Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatatx ordni mid-dipartiment tat-toroq biex ix-xogħol fuq l-aħħar parti ta' Triq Abate Rigord f'Ħaż-Żabbar ma jitkompliex? Jekk iva, x'inhi r-raġuni? Jekk le, jista' jara li x-xogħol fuq din it-triq jitlesta speċjalment għax ir-residenti milqutin mill-waqfien tax-xogħol bil-kemm jistgħu jidħlu fid-djar tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fit-triq Abate Rigord prattikament tlesta ħlief għall-bankina quddiem garage li s-sid tiegħu kien beda proċeduri legali biex il-livelli tat-triq jinbidlu. Id-Dipartiment lesta d-disinn tal-culvert u l-bankina quddiem il-garage u x-xogħol mistenni jinbeda f`dawn il-ġranet.
Leg 9 PQ #21858 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Taqsima ta' l-Istudenti Tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet bħalissa jattendu it-taqsima tal-istudenti tqal fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-iSchoolgirl Mother's Unit hemm: 33 tfajla tqila li qed jattendu l-programm ta' 3 ijiem: 20 tfajla tqila li qed jattendu għal counselling; Bejn 20 u 25 tfajla li qed jattendu darba fil-ġimgħa, bit-tarbija tagħhom għas-Support Group.
Leg 9 PQ #22359 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn nisa Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' taxxa li tħallset minn persuni nisa reġistrati f'isimhom taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, bejn l-ewwel ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000 kien ta' Lm776,623.52.
Leg 9 PQ #21316 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22237 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income min-nisa Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa hija din : 1990 Lm1,751,397 1991 Lm2,961,103 1992 Lm6,801,575 1993 Lm8,462,402 1994 Lm10,002,842 1995 Lm11,560,226 1996 Lm9,782,374 1997 Lm8,975,951 1998 Lm11,175,690 1999 Lm13,661,338 Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.
Leg 9 PQ #22238 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income minn irġiel Maltin matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interprellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa minn irġiel Maltin hija din : 1990 Lm7,498,221 1991 Lm12,082,859 1992 Lm26,766,670 1993 Lm33,408,756 1994 Lm42,443,519 1995 Lm48,318,356 1996 Lm44,257,698 1997 Lm40,371,463 1998 Lm47,978,446 1999 Lm57,806,586 Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.
Leg 9 PQ #22611 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl ta' Barra

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni li min hu inkarigat jieħu ħsieb li l-bozza li nqatgħet aktar minn xahar ilu f'ta' l-Għarar Lane Ħaż-Żabbar tinbidel? In-nuqqas ta' dawl huwa ta' periklu għall-ħames familji li jgħixu hemm hekk u diġa' kien hemm inċident serju ikkawżat mid-dlam.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #22362 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn irġiel Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' taxxa li tħallset minn persuni irġiel reġistrati f'isimhom taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, bejn l-ewwel ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000 kien ta' Lm7,689,193.92.
Leg 9 PQ #22359 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn nisa Maltin (li huma rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom) matul is-snin li ilha tiġi operata din it-taxxa sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22366 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

RSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm membri tar-RSC jaħdmu fil-Kumpless ta' Ħal-Far Groupage Container Complex? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol li kienu jagħmlu f'dan il-kumpless? Jista' jgħid x'poteri mogħtija mill-Liġi kellhom il-membri tar-RSC f'dan il-kumpless?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15712. Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ dawn il-membri ta’ l-RSC kien jikkonsisti f’iċċekjar u spezzjonijiet ta’ vetturi u “containers” li kienu jidħlu u joħorġu mill-Kumpless. Kienu jagħmlu wkoll xogħol ta’ sigurtà ġenerali ma’ l-imħażen fil-Kumpless. Bħall-membri kollha tal-Forzi Armati, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, il-membri ta’ l-RSC għandhom il-poteri kollha li tagħtihom il-Liġi skond l-Avviż Legali Numru 66 ta’ l-1980.
Leg 9 PQ #22369 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

RSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta spiċċaw il-membri tar-RSC mill-Ħal Far Groupage Container Complex? Jista' jgħid għaliex spiċċaw? Jista' jgħid jekk hemm xi ħsieb li membri tar-RSC jerġgħu jitpoġġew fil-Ħal Far Groupage Container Complex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15712. Il-membri ta’ l-RSC ġew irtirati mill-Ħal-Far “Groupage Complex” wara talba speċifika mid-Dipartiment tad-Dwana. Jien infurmat li ma hemmx ħsieb li membri ta’ l-RSC jerġgħu jmorru jaħdmu fil-Kumpless.
Leg 9 PQ #22372 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Activity Rate — Male / Female

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22229 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid jekk ir-revisjoni li kienet saret dwar kemm hawn nies jaħdmu bi qliegħ f'Malta u Għawdex affetwatx il-male activity rate u l-female activity rate rispettivament għal dawk is-snin li għalihom saret ir-reviżjoni? Jekk dawn ġew affettwati, kif ġew affetwati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22382 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Activity Rate — Male / Female

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22226 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jagħti dawn il-figuri: (a) il-male activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum? (b) il-female activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22239 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nisa mhux Maltin li applikaw u ġiet mogħtija lilhom in-nazzjonalita' Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` nisa barranin li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta mill-1990 sat-30 ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru 1990 73 1991 109 1992 129 1993 127 1994 100 1995 110 1996 136 1997 107 1998 96 1999 60 2000 168
Leg 9 PQ #22240 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jogħġbu kemm hawn irġiel mhux Maltin li applikaw u ġiet mogħtija lilhom n-nazzjonalita' Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa fl-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` rġiel barranin miżżewġin ma` nisa Maltin li lilhom ġie kkonfermat l-istatus ta` persuna eżenti (exempt person status) mill-1990 sa l-aħħar ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru 1990 317 1991 229 1992 279 1993 295 1994 337 1995 287 1996 293 1997 256 1998 210 1999 258 2000 149
Leg 9 PQ #22241 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Barranin — Permessi ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irġiel mhux Maltin li tħallew jaħdmu Malta minħabba li żżewwġu mara Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` rġiel barranin li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta mill-1990 sat-30 ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru 1990 94 1991 137 1992 82 1993 122 1994 149 1995 167 1996 182 1997 132 1998 125 1999 73 2000 166

Mpjiegi — Part-Time

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħolqu mpjiegi part-time ta' rġiel u nisa (separati) matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000? Jekk hu possibli jagħti informazzjoni f'liema settur ekonomiku nħolqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn Diċembru 1999 u Settembru 2000, skond is-setturi ekonomiċi. Din l-informazzjoni ma kenitx tinġabar b'dan il-mod qabel l-1999.
Leg 9 PQ #22235 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa nisa u rġiel rispettivament f'kull sptar (inkluż Monte Carmeli) immexxija mill-gvern maqsumin skond l-ispeċjalita' medika li għaliha għandhom bżonn ta' servizz ta' sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sptar San Luqa Irġ iel Nisa ITU/GDW 13 7 Kirurġ ija Ġ enerali 49 67 Kirurġ ija Speċ jalizzata 42 23 Ortopedija 27 37 Mediċ ina 142 143 Kardjoloġ ija 15 8 Pedjatrija 30 16 Obstetrija - 36 Ginekoloġ ija - 33 Psikjatrija 6 4 TOTAL 324 344 Sptar Boffa Irġ iel Nisa Sala Dermatoloġ ija 5 3 Onkoloġ ija 11 12 Konvalexxenti - 9 Spinal Unit 4 - TOTAL 20 24 Sptar Monte Karmeli Psikjatrija Irġ iel Nisa Residenti 252 239 Bil-leave 148 109 TOTAL 400 348 Sptar Zammit Clapp Irġ iel Nisa 19 41 TOTAL 19 41
Leg 9 PQ #22236 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nisa u rġiel skond il-kategoriji prinċipali ta' mwiet fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa Settembru 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' nisa u rġiel li mietu fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 skond il-kategoriji prinċipali ta' mwiet kienu kif jidher hawn taħt. CAUSE OF DEATH SEX 1995 1996 1997 1998 1999 2000 (until 30 Sept) Certain infectious and parasitic diseases M 12 12 7 12 14 10 F 11 10 12 14 13 12 Neoplasms M 415 415 395 405 411 275 F 317 311 301 317 307 268 Diseases of the blood and blood forming organs and certain disorders involving the immune mechanism M 7 1 3 1 2 1 F 8 3 3 1 2 0 Endocrine, nutritional and metabolic diseases M 33 30 36 59 40 26 F 58 38 58 66 61 44 Mental and behavioural disorders M 7 8 4 7 8 3 F 5 8 14 11 12 9 Diseases of nervous system M 25 25 24 42 25 22 F 21 18 24 24 29 19 Diseases of the circulatory system M 527 623 682 658 666 538 F 635 645 646 675 816 523 Diseases of the respiratory system M 142 156 170 174 179 130 F 86 63 96 127 127 95 Diseaeses of the digestive system M 45 52 51 56 43 35 F 53 56 47 50 51 33 Diseases of skin and subcutaneous tissue M 12 12 18 28 18 14 F 34 37 44 61 39 37 Diseases of musculoskeletal system and connective tissue M 3 3 2 1 4 3 F 4 4 6 8 9 6 Diseases of genitourinary system M 31 31 37 31 25 25 F 54 46 38 51 27 21 Pregnancy, childbirth and the puerperium F 1 1 0 1 1 0 Certain conditions originating in the perinatal period M 28 18 7 13 11 13 F 16 20 8 0 9 11 Congenital malformations, deformations and chromosomal abnormalities M 14 6 13 5 5 4 F 4 7 9 11 5 2 Symptoms, signs and abnormal clinical and laboratory findings, not elsewhere classified M 12 5 10 21 18 17 F 16 18 16 14 11 10 External causes of morbidity and mortality M 47 53 73 68 74 49 F 24 30 34 32 38 22 *M = Male, F = Female