Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18603 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18123?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mal-Ministeru tat-Turiżmu hemm erba' konsulenti. Ir-renumerazzjoni li jitħallsu huwa ta' Lm4,244, Lm5,849, Lm1,600 u Lm5,014. Ma jieħdu ebda 'fringe benefits'. Tnejn minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-Gvern.
Leg 9 PQ #18604 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18124?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18605 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18238?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18594 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18227?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mal-Ministeru għall-Ambjent hawn entita' waħda minn dawk imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. Din hija l-Building Industry Consultative Council magħrufa bħala BICC, li twaqqfet fit-3 ta' Novembru 1997 permezz tar-Riżoluzzjoni Parlamentari numru 74. Is-salarju taċ-Chairman hu ta' Lm7,534. u huwa pprovdut b'karozza fully expensed u telefon ċellulari. Iċ-Chairman serva bħala perit mal-Gvern bejn is-6 ta' Novembru 1998 u l-15 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #18598 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18095?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Konsulent Qasam Ħlasijiet Fringe Impjegati Benefits/ mal-Gvern Impjegat mal-Gvern --------------------------------------- ----------------------------------- Joseph Mallia Dipartiment Lm4,456 Karozza Iva għall-Ħarsien tal-kiri ta' l-Ambjent u s-servizz tat-telefon li jinkludi mobile phone Anthony Mallia Dipartiment Salary Scale 5 Allowance ta' / għall-Ħarsien Lm50. fix-xahar ta' l-Ambjent Saviour Balzan Ambjent Lm4,520. / / John Micallef Kooperattiva Lm10,000. / / ta' l-Indafa Dr Kevin Aquilina Unjoni Għad trid tiġi / / LL.D. Ewropeja determinata J.M. Borg Konsulenza fuq Lm2,500. / / Occupational Health & Safety MVA (UK) Konsulenza li GBP9,015 u / / jinkludi xogħol Lm100(spejjeż) ta' survey Cassar,Grech & Konsulenza li Lm174,000 / / Ebejer,KOCKS Gmbh tal-Master Plan tad-drenaġġ għat-Tramuntana ta' Malta Cassar,Grech & Konsulenza li Lm280,000 / / Ebejer,KOCKS Gmbh tal-Master Plan tad-drenaġġ għan-Nofs in-Nhar Malta AIS Environmental Konsulenza biex Lm47,250 / / Ltd. jitħejjew studji ta' l-impatt ambjentali b'konnessjoni mal- Implimentazzjoni tal-Master Plan tad-drenaġġ Dorsh Consult Project Lm608,000 / / Management tal-Master Plan tad-drenaġġ COWI Consult Disinn finali Lm35,600 / / ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fit-Tramuntana u Għawdex England & England Rehabilitation of 7% tal-valur / / St James Cavalier tax-xogħol Perit Michael Rehabilitation of Lm1,500 / / Ellul St James Cavalier fis-sena M&E Consulting Rehabilitation of 4.5% tal-valur / / Services St James Cavalier tax-xogħol Camilleri & Rehabilitation of 3% tal-valur / / Cuschieri St James Cavalier tax-xogħol Theatre Projects Rehabilitation of Ibbażat fuq / / Consultants St James Cavalier spejjeż u n-numru ta' sigħat B.D. Atherson Rehabilitation of Lm1,540 / / Associates St James Cavalier Architecture Rehabilitation 9.5% tal-valur / / Project Project tax-xogħol Architecture Rehabilitation 5% tal-valur / / Project Project tax-xogħol Ing. Paul Meilak Rehabilitation 4%-6% tal-valur / / Project tax-xogħol Frank Franjue Rehabilitation (FF80,000) / / Project
Leg 9 PQ #18599 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18096?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18584 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Ghajn — Papri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jitneħħew il-papri mill-post magħruf bħala Il-Magħluq, Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18551 (Seduta 357).
Leg 9 PQ #18589 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ġustizzja — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18119?

Response (GATT, AUSTIN)

Konsulenti li qed jagħtu servizz lill-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma dawn: Kunsilli Lokali - Dr. Anthony Cutajar - konsulent legali bi ħlas ta` Lm100 + vat fix-xahar. - Is-Sur Maurice Caruana - konsulent bi ħlas ta` Lm5000 fis-sena u użu ta` karozza. Kien Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qabel ma rtira. Il-Qorti - L-Inġinier Joseph Muscat - konsulent tekniku bi ħlas ta` Lm100 fix-xahar + vat. Ministeru - Dr. Vanni Bruno, xogħol konness ma drafting ta` Liġijiet. Kuntratt għal tlett snin b`ingaġġ bħala konsulent u ħlas ta` Lm15,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #18592 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18231?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar id-disa organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi. Nixtieq inżid li s-Sur Joseph Curmi kien jokkupa l-ħatra ta' Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni immedjatament qabel inħatar bħala Chairman tal-Public Service Commission.
Leg 9 PQ #18238 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18239 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituzzjonijiet u kwalunkwe korporazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mit-tipi ta` entitajiet imsemmija fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, hi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li ġiet imwaqqfa bl-Att Nru. 1 ta` l-1992 fit-28 ta` Ottubru, 1992 li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern. Is-salarji u fringe benefits annwali li jieħdu ċ-Chairperson u d-Direttur huma hekk kif ġej : Chairperson tal-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar -------------------------------------- ------------- Lm8,000 salarju; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; L-użu ta` karozza ta` l-Awtorita` bil-petrol imħallas. Direttur -------- Diġa` ngħataw id-dettalji fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17678. L-istess Direttur qabel kien impjegat bħala Assistent Direttur direttament responsabbli għall-Planning Services Division fi ħdan il-Ministeru ta` l-Infrastruttura.

Trasport — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18241 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-informazzjoni mitlub qeghda tingabar, kif jistlesta l-process twegiba tinghata f'seduta ohra.
Leg 9 PQ #18242 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18416 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA2416/00

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18117, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-ħlas lill-periti għax-xogħol li wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-proposti finanzjarji li ntlaħaq ftehim dwarhom bejn it-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern u d-ditta tal-Periti konċernata rigward il-proġett isemmi fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #18231 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull eneita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.