Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18232 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalukwe organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-lista ta' l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli kienet ġiet pubblikata fil-ħarga tal-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Settembru 1998. Informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bord tat-tmexxija ta' kull entita' kif ukoll ir-remunerazzjoni relattiva, ingħatat preċedentement meta ġew imwieġba diversi mistoqsijiet dwar il-materja.
Leg 9 PQ #18234 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17539?

Response (GATT, AUSTIN)

Quddiem il-Qorti ta` l-Appell hemm 773 kawżi ċivili u 60 kawża kostituzzjonali pendenti fit-28 ta` Gunju 2000.
Leg 9 PQ #18235 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi ċivili

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17538?

Response (GATT, AUSTIN)

Kawżi Ċivili pendenti fit-28 ta` Gunju 2000 hemm: Prim` Awla 8861 Rikorsi Kostituzzjonali 99 Inferjuri 2421 Tribunal tat-Talbiet Żgħar 613 Bord li jirregola l-Kera 411 Bord tal-qbiela 139 Land Arbitration Board 153
Leg 9 PQ #18236 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17512?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu l-informazzjoni dwar it-twelid tat-tfal lil ommijiet taħt it-18-il sena (Maltin u Barranin) minn informazzjoni mogħtija mill-Isptar Karin Grech lir-reġistru tal-Maternity Information System (MIS) għall-perjodu mis-sena 1994 sal-1998. Għas-sena 1999 l-informazzjoni hija fuq livell Nazzjonali mogħtija lin-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa. Total Births to Teenaged mothers (< 18 yrs.) Years Total Births ___________________________ 1994 71 1995 74 1996 91 1997 100 1998 93 1999 87 Teenage Pregancies (<18 yrs) according to Age Age (yrs.) 1994 1995 1996 1997 1998 1999 ________________________________________________ ___________ 13 - - 1 - 1 - 14 2 3 3 3 4 4 15 8 7 12 12 12 8 16 21 29 30 26 28 23 17 37 33 45 58 47 51 ______________________________________________ ______________ Total 68 72 91 99 92 86 Teenage Pregnanies (< 18 yrs) according to Marital Status Marital Status 1994 1995 1996 1997 1998 1999 ____________________________________________ ___________________ Single 29 41 58 63 69 74 Married 37 31 33 36 23 11 Seperated - - - - - 1 _______________________________________________ _________________ Total 68 72 91 99 92 86 Minħabba li d-dettalji fuq kull lokalita' jinkludu numri żgħar ma nħossx li għandi nagħmel pubblika din l-informazzjoni, imma lest ngħaddiha lill-Onor. Intrepellant b'mod kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #18237 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet iwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

1. (a) Law Commission Imwaqqfa fl-1980 skond l-att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji. (b) Law Commissioner (Prof G. Mifsud Bonnici) - ex Prim Imħallef Honorarium ta` Lm3600 fis-sena. 2. (a) Ċentru ta` l-Arbitraġġ ta` Malta Bord maħtur fi Frar tal-1998 skond l-Att II tal-1996. (b) Chairman u membri tal-Bord Dr. Max Ganado Lm5414 p.a. Dr. Godwin Muscat Azzopardi Lm4088 p.a. Joseph George Vassallo Lm3660 p.a. Helga Ellul Lm3660 p.a. Carlo Cini Lm3660 p.a. Edward Woods Lm1500 p.a. Mario Grech Lm1500 p.a. Dr. A. Borg Barthet (ex officio) Lm1500 p.a. George Fenech Lm1500 p.a. (c) Hadd minn dawn il-membri (oltre il-membru ex-officio) ma hu mpjegat fiċ-ċivil. 3. (a) Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni - Att XXII tal-1988 Imħallef Dr. Albert Manche`(irtirat) Chairman - Lm5414 p.a. Avukat Dr. Raymond Zammit - membru - Lm3660 p.a. Lt. Col. John Harrison (irtirat) - membru - Lm3660 p.a.
Leg 9 PQ #18222 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Korporazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalukwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Tista' tgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Tista' tgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm lebda awtorita', korporazzjoni, agenzija jew istitut li jaqa' taħt ilMinisteru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #18223 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet u aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabe ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda awtorita, korporazzjoni, aġenzija, istitut jew organizzazzjoni oħra li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #18227 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituti u kwalunkwe organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #18228 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru għal Finanzi — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governemental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fi-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

M hemm l-ebda awtorita , korporazzjoni, jew agenzij, ecc kwazi non-governmental fil-ministeru tieghi.
Leg 9 PQ #18229 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-ċhairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu tħat id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarju u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18216 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16974?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kumitat ta' Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta ddeċieda li ma jagħmilx business plan ta' tlett snin sakemm jipprepara master plan li qed jaħdem fuqu. Madankollu għas-sena d-dieħla l-ħidma se tikkonċentra fuq pavimentazzjoni ta' Pjazza San Ġwann u parti minn Triq San Ġwann, kif ukoll Triq il-Karrijiet, kif ukoll kontinwazzjoni ta' restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti. Għar-rigward tal-Floriana l-ħidma se tkun konċentrata fuq il-ġnien tal-Mall u l-parti tas-swar li tagħti għal fuq il-Port il-Kbir.

Impjiegi — Ħaddiema taħt l-eta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16874?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sitta u disgħin (96) "employers" instabu jħaddmu 103 persuna ta' eta' minorenni minn Jannar 1999 sa Mejju 2000. Minn dawn sebgħin (70) huma ġuvintur, tlieta u tletin (33) huma tfajliet u nstabu jaħdmu f'dawn is-setturi:Settur Persuni------- ---------Retail 29Agrikoltura 1Kostruzzjoni 19Turiżmu 28Servizzi 16Manifattura 9Trasport 1Il-Korporazzjoni fil-preżent għaddejja b'seduti fil-qorti fuq spezzjonijiet li saru matul is-sena 1999. Ma kienx hemm minn inqabad aktar minn darba bl-istess offiża.
Leg 9 PQ #18218 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16442?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi: Lista A li turi ħaddiema fil-General Service li għandhom kwalifiki universitarji, inklużi diplomi, jew kwalifiki oħra; u Lista B li turi ħaddiema li mhumiex fil-General Service li jaqu taħt id-dekasteru tiegħi, u li għandhom kwalifiki universitarji jew kwalifiki oħra. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kwalifiki ta' impjegati oħra li mhumiex fil-General Service u li jservu f'Ministeri oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #18221 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16977?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta' każijiet ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ta' 169. Dawn huma maqsuma f'dawn it-tlett kategoriji: Kategorija Nisa Iriel Total (a) Każijiet kriminali fil- Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi 2 74 76 (b) Każijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad-Dixxiplina tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 10 56 66 (c)Każijiet ta' tkeċċija mis- Servizz Pubbliku minħabba assentejiżmu minn fuq il-post tax-xogħol 6 21 27 Total 18 151 169 It-tagħrif ieħor li ġie mitlub mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18122 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tagħha? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18123 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18124 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.