Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18117 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA2416/00

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17841, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-professional fee tal-periti għax-xogħol li wettqu s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ebda professional fee ma tħallset s`issa lid-ditta tal-Periti li wettqet ix-xogħol biex it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern setgħet tissottometti applikazzjoni Outline għall-iżvilupp ta` Moynihan House.
Leg 9 PQ #18119 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ġustizzja — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar r-risposta tingħata f`seduta oħra
Leg 9 PQ #18120 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Id-dettalji mitluba ser jingħataw f`xi Seduta oħra.

Trasport — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18092 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18093 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #18094 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li din il-mistoqsija tinvolvi xejn anqas minn sebgħa u għoxrin bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi, ma narax għaliex għandha tingħata l-informazzjoni mitluba, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex din qed issir.
Leg 9 PQ #18095 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18096 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18097 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kostrett nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17925 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kumpanniji ta' l-IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji barranin ta' l-IT huma interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E-government?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li saru diskussjonijiet informali ma xi kumpaniji għadu kmieni wisq biex tingħata indikazzjoni konkreta ta` dak li qed titlob l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #17841 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA2416/00

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17696, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proġett pilota ta' Moynihan House kif ippreżentat mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proġett pilota ta` Moynihan House kif ippreżentat mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #17696 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA 2416/00

Question

Jekk il-Ministru m'għandu l-ebda diffikulta', jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni PA 2416/00, inklużi l-pjanti, bid-dettalji tal-proġett pilota hekk kif ippreżentata mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17513.
Leg 9 PQ #17678 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallas direttur fil-Planning Authority?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-salarju annwali tad-Direttur ta` l-Ippjanar li hu l-kap tad-Direttorat fil-Planning Authority hu kif ġej: Lm 13,792 salarju; Lm 2,000 allowance għall-spejjeż ġenerali; Lm 748 allowance għall-petrol; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; Performance Bonus sa massimu ta` 15% tal-paga bażika fis-sena; Id-Direttur għandu wkoll l-użu ta` karozza ta` l-Awtorita`.
Leg 9 PQ #17679 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Chairman

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas iċ-Chairman tal-MITTS? Jista' jgħid kemm kien jitħallas is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-kumpanija MITTS, bħala kumpanija tal-Gvern, hija kklassifikata Category B u għaldaqstant i-Chairman tal-MITTS jitħallas Lm6,000 fis-sena. L-istess ammont tħallas liċ-Chairman is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #17680 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teatru Nazzjonali — Produzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu produzzjonijiet li kumpanniji jkunu jridu jtellgħu fit-teatru nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kriterji mitluba biex jintgħażlu produzzjoni tat-Teatru Nazzjonali huma elenkati fil-Press Release maħruġa mit-Teatru Manoel fit-2 ta' Diċembru 1999. Minbarra l-ġurnali tintbagħat ukoll kopja direttament lill-kumpaniji. Ser inpoġġi kopja ta' l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17681 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teatru Nazzjonali — Seats

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' seats fit-teatru nazzjonali? Jista' jgħid kemm minn dawn is-seats jittieħdu mill-management mingħajr ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' postijiet fit-Teatru Manoel huwa ta' 622 li minnhom il-management jieħu 12 għaċ-Chairman u l-membri tiegħu.
Leg 9 PQ #17538 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #17539 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti ta' l-appell?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra. Interim Ir-risposta għall-mistoqsija 17539 qed tingħata f`mistoqsija nru. 18234.
Leg 9 PQ #17512 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena tul dawn l-aħħar għaxar snin kemm twieldu tfal lil ommijiet taħt it-18-il sena? Jista' jagħti informazzjoni skond l-eta' ta' l-ommijiet, minn fejn huma u jekk humiex miżżewġin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f`seduta oħra.