B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 30275, stante li iż-żewġ ħaddiema ilhom sospiżi għal aktar minn sena u nofs; illi ir-rapport tal-Bord tad-Dixxiplina sar fit-22 ta' Lulju fejn instabu xi nuqqasijiet anke minn naħa tal-kap tad-dipartiment u illi t-trattazzjoni finali quddiem il-PSC saret fid-19 ta' Ottubru, jaħsibx il-Prim Ministru li għandu jidħol personalment biex jara x'inhi ir-raġuni ta' dan id-dewmien biex il-ħaddiema jingħataw deċiżjoni liema dewmien qed ikompli jżid mat-tbatija u t-tensjoni li għandhom daw il-persuni sospiżi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-każ qed jiġi trattat attivament biex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ għand il-P.S.C. taż-żewġ ħaddiema li isimhom qed jintbagħat separatament liema ħaddiema ilhom aktar minn sena u nofs sospiżi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-każ li dwaru staqsiet l-Onorevoli Interpellant għadu taħt konsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew riferuti fl-isptar jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa bl-anorexia?
Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-sess u l-eta' tal-persuni riferuti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-Onor. Interpellant ma ndikatx il-perjodu li għalih qed tirreferi d-domanda, l-informazzjoni mogħtija hija minn Jannar 2000 sa Ottubru 2001. Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hi miġbura permezz tal-Hospital Activity Analysis li turi n-numru ta` nies li ddaħħlu l-Isptar San Luqa minħabba anorexia nervosa (ICD-10 codes F50.0 u F50.1).
Sena 2000
Etajiet (snin)
Irġ
iel
Nisa
Total
25-34
-
1
1
45-54
-
1
1
Total
-
2
2
Jannar-Ottubru 2001
Etajiet (snin)
Irġ
iel
Nisa
Total
<15
1
-
1
15-24
-
3
3
45-54
-
1
1
Total
1
4
5
Fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx statistika ta` kemm jattendu pazjenti b'anorexia nervosa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm child carers fiċ-child care centre ta' l-isptar St. Lukes's?
Jista' jgħid x'inhu l-grad tagħhom?
Jista' jgħid kemm hemm tfal jattendu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa hemm 20 child carer. Il-grad tagħhom hu kif ġej:
3 Enrolled Nurses
2 Nursing Aides
14 Care Workers
1 Assistant Care Worker
Infurmat ukoll li bejn wieħed u ieħor in-numru ta` tfal li jattendu fic-child care centre hu bejn 15 u 18 kuljum.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, u assistenti diretturi mas-servizz pubbliku maqsumin skond is-sess u skond id-dipartimenti li għandhom taħthom jew li qegħdin fihom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mistiedna u kemm attendew ħaddiema tas-servizz pubbliku għall-workshops fuq gender awareness imtella bl-għajnuna tal-Commonwealth u minn Dr Williams, li skond rapporti fil-medja, saru dan ix-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' ħaddiema tas-servizz pubbliku li ġew mistiedna u li attendew għall-workshops dwar gender awareness immexxija minn Dr Williams u li bdew fid-19 ta' Novembru u jintemmu fis-7 ta' Diċembru 2001, huwa kif ġej:
Mistiedna - 409 Attendew - 145
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tar-Revenue Security Corps li jkun għassa mal-banek humiex koperti b'polza ta' sigurta' f'każ li jkunu nvoluti f'xi diżgrazzja simili tal-kuntistabbli Debattista l-ġimgħa l-oħra? Jekk le, x'ikun il-kumpens li tieħu l-familja tiegħu?
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tan-numru tal-impjegati kollha fis-settur pubbliku dipartiment dipartiment u jinkludi l-entitajiet kollha li fihom il-Gvern għandu sehem?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29524 f’Seduta 639 ta’ Nhar it-13 ta’ Novembru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kif jinħadem il-leave pro-rata ta' impjegati li jkunu reduced hours kemm f'każijiet fejn jaħdmu fuq ġimgħa ta' 5 ijiem u kemm f'każi fejn jidħlu inqas?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-“leave” ta’ impjegati li jaħdmu bir-“reduced hours” (sigħat imnaqqsa) jinħadem fuq l-istess bażi ta’ dawk li jaħdmu “part-time/casual”. Il-metodu huwa spjegat fiċ-ċirkolari MPO 50/96 li tagħha qed inqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma tagħmilx differenza jekk dawn l-impjegati jaħdmux ħamest ijiem jew inqas fil-ġimgħa. Il-kalkoli huma bbażati fuq jekk jaħdmux is-sigħat kollha, tlett kwarti, jew nofs, is-sigħat ta’ impjegati “full-time”.
Jista' l-Ministru jgħid x'direttiva jagħti id-direttur tal-industrial & employee relations dwar kif inħadem il-pro-rata leave tal-part-time workers li jaħdmu fuq 20 seigħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn meta ġie ppubblikat Avviż Legali Numru 61 ta' l-1996, id-direzzjoni li dejjem taha d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, dwar il-leave għall-part-timers li jaħdmu aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, kienet li dan jinħadem pro-rata tal-ġranet ta' leave li għandu dritt għalihom impjegat full-time
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi din is-sena? Kemm minnhom twieldu lil xebbiet? Jista' jaqsam dawn ta' l-aħħar skond il-lokalita' li fiha tgħix l-omm u skond l-etajiet ta' l-ommijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat minn tagħrif miġbur mill-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project li mill-ewwel tas-sena sa l-ahhar ta` Ġunju 2001 twieldu 1934 trabi. Minn dawn 225 trabi twieldu lil 223 omm li ma kienux miżżewġa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy rigward l-ikel li jinbiegħ mill-ħwienet tal-ikel fl-iskejjel tal-gvern u tal-knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull kuntrattur li jmexxi 'tuckshop' fl-iskejjel għandu jimxi mar-regoli tal-kuntratt para 6 dwar x'għandu u x'mgħandux jinbiegħ mit-'tuckshop'.
Jintalbu jsiru spezzjonijiet ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa. Fejn jinsabu xi irregolaritajiet dawn jiġu rranġati mill-kuntrattur u/jew mill-kap ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irreġistraw studenti għal dawn is-suġġetti f'dawn l-aħħar erba' snin; near eastern studies; arabic; german u hebrew fil-fakulta' ta' l-arti u ta' l-edukazzjoni separatament?
Minn dawn l-istudenti kemm minnhom irriżenjaw mill-kors?
X'kienet ir-raġuni li twaqqaf id-dipartiment ta' l-Għarbi u Near Eastern Studies fil-fakulta' ta' l-arti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar erba' snin irreġistraw 18-il student għat-Tedesk li minnhom irreżenjaw 2 studenti.
Għall-Għarbi irreġistraw 20 student li 6 minnhom irriżenjaw jew għażlu suġġett ieħor għal B.A. (Hons).
Għall-Ibrajk ma seta' jirreġistra ħadd għaliex ma jeżistix bħala 'degree course' fil-Fakulta' ta' l-Arti, iżda jifforma biss parti mid-'degree' tan-'Near Eastern Studies'. Id-Dipartiment ta' l-Għarbi ilu mwaqqaf f'din l-Universita` għal ħafna snin: ftit ilu dan id-Dipartiment ħaddan fih in-'Near Eastern Studies' sabiex l-istudenti jkollhom għażla ta' ilsna oħra tal-Lvant Nofsani u l-kultura tal-popli ta' dawn l-inħawi u b'hekk l-Għarbi stess jiġi studjat fil-kuntest tiegħu iktar wiesgħa.
L-istudenti setgħu japplikaw għad-'degree' fin-Near Eastern Studies minn sentejn 'l-hawn biss. F'dawn is-sentejn irreġistraw 6 studenti iżda 3 studenti rriżenjaw jew għażlu suġġett ieħor għal B.A. (Hons).
Jista' l-Ministru jgħid kemm
i) għalliema rġiel u nisa rispettivament tal-Universita' applikaw għal promozzjoni fl-1998?
ii) għalliema rġiel u nisa rispettivament tal-Universita' ngħataw promozzjoni, u f'liema grad?
iii) għalliema rġiel u nisa rispettivament tal-Universita' għadhom qed jistennew risposta għal-applikazzjoni tagħhom:
iv) x'jonqos biex dawn l-għalliema ikkollhom risposta għall-applikazzjoni tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 171 persuna applikaw għall-promozzjoni fl-1998. Minnhom 26 kienu nisa u 145 kienu rġiel.
Kien hemm:
* 10 promozzjonijiet għal 'Professor' u dawn kienu kollha rġiel.
* 9 promozzjonijiet għal 'Associate Professor' u dawn kienu kollha rġiel.
* 60 promozzjoni għal 'Senior Lecturer' li minnhom 12 kienu nisa u 48 kienu
rġiel.
* 3 promozzjonijiet għal 'Lecturer' li minnhom 1 kienet mara u 2 kienu rġiel.
Informat ukoll li hemm 77 persuna li għadhom qegħdin jistennew risposta għall-applikazzjoni tagħhom. Minnhom 9 huma nisa u 68 huma rġiel.
Informat li l-Universita` għadha qed tistenna li jiġi l-'assessment' fuqhom mill-assessuri akkademiċi barranin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu n-nies fiċ-Ċivil fl-1999, fl-2000 u fl-2001. Jista' jaqsam l-informazzjoni skond kif żdiedu n-nies fis-setturi u dipartimenti partikolari?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi, kien hemm dawn iż-żidiet jew tnaqqis fin-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku:-
1999 - tnaqqis ta’ 68
2000 - żieda ta’ 66
2001 (Mejju) - tnaqqis ta’ 310.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ż-żidiet jew it-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema skond il-kategorija li jinsabu fiha.