Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22237 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income min-nisa Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22238 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income minn irġiel Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol — Full-Time / Part-Time

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm (a) kien hemm nisa u rġiel jaħdmu full-time fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1975 sal-lum? (b) kien hemm nisa u rġiel irreġistrati bħala ħaddiema part-time fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1975 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-pubblikazzjoni 'A Window On The World of Work' ippubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika fejn issib l-informazzjoni mitluba. Iċ-ċifri ta' kemm hemm nisa u rġiel jaħdmu full-time mill-1994 - 1999 issibhom f'paġni 6 u 7 filwaqt li ċifri ta' kemm hemm nisa u rġiel jaħdmu part-time mill-1994 - 1999 issibha f'paġna 26. Iċ-ċifri ta' qabel l-1994 ma hijiex komparabbli peress li kienet seħħet ir-reviżjoni ta' l-istatistika.

Activity Rate — Male / Female

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-revisjoni li kienet saret dwar kemm hawn nies jaħdmu bi qliegħ f'Malta u Għawdex affetwatx il-male activity rate u l-female activity rate rispettivament għal dawk is-snin li għalihom saret ir-reviżjoni? Jekk dawn ġew affettwati, kif ġew affetwati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

ETC — Nisa u Rġiel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel rispettivament jaħdmu fis-setturi ekonomiċi kif soltu jiġu ppublikati mill-ETC f'kull 31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1975 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għan-News Releases li jiġu ppubblikati miċ-Ċentru tal-Istatistika jew għall-website http://www.magnet.mt/home/cos.

Reġistrar — Irġiel u Nisa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa rispettivament jirreġistraw għax-xogħol f'kategoriji ta' etajiet (16-19, 20-24, 25-34, 35-44, 45-54 u 55-65) fl-aħħar ta' Diċembru tas-snin 1975, 1980, 1985, 1990, 1995 u 30 ta' Settembru 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Mpjiegi — Full-Time

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħolqu mpjieġi full-time ta' rġiel u nisa rispettivament matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 sa l-aħħar ta' Settembru 2000? Jekk hu possibli agħtini informazzjoni f'liema settur ekonomiku nħolqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn Diċembru 1994 u Settembru 2000. Ninsab infurmat li ċ-ċifri ta' qabel l-1994 mhumiex kumparabbli peress li kienet seħħet reviżjoni ta' l-istatistika.

Impjiegi — Gradwati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' gradwati jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jaqsamhom skond id-degree tagħhom u f'nisa w irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar persuni gradwati li kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 2000.
Leg 9 PQ #21858 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Taqsima ta' l-Istudenti Tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet bħalissa jattendu it-taqsima tal-istudenti tqal fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduat oħra.

Roads Department — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara li r-roads department rebaħ il-kawża magħmula kontrih rigward xogħol fuq Triq Villa Abata, Ħaż-Żabbar fil-5 ta' Ottubru, għalfejn ix-xogħol xorta għadu ma tkomplix u dan għad detriment tar-residenti? Jista' jgħid meta se jitkompla x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li ntrebħet il-kawża biex il-livelli tat-triq jistgħu jinżammu għal dawk proġettati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, qed isir xogħol biex il-livelli tal-bankina u tar-rampa tal-garaxx quddiem il-post effettwat jiġu mlaqqa tajjeb biex il-garaxx ikun jista' jkompli jintuża. Il-pjanti biex isir dan ix-xogħol qegħdin isiru.
Leg 9 PQ #21727 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21503 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu temporanjament billi qed jaħdmu minflok ħaddiema li qegħdin jagħmlu użu minn miżuri bħal parental leave, responsibility break, career break, study leave, etc.? Jista' jgħid f'dawn il-każi fejn dawn il-ħaddiema fuq leave twil ma jitħallsux, jekk dawn għadhomx mal-lista ta' l-employed flimkien ma' dawk li temporanjament ħadulhom posthom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 4 ħaddiema każwali mpjegati taħt l-iskema ta’ “Casual Substitutes on Definite Contract”. Informazzjoni dwar ħaddiema oħra każwali reklutati b’dan il-mod f’Ministeri oħra għandha tintalab mill-Ministeri kkonċernati li lilhom ġiet iddelegata l-awtorità li jagħmlu l-ingaġġ. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpallant li ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fuq “leave” fit-tul mingħajr ħlas jibqgħu jkunu kkunsidrati bħala mpjegati tal-Gvern tul il-perijodu tal-“leave” sakemm dan ikun approvat. Dwar il-ħaddiema każwali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21035.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu temporanjament billi qed jaħdmu minflok ħaddiema li qegħdin jagħmlu użu minn miżuri bħal parental leave, responsibility break, career break, study leave, etc.? Jista' jgħid f'dawn il-każi fejn dawn il-ħaddiema fuq leave twil ma jitħallsux, jekk dawn għadhomx mal-lista ta' l-employed flimkien ma' dawk li temporanjament ħadulhom posthom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija taghha lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #21330 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21331 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21319 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-Bordijiet li jaqgħ u taħ t id-dekasteru tiegħ i u n-nies li jiffurmawhom huma:- Board of Governors ITS Mr. Albert Muscat Inglott Mr. Anthony Gatt Ms G. Borg Mr. Lino O. Borg Ms R. Borg Mr. Vincent Camilleri Mr. Walter Cassar Mr. Joseph Dimech Mr. Noel Falzon Mr. C. Fsadni Mr. Joseph Micallef Ms Gloria Mizzi Ms Antoinette Naudi Ms Joyce Pullicino Mr. Francis Albani Hotels & Catering Establishments Board Dr Paul Pullicino Mr. Winston J. Zahra Mr. Vincent Camilleri Ms Theresa Delia Mr. Joseph Gauci Mr. Sammy Rapa Mr. George Schembri Mr. Joe Spiteri Ms Angele Stafrace Mr. Joseph Micallef Mr. Joe Lanzon MTA Board Members Dr John C. Grech Maj. A. Cassar Reynaud Mr. Ian DeCesare Mr. George Micallef Mr. Louis P. Naudi Mr. Victor Borg Mr. Francis Stivala Dr Simon Tortell Mr. Joe Cappello Mr. Joe Preca Mr. K. DeMartino Mr. Winston V. Zahra M.T.A. Marketing and Promotion Directorate Mr. Winston V. Zahra Mr. Louis Tabone Mr. Martin Rossignaud Mr. Joseph Bondin Mr. Robert Arrigo Mr. Joseph Portelli Mr. George Schembri M.T.A. Product Planning & Development Directorate Mr. George Micallef Mr. George Arrigo Mr. Mario Attard Mr. Aldo Borg Mr. Joseph Borg Olivier Mr. Anthony Chircop Mr. Lino Farrugia Mr. Victor Gruppetta Mr. Sammy Mifsud Mr. Brian Mizzi Mr. Charles Yeomans M.T.A. Human Resources & Support Services Directorate Mr. Joe Preca Mr. Sammy Rapa Mr. Alfred Magrin Mr. Joseph Diacono Mr. Alex Ellul Mr. Franklin Pulis Mr. Peter J. Lawson Mr. Michael Kamsky Mr. Paul Catania F’kull Bord hemm membri magħżula minni kif ukoll oħrajn magħżula mis-settur privat.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #21323 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru ta' l-Ekonomija — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.