Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16975 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan ta' ħidma kurrenti tal-Cottonera Rehabilitation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera.
Leg 9 PQ #16976 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan ta' ħidma kurrenti ta' l-Imdina Rehabiliation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina.
Leg 9 PQ #17013 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati li kienu allegatament kommessi f'Paceville sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti informazzjoni skond ir-reat? Jista' jgħid kemm mill-persuni mressqa kellhom taħt it-18-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #17014 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies il-ħabs, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu first time offenders? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet tal-priġunieri u skond humiex irġiel jew nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17015 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Settur pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'pagi għall-impjegati mas-settur pubbliku għas-snin 1997, 1998 u 1999 u kemm se tkun għas-snin 2000, 2001 u 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Gvern f`pagi għall-impjegati tiegħu mill-1997 `l hawn hi : (Lm `miljuni) 1997 119.2 1998 125.4 1999 125.0 2000 (stima) 130.5 L-istimi għas-snin 2001 u 2002 għadhom ma humiex finalizzati.
Leg 9 PQ #16974 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan ta' ħidma kurrenti tal-Valletta Rehabiliation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #16975 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan ta' ħidma kurrenti tal-Cottonera Rehabilitation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #16976 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjan ta' ħidma kurrenti ta' l-Imdina Rehabiliation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #16977 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-uffiċjali pubbliċi li ttellgħu quddiem il-PSC tul l-1999? Jista' jgħid f'liema dipartimenti qegħdin jew kienu dawn l-uffiċjali; x'kienu l-każi li għalihom kienu mressqin quddiem il-PSC, x'kienet id-deċiżjoni fuq il-każi li nqatgħu u kemm hemm każijiet pendenti? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17011 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Drug and Therapeutic Committee — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-mediċini approvati mid-Drug and Therapeutic Committee biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li din hija lista ta' mediċini approvati biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-mediċini indikati * kienu nxtraw għall-pazjenti fuq bażi ndividwali. Il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Saħħa — Mard kroniku

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhu l-mard kroniku li jintitola pazjenti jieħdu mediċini bla ħlas? Jista' jagħti l-listi hekk kif kienu fl-1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-mard kroniku li jintitola pazjenti jieħdu mediċini bla ħlas tinsab f'Taqsima II tal-Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-listi tas-snin mitluba.
Leg 9 PQ #16949 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Eżami ta' Senior Principal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba mill-1995 'il hawn saru l-eżamijiet għal principals u senir principals fis-Servizz Pubbliku? Meta saru? Kemm kandidati għamlu kull eżami? Kemm għaddew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #16877 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UNICEF — Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx fost il-pajjiżi nklużi fis-survey li għadu kif sar mill-UNICEF rigward il-faqar fost it-tfal? Jista' jitpoġġa kopja tar-rapport ta' dan is-survey fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16877, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: Malta ma kienetx fost il-pajjiżi nklużi fis-survey li għadu kif sar mill-UNICEF rigward il-faqar fost it-tfal. Is-survey sar mill-UNICEF Innocenti Research Centre f'Firenze l-Italja u kien jinkludi biss pajjiżi membri tal-OECD. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għad m'għandux kopja tar-rapport ta' dan is-survey. Kif jirċievi kopja, ikun jista' jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16871 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mpjegati fil-qorti u x'inhuma l-gradi tagħhom? X'kien id-dħul mir-registry fees fl-1999?

Response (GATT, AUSTIN)

`B`referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, in-numru ta`impjegati fil-Qrati tal-Ġustizzja huwa ta` 347 li jinkludi l-membri tal-Ġudikatura kif ukoll impjegati ingaġġati b`kuntratt. Din il-figura hija korretta sa l-aħħar ta` Mejju 2000. Hemm 113 il-impjegat fi gradi amministrattivi u klerikali, 33 fi gradi professjonali, 9 fi gradi tekniċi u superviżuri, 106 fi gradi dipartimentali, 37 fi gradi industriajli, 13 fuq bażi każwali, 34 impjegati fuq bażi kuntrattwali u 2 mislufa lid-Dipartiment minn Dipartiment ieħor u minn korporazzjoni rispettivament.` Id-dħul mir-Registry fees kien ta` LM672,656 għas-sena 1999.
Leg 9 PQ #16872 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Periti privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx periti privati li qed jingħataw xogħol mill-MDC? Jekk iva, kemm hemm u min huma? X'inhu l-valur tal-proġett li fuqu qegħdin jaħdmu kull perit separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-twegiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #16873 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Twelid minn ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien in-numru ta' tfal li twieldu lil ommijiet mhux miżżewġa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-lokalita' li fiha toqgħod l-omm u skond l-eta' ta' l-omm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellanti.

Impjiegi — Ħaddiema taħt l-eta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm employers li minn Jannar 1999 sa Mejju 2000 ħaddmu nies taħt is-16-il sena? Jista' jaqsam lil dawk li nqabbdu jaħdmu taħt is-16 fi tfajliet u ġuvintur u f'liema xogħol inqabdu jaħdmu? X'passi ttieħdu kontra s-sidien? Kien hemm min inqabad aktar minn darba bl-istess offiża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi Seduta oħra.

Impjiegi — Ħinijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara l-ittra li bagħtet il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara liċ-Chairman ta' l-Enemalta dwar it-tibdil fil-ħin li fih jibdew ix-xogħol l-impjegati filgħodu, wara talba li dawn l-istess impjegati għamlu lil xi membri parlamentari, u wara li din it-talba ġiet riferuta lilu, x'sar min-naħa tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li rċevejt kopja tal-ittra tas-27 ta' Marzu 2000, indirizzata liċ-Chairman tal-Enemalta Corporation, mill-Kummissjoni Għall-Avvanz tal-Mara, jien ktibt lill-imsemmi Chairman u b'ittra ta' 1 ta' April 2000 esprimejt it-tħassib tiegħi dwar kif il-bdil fil-hinijiet tax-xogħol tal-impjegati kollha tal-Enemalta seta' jaffettwa numru ta' impjegati u l-familji tagħhom. Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tikkunsidra attivament soluzzjonijiet possibli biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' dawk li ġew milquta ħażin.