; (c) x'dipartiment/sezzjonijiet jirrapportaw lil dawn id-diretturi ġenerali; (d) kemm għandhom impjegati taħt ir-responsabbilta'tagħhom; (e) id-data ta' meta ngħataw l-ewwel performance contract ta' direttur ġenerali u s-substantive grade li kienu fih meta ingħataw dan l-ewwel performance contract; (f) il-grad li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Janar, 1991; (g) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (h) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10030 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntanti f'dan il-grad; (c) id-data ta' meta ingħataw l-ewwel performance contract ta' segretarju permanenti u s-substantive grade li kienu fih meta ngħataw dan l-ewwel performance contract; (d) il-grade li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1991; (e) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li għandhom performance contract ta' permanent secretary; (f) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Zabbar — Triq ir-Redentur - Twessigħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9283, jista' l-Ministru jgħid jekk minn Diċembru tas-sena l-oħra kienx hemm xi deċiżjoni dwar meta se jibda x-xogħol ta' twessigħ ta' Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar? Jaf il-Ministru li spiss ikun hemm inċidenti fejn ikorru n-nies minħabba l-ostaklu li hemm f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inzid mar-risposta għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9158.