Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24248 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23752, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija, jiġifieri meta ġie stampat A Day in Her Life? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, possibbilment, fis-6 ta' Marzu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24053. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ktieb imsemmi.
Leg 9 PQ #24358 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Obesita'

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24125, jista' l-Ministru jagħmel il-kalkolu kif isir f'pajjiżi oħra bħal per eżempju kif għadu kif sar mill-N.H.S. tar-Renju Unit fejn ikkalkulaw x'triswa kura relatata mal-obesita' bħalma hu mard tal-qalb, zokkor, pressjoni eċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 24125.

Business — Nisa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23751, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nisa attendew għal dawn il-programmi ta' taħriġ minn kemm ilhom isiru? Jista' jgħid kull meta jsiru dawn il-korsijiet? Jista' jgħid kemm hu twil kull kors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-programm ta' Small Business Management ilu jsir fil-Valletta Training C entre minn Novembru 1998. Għall-programmi li ġew organiżżati f'dan il-perjodu, attendew disgħa u ħamsin (59) mara. Dawn il-korsijiet jiġu miftuħa hekk kif ikun hemm numru adekwat ta' applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet għal dan il-kors huma dejjem miftuħa. Il-kors ta' Small Business Management hu magħmul minn dawn il-korsijiet: Starting a Business 15 hrs Negotiating Skills 15 hrs Managing Finance 50 hrs Managing People 15 hrs Managing Markets 30 hrs Managing Operations 30 hrs Entrepreneurship 15 hrs
Leg 9 PQ #24050 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23750 li oriġinarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid jekk teżistix xi forma ta' għajnuna finanzjarja min-naħa tal-gvern lil nisa li fetħu jew jixtiequ jiftħu business tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-IPSE toffri għajnuna finanzjarja u teknika fi ħdan il-programmi ta' l-assistenza lil kulħadd, kemm jekk ikun raġel kif ukoll jekk tkun mara. L-assistenza tingħata lil min fetaħ jew jixtieq jiftaħ negozju ta' natura li tikkwalifika taħt il-programmi ta' l-IPSE. L-IPSE qed tikkunsidra li fil-futur jitnedew programmi speċifiċi ta' għajnuna lil nisa li jkunu jixtiequ jibdew negozju.
Leg 9 PQ #24053 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23752, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie stampat A Day in Her Life' u fejn tqassam? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-ktieb “A Day in Her Life” ġie ordnat mill-Ministeru tal-Politika Soċjali u stampat mill-Istamperija tal-Gvern fl-aħħar ta’ Jannar 2001. Il-ktieb ser jiġi ppublikat nhar it-Tlieta 6 ta’ Marzu 2001 bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Internazzjonali tal-Mara. Kopja tal-ktieb tista’ titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wara din id-data.
Leg 9 PQ #24124 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' nies li jbagħtu mill-obesita'? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li studju li sar f'1992 (Galea et al, 1992) fuq tfal ta` erba` snin wera li 8% tas-subien u 10% tal-bniet għandhom il-ħxuna. Studju ieħor li sar fuq tfal ta` bejn il-5 u l-10 snin (Muscat, 1990) wera dan: tfal ta` 5 snin, 13% tas-subien u 12% tal-bniet għandhom il-ħxuna tfal ta` 10 snin, 19% tas-subien u 24% tal-bniet għandhom il-ħxuna Instab fil-MONICA survey tal-1984: L-irġiel Eta` % ta` ħ xuna 24-34 14 35-44 25 45-54 24 55-64 28 In-Nisa Eta` % ta` ħ xuna 24-34 15 35-44 29 45-54 47 55-64 54 F'Malta ma hawnx statistika aktar riċenti fuq il-prevalenza tal-ħxuna fost il-poplu Malti.
Leg 9 PQ #24125 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li il-problema tal-obesita' qed tiswieħ flus fis-sena il-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma hiex possibbli li d-Diviżjoni tas-Saħħa tasal għall-kalkolu tan-nefqa mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #24126 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fuq il-prevenzjoni tal-obesita' mill-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa għandu diversi kampanji u inizjattivi li jolqtu l-problema tal-ħxuna f'pajjiżna: Pubblikazzjoni 'Pariri biex tnaqqas il-piż ż ejjed' li huwa gwida ta` kif wieħed għandu jitlef il-piż. Tmexxija ta` programmi għat-telf ta` piż li isiru fiċ-Ċentri tas-Saħħa u iseħħu tlett darbiet fis-sena. Kampanja 'Ċ aqlaq' li tolqot l-attivita` fiżika. Din tinkludi pubblikazzjoni 'Ċ aqlaq. Suġ ġ erimenti biex inkunu aktar attivi' sabiex tagħmel lin-nies aktar konxji dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika. Kampanja 'Dieta Mediterranja' li l-għan tagħha huwa sabiex tippromwovi l-benefiċċji tad-dieta tradizzjonali tagħna, dik Mediterranja. Din tlinkludi ktejjeb 'Ikel Bnin. Il-Mod Mediterranju' , u riċetti Mediterranji. Pubblikazzjoni 'CINDI Dietary Guidelines for Health Professionals' li huwa immirat għal professjonisti fil-qasam tas-saħħa u huwa gwida fuq l-aħħar riċerka dwar l-ikel u s-saħħa.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa rreġistrati bħala self-employed ma' l-ETC? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom; il-lokalita' minn fejn ġejjin, meta bdew jaħdmu għal rashom, f'liema qasam huma attivi; u kemm għandhom impjegati magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Business — Nisa

Question

Jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid jekk il-gvern jipprovdix xi forma ta' taħriġ lil dawk in-nisa li jridu jibdew business

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ torganiżża programmi ta' taħriġ dwar it-tmexxija ta' negozji żgħar. Dawn il-programmi jinkludu taħriġ dwar l-ewwel passi biex bniedem jibda negozju, it-tmexxija tal-Marketing, tal-ħaddiema, tal-finanzi u ta' l-operat in ġenerali. Jistgħu jattendu dawn il-programmi dawk il-persuni li jixtiequ jibdew negozju jew diġa' għandhom negozju imma jixtiequ itejbu l-hiliet tagħhom fit-tmexxija tan-negozju. Dawn il-programmi huma jiftuha kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
Leg 9 PQ #23752 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm ġew stampati kotba fl-istamperija tal-gvern mill-bidu ta' din is-sena? Jista' jgħid x'jisimhom dawn il-kotba? Jista' jgħid kemm ġie jiswa kull ktieb?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kotba li ġew stampati fl-Istamperija tal-Gvern mill-bidu ta’ din is-sena huma: Lm Ombudsman - Case Notes 459.00 Performance Audit - Primary Health Care The General Practioners Function Within Health Centres 306.00 Performance Agreements in the Public Service 325.00 A Day in Her Life 960.00 Performance Audit-Museums Department Promoting Heritage Sites 490.00
Leg 9 PQ #23597 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prof. P Leighton

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mgħoddi lill-gvern fit-2 ta' Frar, 2001, minn Prof P Leighton

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport ta’ Professor Patricia Leighton.
Leg 9 PQ #23313 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min tintbagħat il-leaflet ta' informazzjoni fuq attivitajiet kulturali u lectures li jsiru f't James Cavalier? Jekk hemm mailing list, jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nies għal fuq din il-lista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-leaflet ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet li jsiru fil-Kavallier ta' San Ġakbu tintbagħat lil madwar 1000 persuna li urew ix-xewqa li jibdew jirċevuha. Dan għamluh billi imlew kupun li jkun hemm apposta fil-fuljett. Tintbagħat ukoll lill-istampa u l-mezzi tax-xandir u lil numru ta' artisti u kritiċi ta' l-arti. Dan il-fuljett jitqassam b'xejn ukoll lil dawk li jżuru ċ-Ċentru għall-Kreattivita` u mill-uffiċċji ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu li jinsabu f'Bieb il-Belt u fl-Ajruport Internazzjonali. Numru ta' kopji jitqassmu wkoll mil-lukandi 'Five Star' lill-klijenti tagħhom. Jekk l-Onor. Membru tixtieq li tibda tirċievi dan il-fuljett nista' ngħaddi isimha lill-Management tal-Fondazzjoni biex jitpoġġa fuq il-'mailing list' taċ-Ċentru.
Leg 9 PQ #23314 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

E-Government

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru. 17925, issa li għaddew sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji barranin ta' l-IT interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E-Government

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern behsiebu johrog sejha pubblika internazzjonali fil-gimghat li gejjin biex kumpaniji interssati formalment jesprimu l-interess taghhom.

Żabbar — Tiswija ta' Toroq

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru. 22913, peress li l-Ministru qal li l-ftit xogħol li għad fadal isir fuq it-triq imsemmija "mistenni jinbeda f'dawn il-ġranet", jista'jgħid għalfejn dan ix-xogħol għadu ma nbediex b'detriment għar-residenti li bil-kemm jistgħu jidħlu fid-djar tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru preparamenti biex ix-xogħol li jrid isir jibda. Kullħadd jifhem li l-kuntratturi ma jkunux f'pożizzjoni li jitilqu u jiġu lura f'ħakka ta' għajn, b'mod speċjali wara li f' dawn il-ġranet għamlet ix-xita li kellna.
Leg 9 PQ #23316 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Kuraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-dipartiment tal-mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa ma hemm għaddej ebda proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #23240 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Aldactone

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22663, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fuq il-mediċina Aldactone (25 mg) minħabba li kien qal li suppost tkun fuq is-suq għall-aħħar ta' dan ix-xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern irċevew din il-ġimgħa konsenja żgħira ta' pilloli Spiroloctone (25mg). Dawn il-pilloli qegħdin jitqassmu mill-Ispiżerija tal- ' Outpatients ' ta' l-Isptar San Luqa. L-ordni kkonfermata fl-4 ta' Novembru 2000 ma' 'wholesaler' Ingliż mistennija tasal Malta l-ġimgħa d-dieħla.
Leg 9 PQ #23183 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija tal-Gvern — Pilloli Aldactone

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-ispiżerija tal-gvern m'hemmx il-pilloli Aldactone tal-25mg? Jista' jgħid meta se jkun hawn dawn il-pilloli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22663.