Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tax compliance unit hiex qed titlob lill-banek kummerċjali informazzjoni kunfidenzjali dwar il-klienti tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-TCU topera skond il-Banking Act fejn jirrigwarda nformazzjoni konfidenzjali tat-taxpayers u għalhekk waqt investigazzjoni titlob lit-taxpayer stess biex jiprovdi il-bank statements.
Kien hemm, iżda, każ wieħed fejn taxpayer awtorizza bil-miktub lit-TCU biex il-Unit stess titlob informazzjoni mill-banek minħabba nuqqas fir-records għand it-taxpayer. Din l-awtorizazzjoni tat-taxpayer intbagħtet mit-TCU lill-banek biex tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati każijiet ġodda ta' kanċer tas-sider din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tagħrif dwar każijiet ġodda ta` kanċer tas-sider jinġabar mir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer.
Peress li r-reġistrazzjoni ta` każijiet tal-kanċer isir għab-bażi ta` informazzjoni miġbura minn ħafna sorsi differenti, mhux possibbli għalissa li tingħata risposta definittiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jistennew tarbija u li qed jattendu l-klassijiet apposta għalihom fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?
Jista' jgħid kemm attendew tfajliet sena b'sena kemm ilha li twaqqfet din id-diviżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 64 tfajla studenti fil-Unit 'Għożża', "Schoolgirl Mothers' Unit .
31 - jattendu xi klassijiet u counselling regolari
33 - jattendu l-klassijiet kollha u counselling regolari
It-tfajliet li attendew dan il-Unit, sena b'sena kemm ilu mwaqqaf jgħoddu hekk:
1989 - 12
1990 - 15
1991 - 28
1992 - 20
1993 - 28
1994 - 35
1995 - 67
1996 - 56
1997 - 73
1998 - 74
1999 - 96
2000 - 114
2001 - 120
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu kaxxi ġodda mill-Maltacom biex jgħaddu l-cables minn taħt l-art fl-area tat-triq tar-Ramla li miż-Żejtun tagħti għal-Wied il-Għajn?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iċ-ċentru ta' informazzjoni tal-gvern (MIC) ħallas lill-istazzjon tat-television tal-partit nazzjonalista f'reklami waqt ix-xandira tal-għoti ta' l-oscars li saret fl-25 ta' Marzu bejn is-sagħtejn u s-seba' ta' fil-għodu?
Response (BORG, JOE)
Huwa obbligu tal-MIC illi jirreklama s-servizzi li joffri lill-pubbliku b'mod li jilħaq udjenza l-aktar vasta u wiesa' possibbli. Dakinhar, il-MIC xtara pakkett ta' reklami mingħand NET TV għal waqt is-serata għas-somma tal LM 500 (ħames mitt lira Maltin), li kienet ferm anqas mill-valur kummerċjali tar-reklami meħuda waħedhom.
Reklami u spots ta' informazzjoni tal-MIC jidhru regolarment f'bosta programmi fuq kull stazzjoni televiżiv lokali. L-uniku stazzjoni li waqqaf reklamar simili kien Super One TV. Sakemm ittermina l-arranġament ta' reklami li kellu mal-MIC Super One TV kien tħallas sittax-il elf u ħames mitt lira Maltin (LM 16,500) mingħand l-istess MIC għar-reklamar.
Jista' l-Ministru jara li arblu ta' l-elettriku li issa spiċċa fin-nofs tat-triq minn mindu din twessgħet - jitneħħa minn Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar, wara li diġa ġraw diversi inċidenti minħabba dan l-arblu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitneħħa l-arblu msemmi għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija palrmanetari nru. 31917?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' Nursing Officers ġodda li nħatru matul din is-sena huwa ħmistax (15). Kien hemm mija u wieħed u għoxrin (121) applikazzjoni.
Dettalji tan-Nursing Officers li nħatru u kemm ilhom fis-servizz jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-għażla mill-Bord maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għaldastant m'inix f'qagħda li nagħti tweġiba għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal il-bozza fi Triq Dun Cachia Abela, Binja San Martin, iz-Żejtun minħabba l-fatt li diġa ġraw diversi inċidenti minħabba d-dlam li hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet tqal jattendu fil-unit apposta għalihom fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid l-etajiet tagħhom? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 57 tfajla jattendu fil-Unit apposta għalihom fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
L-etajiet tagħhom huma hekk:
14-il sena - 2
15-il sena - 3
16-il sena - 7
17-il sena - 19
18-il sena - 24
19-il sena - 1
21 sena - 1
Ma tistax tingħata l-lokalita` minn fejn ġejjin dawn it-tfajliet, għax jinkiser il-patt ta' kunfidenzjalita` magħhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati każijiet ta' swat fid-dar lill-Aġenzjia Appoġġ matul is-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena 2001, is-servizz ta' vjolenza domestika fi ħdan l-aġenzija APPOĠĠ, irċieva 472 rapporti ta' każijiet ta' swat fid-dar. Is-servizz ta' shelter L-Għabex kellu ukoll 85 każijiet irreferuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru nursing officers ġodda din is-sena? Jista' jgħid min huma? Jista' jgħid kemm applikaw? Jista' jgħid kemm ilhom fis-servizz dawk li ntgħażlu kif wkoll dawk li ma ntgħażlux? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi acting deputies fost dawk li kienu intervistati? Jista' jgħid jekk intgħażlux?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi biex arblu ta' l-elettriku li miegħu hemm iwaħħal cable tad-dawl ma jibqax jisparkja kull meta tagħmel ix-xita?
Peress li qed ikun ta' ħafna periklu għall-familja li toqgħod f'dar numru 8, Sqaq ta' l-għarrar, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il-Għajn fiż-żona fejn hemm il-bars nightclubs u discotheques?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-weekends ġewwa Wied il-Ghajn ġeneralment ikun hemm żewġ Pulizija. Ma' dawn ikun hemm ukoll patrol mit-Taqsima tal-Mobile u mid-Distrett ta' Ħaż Żabbar.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il-Għajn fiz-zona fejn hemm postijiet ta' divertiment ta' bil-lejl u fit-triq li minn Wied il-Għajn tagħti għaż-Żejtun speċjalment għaliex kull ġimgħa isiru atti vandali f'din it-triq fejn jinqalgħu siġar u tabelli tat-toroq li kull darba il-kunsill ikollu joqgħod jerġa jwaħħal?
Dan il-vandaliżmu jsir fis-sigħat bikrin ta' bejn il-ġimgħa u s-sibt u bejn is-sibt u l-ħadd.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellanti kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-crash barrier li twaħħlet fil-bypass li minn Ħaż-Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn u li qegħda fil-parti ta' qabel il-housing estate tal-Plier - titressaq lura għal maċ-ċint, kif qegħdin il-crash barriers fil-kumplament tat-triq, għax peress li qegħda 'l barra ħafna, qed tkun ta' periklu għal dawk in-nies li jgħaddu minn hemm bil-mixi u bir-roti li qed jispiċċaw ikollhom jgħaddu minn kważi nofs it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm mhux possibbli li l-crash barrier tersaq 'il barra għaliex tiġi fit-triq, qed isir xogħol wara l-barrier u fit-truf tagħha biex in-nies ikunu jistgħu jgħaddu minn warajha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30530 li tirreferi għal każ li t-trattazzjoni tiegħu saret fid-19 ta' Ottubru 2001, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm milli jittieħed deċiżjoni fuq dan il-każ? Jekk jekk ittieħdet deċiżjoni, jista' jgħid x'qed iżomm milli tkun ikkomunkata lill-persuni kkonċernati speċjalment li dawn għaddejjin minn ħafna tbatija ikkawżata minn din in-nuqqas ta' deċiżjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-każ li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie konkluż. Ir-rakkomandazzjoni li għamlet il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar dan il-każ ġiet approvata minni u ikkomunikata lill-Kap tad-Dipartiment konċernat, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-persuni involuti dwarha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu każijiet mill-Public Service Commission din is-sena?
Jista' jgħid kemm hemm każijiet pendenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jekk l-Onorevoli Membru qed tirreferi għall-każijiet ta’ dixxiplina ta’ uffiċjali fis-servizz pubbliku, ninsab infurmat li sa nofs Diċembru 2001 kien hemm 43 każ ta’ dixxiplina li ġew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taħt Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ 1977 u l-1999. Il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet fuq 35 minn dawn il-każi. Għalhekk 8 każi għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, u assistenti diretturi mas-servizz pubbliku maqsumin skond is-sess u skond id-dipartimenti li għandhom taħthom jew li qegħdin fihom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli, Ministeru Ministeru, bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.